Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22359 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn nisa Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22192 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

St Edward's — Canteen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm spezzjonijiet tal-uffiċjali tal-VAT matul is-sena 2000 fil-canteen tal-iskola St Edward's dwar ħruġ ta' riċevuti fiskali mill-operator tal-canteen?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 fil-canteen ta' l-iskola St.Edwards saru żewġ spezzjonijiet minn Inspectors tal-VAT dwar ħruġ ta' riċevuti fiskali.
Leg 9 PQ #22338 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

The Economist Intelligence Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti tal-Gvern għal dak li deher f'The Economist Intelligence Unit li l-ispiża tal-Gvern biex iġib il-leġiżlazzjoni ta' pajjiżna konformi ma' dik tal-Acquis kienet ġiet underestimated mill-Gvern innifsu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min segwa l-Economist Intelligence Unit jaf li din il-pubbilkazzjoni illi l-kontributur tagħħa huwa annonimu, pero' li nafu illi xi żmien ilu dan kien il-kap ta' l-oppożizzjoni, għanda storja ta' pronostika negattiva b'bias qawwi favur dak illi jaqbel miegħu l-partit laburista u li ma avverawx ruħhom. Għalhekk il-kummenti ta' din il-pubblikazzjoni m'għandhomx kredibilita' magħna. F'dan il-każ il-kontributur ma qalx kif wasal għal l-estimi tiegħu u dan issaħħaħ aktar il-fehma li dan mu xejn ħlief biss politikant.
Leg 9 PQ #22339 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Riservi ta' Pajjiżna — Import Coverage

Question

Jista' l-Ministru jagħti xahar xahar kif naqsu/żdiedu r-riservi ta' pajjiżna minn Jannar 2000 il quddiem? Jista' jgħid l-import coverage tagħhom kif varja tul dan il-perijodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri li qed jitlob jistgħu jinħadmu faċilment mill-istatistika dwar ir-riservi u l-importazzjoni li jippublikaw ta' kull xahar il-Bank Ċentrali u l-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika rispettivament.
Leg 9 PQ #22281 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li saret sejħa mill-ġdid għall-konsulenti bħal avukati, accountants etc biex jagħtu s-servizzi tagħhom lill-privatisation unit meta diġa' kienet saret sejħa simili xi15-il xahar ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li għaddew 15 il-xhar min meta kienet saret l-ewwel sejħa, l-Privatisation Unit il-ġdid ħass il-ħtieġa li jerġgħa jagħmel sejħiet oħra għall-Konsulenti, biex iwessa ix-xelta u biex ikun ċert li min applika għad baqgħalu nteress li joffri s-servizz tiegħu.
Leg 9 PQ #22314 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Vienna Seminar on the EU Accession Process

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-punti ewlenin li ħarġu mid-diskussjoni li saret fil-Vienna Seminar on the EU Accession Process li laqgħet flimkien ir-rappreżentanti tal-ECB, tal-Bank Ċentrali tat-12 il-pajjiż fl-Euro Area kif wkoll il-Gvernaturi tal-pajjiżi applikanti għall-sħubija sħiħa fl-UE nhar l-14/15-12-2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena ninsab infurmat li l-Bank Ċentrali ħareġ stqarrija għall-istampa dwar dan is-seminar fl-20 ta' Diċembru 2000 li dehret f'diversi ġurnali. Tinsab ukoll fuq il-Website tal-Bank Ċentrali. Għal tagħrif iżjed dettaljat wieħed jista' wkoll jżur il-website ta' l-ECB.
Leg 9 PQ #22337 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Economist Intelligence Unit — Exchange Rate Devaluation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal dak li intqal mill-Economist Intelligence Unit dan l-aħħar li t-tneħħija tal-kontrolli tal-kambju jista' jkollu effett avverż fis-sens li jwassal għal ħruġ qawwi ta' kapital mill-pajjiż kif wkoll li jwassal għal exchange rate devaluation?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hijiex il-prattika kurrenti li l-gvernijiet jirreaġixxu għal kull spekulazzjoni dwar x'jista' jiġri fil-ġejjieni li tidher fil-ġurnali. Kull min segwa l-Economist Intelligence Unit jaf li din il-pubbilkazzjoni illi l-kontributur tagħħa huwa annonimu, pero' li nafu illi xi żmien ilu dan kien il-kap ta' l-oppożizzjoni, għanda storja ta' pronostika negattiva b'bias qawwi favur dak illi jaqbel miegħu l-partit laburista u li ma avverawx ruħhom. Għalhekk il-kummenti ta' din il-pubblikazzjoni m'għandhomx kredibilita' magħna.
Leg 9 PQ #22198 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

FS5s

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-figura totali ta' nies fulltime u part-time li r-riżultat mill-FS5s li intbagħtet għax-xahar ta' Settembru 2000 u kemm kien l-ammont dovut bħala taxxa tad-dħul u social security separatament mill-part-timers u fulltimers li suppost tħallsu minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li l-informazzjoni dwar l-impjegati skond is-sistema tal-FSS ma tiddaħħalx fil-komputer tad-Dipartiment kull xahar, iżda fl-aħħar tas-sena skond il-formoli FS3 u FS7.
Leg 9 PQ #22199 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

FS5 — Rikonċiljazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rikonċiljazzjoni qed issir bejn ir-returns tal-FS5 ta' kull xahar li jirċievi d-dipartiment tat-taxxa mal-ETC u mal-kontribuzzjonijiet tas-Social Security u jekk qattx kien hemm xi diskrepanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li l-formola FS5 ma jkollhiex dettalji dwar il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Socjali imħallsa mill-impjegati individwalment u għalhekk ma tistax tkun rikonċiljata f’dan l-istadju. Is-sistema tal-FSS taħseb biex ir-rikonċiljazzjoni ssir fl-aħħar tas-sena bil-formoli FS3 u FS7. Il-formola FS5 ma tiġix rikonċiljata mal-informazzjoni tal-ETC għaliex id-Dipartiment ma jirċievi l-ebda ‘ return ’ mill-ETC.
Leg 9 PQ #22237 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income min-nisa Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22238 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income minn irġiel Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22270 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Container taċ-Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli riċentement li wara li wasal container mimli ċanga minn Marsilja fi Franza dan ġie iddikjarat mid-dwana bħala container li fih iċ-cheese and vegetables u b'hekk ġie irrilaxxjat mid-dwana? Huwa minnu li dan il-każ ġie mikxuf minn uffiċjal tas-Sea Malta li ġie mitlub imejjet kollox biex ma joħloqx paniku fil-pajjiż? Huwa minnu li is-Sea Malta taf li dan kien is-sitt container li ġie importat mill-istess aġent mill-istess sors ta' oriġini?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-allegazjonijiet li qiegħed jagħmel l-Onorevoli Interpellant huma allegazjonijiet serji. Nitolbu jgħid, pubblikament jew privatament, - lil min saru l-allegati rapporti - min ħa l-allegata deċiżjoni biex kollox jitmewwet. - min hu l-allegat importatur - min huma l-allegati uffiċjali tas-Sea Malta li jafu li dan hu s-sitt container li daħal b'dikjarazjoni falza. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandi nformazzjoni bħal din hu fl-obligu tiegħu li jirraporta d-dettalji biex jittieħdu passi. Bl-istess mod, jekk xi uffiċjal tas-Sea Malta għandu l-informazjoni li l-Onorevoli membru qiegħed jallega, allura d-dmir tiegħu hu li jirraporta lid-dwana u lill-pulizija biex abbużi bħal dawn jitwaqqfu u min hu responsabbli jieħu dak li ħaqqu. Jiena se nkompli ninsisti ma' l-Onorevoli Interpellant biex din l-allegazjoni tiġi nvestigata.
Leg 9 PQ #21813 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' refużjonijiet ta' income tax x'jitħallsu mill-gvern għas-snin ta' qabel l-1998 separatament sena b'sena minn meta dawn huma dovuti u bħala totali globali? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet u miri ta-gvern biex dawn it-taxpayers jirċievu lura ħlasijiet dovuti lilhom? Kemm minn dawn huma dovuti lill-self-employed, kumpanniji/ditti kummerċjali separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din : Sena ta' Stima Ammont Lm Sas-sena 1989 200,385 1990 53,569 1991 55,301 1992 107,430 1993 233,111 1994 295,041 1995 732,642 1996 1,389,908 1997 2,375,423 1998 12,474,483 Minn dawn Lm1.63 miljun huma dovuti lis-self-employed; Lm6.08 miljun lill-kumpaniji u l-kumplament lill-individwi oħra.
Leg 9 PQ #22184 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Irtirar tal-Kap

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Kap tat-Tax Compliance Unit mistenni jirtira dalwaqt? Meta għalqu l-applikazzjonijiet? Kemm kien hemm applikanti għal dan il-post vakanti? Meta mistenni jimtela' l-post?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kap preżenti tat-Tax Compliance Unit għalaq l-eta' ta' 61 sena fil-21 ta' Novembru 2000, iżda l-ftehim li għandu sabiex iservi fil-kariga ta' Kap tat-Tax Compliance Unit jiskadi fit-18 ta' Frar 2001. Għalhekk, fl-14 ta' Novembru 2000 ħarġet Ċirkulari mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM Circular No. 48/2000) li sejħet għal applikazzjonijiet sabiex timtela' din il-vakanza. Din is-sejħa għalqet nhar il-Ħamis 7 ta' Diċembru 2000 u bħalissa għaddej il-proċess ta' l-għażla. M'huwiex prudenti f'dan l-istadju li tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' applikanti. Nittama' li dan il-post jimtela' fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22195 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Tiġijiet — Refunds ta' VAT

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji segwenti: (1) Kemm kien hemm applikazjonijiet għall-refunds ta' VAT fuq spejjeż relatati ma' tiġijiet (weddings) minn Jannar 1999 sa Novembru 200; (2) Kemm tħallsu f'refunds ta' VAT minn 1.1.1999 sa 30.11.2000; u (3) Minn dawn ir-refunds, kemm kien hemm minnhom individwalment li jaqbżu il-Lm 500 bħala ammont mogħti lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 1999 u Novembru 2000 in-numru ta' applikazzjonijiet għal refunds tal-VAT fuq spejjeż relatati mat-tiġijiet kien 1,537. Minn dawn ġew approvati 1,495 li fuqhom tħallset is-somma ta' Lm656,959.13. Kien hemm 635 applikazzjoni li kienu jaqbżu l-Lm500 kull waħda.
Leg 9 PQ #22196 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Department — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq li ġej u ċioe' jekk kienx hemm appelli fuq refunds mogħtija mill-VAT Department bejn 1.1.1999 sa 30.11.2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' appelli dwar talbiet għal refunds lid-Dipartiment tal-VAT bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Novembru 2000 kien 281. Minn dawn kien hemm 130 każ li ġew deċiżi mill-Bord ta' l-Appelli.
Leg 9 PQ #22247 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-impjegati tal-gvern li għandhom fringe benefits bħal użu tal-karozza uffiċjali humiex sejrin iħallsu taxxa fuqhom? Jista' jikkonferma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern jew tas-segretarjat privat tal-Ministri li huma eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet ċirkolari mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi MF 10/2000 dwar it-taxxa li trid titħallas mill-uffiċjali pubbliċi fuq fringe benefits.
Leg 9 PQ #22248 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

National Insurance Contribution

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ż-żieda fin-National Insurance Contribution ta' kull skala minn wieħed sa l-għoxrin skala taċ-ċivil li ser tkun b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena 2001? Jikkonferma li ma hemm ebda żieda fil-ħlas tan-National Insurance Contribution għal-iskali għoljin taċ-Ċivil?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontribuzjoni tan-National Insurance hi maħduma bħala 10% tal-paga bażi. L-għola kontribuzjoni li titħallas hi ta' Lm654.16.
Leg 9 PQ #22133 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Share Options

Question

Billi dieħla l-prattika ta' share options ma' l-impjegati fis-settur privat, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' taxxa dwarhom kif ukoll dwar l-element ta' capital losses?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment qieghed jipprepara l-Avviz Legali li se jirregola l-mod kif ikunu ntaxxati ix-Share Option Schemes, inkluz il-mod kif ikunu ittrattati capital losses.
Leg 9 PQ #22150 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22022?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti dovuti lid-Dipartiment sat-12 ta' Dicembru 2000 kienu kif gej : Sas-sena ta' stima 1998 Lm155,473,490. Din il-figura tinkludi taxxa u penali fuq stimi ta' l-'ex officio'. Huwa stmat li Lm30/35 miljun biss min dan l-ammont huwa dovut. Sena ta' stima 1999 : Taxxa dovuta fuq dhul dikjarat 2,689,146 Sena ta' stima 2000 : Taxxa dovuta fuq dhul dikjarat 14,767,073 Hemm ammonti ohra li jigu stmati mid-Dipartiment minhabba li t-'taxpayers' ma jkunux mlew il-formola tat-taxxa. Dawn l-ammonti jigu riveduti hekk kif it-'taxpayer' jikkonforma mad-Dipartiment u ghalhekk dawn ma jistghux jigu meqjusa bhala taxxa dovuta.