Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bidnija — Shooting Range

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ix-shooting range tal-Bidnija hijiex konformi mal-liġi li tagħti aċċess għall-persuni b'diżabilita' ġo enti pubbliċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li biex tara li post miftuħ għall-pubbliku jkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni b’diżabilita’, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’: · teżamina l-pjanti tal-post li jiġu riferuti lilha mill-MEPA; · tispezzjona l-post indikat mill-MEPA biex jinħareġ compliance certificate; · tinvestiga rapporti li jsirulha dwar nuqqas ta’ aċċessibilita’. Ninsab infurmata li, s’issa, l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qatt ma kien suġġett ta’ referiment mill-MEPA u lanqas ta’ xi rapport jew ilment.

Inkwilini ta' postijiet tal-gvern

Question

Issa li l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi possession and use, ifisser li kollha jistgħu jinbiegħu jekk l-inkwilini jixtiequ jixtru? Minn meta l-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali bagħat ittra lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma miltuqa bil-possession and use, kemm saru applikazzjonijiet biex jixtru l-fond tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22196 f'Seduta Numru 470. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultalix li l-Ministeru tiegħi bagħat ittri lill-persuni konċernati.

Numru ta' file

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba u meta se jintbagħat in-numru tal-file ta' persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikat tal-perit tal-gvern ta' l-ispezzjoni li kien għamel fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li saret fis-6 ta’ Novembru 2006, qed tiġi proċessata u li numru tal-file ser jiġi kkomunikat bil-miktub lill-persuna konċernata. Ninsab infurmata wkoll li ma jirriżultax li hemm xi ċertifikat minn perit tal-Gvern ma’ l-applikazzjoni.

Isla — Spezzjoni ta' fond

Question

Tista' persuna Sengleana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li s-soqfa tal-fond indikat huma perikolużi u hi meħtieġa attenzjoni immedjata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, minkejja l-periklu u l-immedjatezza msemmija mill-Onor. Interpellant, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata minnhu qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal- Care and Repair . Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni għaliex xi overpayment fuq xi benefiċċju soċjali ġieli jdum xhur jekk mhux snin biex jindunaw bih? X'inhi r-rata (l-iktar baxxa u l-ogħla) li biha titħallas lura lid-dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-aktar żewġ raġunijiet komuni li jwasslu għal ħlas żejjed ta’ benefiċċji soċjali huma li: · għalkemm il-benefiċjarji huma nfurmati li għandhom id-dmir li jinfurmaw mill-ewwel lid-Dipartiment bit-tibdil fiċ-ċirkostanzi li jkollhom impatt dirett fuq id-dritt jew ir-rata ta’ benefiċċju dovut, dawn jonqsu li jagħmlu dan jew jagħmlu hekk ħafna żmien wara li jseħħ dan it-tibdil; u · ir-rata tal-benefiċċju dovut tiġi kalkulata ħażin. Konxju mill-problemi li jinħolqu fejn jirriżulta ħlas żejjed ta’ benefiċċju, id-Dipartiment kontinwament jirrevedi s-sistemi tiegħu biex kemm jista’ jkun ikollu informazzjoni sħiħa u fil-ħin dwar tibdil fiċ-ċirkostanzi ta’ benefiċjarji kif ukoll li jgħinu biex jitnaqqsu l-iżbalji fil-kalkolu tar-rata tal-benefiċċju dovut. Skond Artikolu 102 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) fejn isir ħlas żejjed mhux riżultat ta’ xi nuqqas minn naħa tal-benefiċjarju d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jista jiġbor biss sa sentejn b’lura mid-data meta jinduna bil-ħlas żejjed. Barra minn hekk, f’dan il-kaz ir-rata tar-rifuzjoni li tista’ tintalab ma tistax tkun ogħla minn 5% tar-rata korretta tal-benefiċċju soċjali dovut. Fejn l-ħlas żejjed ikun tort ta’ xi nuqqas mill-benefiċjarju, id-Dipartiment għandu l-obbligu li jiġbor l-ammont kollu li jkun tħallas żejjed u r-rata tar-rifuzjoni, jekk u meta jkun hemm dritt għal xi benefiċċju, ma tridx tkun anqas minn 10% tar-rata korretta tal-benefiċċju dovut.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Jista' jiġi verifikat jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu l-pensjoni u l-benefiċċji soċjali ntitolat għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tad-diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tindika jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellha amputation taż-żewġ riġlejn, hijiex intitolata għal xi disability pension apparti mill-pensjoni statutorja tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Inkwilini ta' postijiet tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema skema jridu japplikaw l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi possession and use biex jixtru darhom? Dawn l-inkwilini, li ilhom bosta snin li kellhom il-ħajra jixtru l-proprjeta' tagħhom, b'liema valur se jinxtraw? Bil-prezzijiet tal-lum, li qed timponi l-Awtorita' tad-Djar, jew ta' meta kienet saret it-talba mill-istess inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tkun f'pożizzjoni li tbiegħ il-postijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant wara li l-Awtorita' ikollha t-titolu legali fuq l-art li fuqhom huma mibnija. Ninsab infurmata wkoll li s'issa l-Awtorita tad-Djar għad m'għandiex dan it-titolu.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema parti tal-proċess qiegħed il-każ ta' housing soċjali tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li qed ikollhom iħallsu Lm160 fix-xahar li hija prattikament impossibbli biex ilaħħqu mal-bżonnijiet normali tal-ħajja, iżda m'għandhomx alternattiva biex ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellanti qed tiġi proċessata flimkien ma’ oħrajn simili.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien il-Budget tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mis-sena 2000 sa l-2006, sena b'sena? Liema NGO's għenet finanzjarjament il-kummissjoni kull sena u kemm kien l-ammont f'kull każ? Jekk il-kummissjoni tgħinx "in kind" flok "cash" lill-NGO's? Jekk fl-affermattiv, lil min u kif għenet il-kummissjoni f'dawn is-sitt snin, sena b'sena? Tista' il-Ministru tirrispondi fid-dettall mhux dwar għajnuna individwali u personali li setgħet tat il-kummissjoni iżda dwar għajnuna lil NGO's bħala enti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

B'Kara — Dar Pirotta

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja awtentika tal-ftehim li l-gvern għamel mal-Kurja dwar Dar Pirotta Birkirkara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-diskussjonijiet ma’ l-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar il-ftehim indikat mill-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin.

Adozzjoni ta' tfal

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew adottati tfal matul is-snin 2005 u 2006? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Tista' tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar it-tagħrif mitlub għas-sena 2005 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18791 f’Seduta Numru 390. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reviżjoni ta' Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-mitkub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Birgu — Skema Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema care and repair għan-nuqqasijiet li għandha fil-proprjeta' tagħha, fosthom madum antik?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikata biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara fejn waslet applikazzjoni li persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Relief

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tneħħielu r-relief, ma tkomplix issir din l-inġustizzja miegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Għajnuna Soċjali tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant twaqqfet wara nvestigazzjoni u għal raġuni valida u mhux kapriċċjożament kif qed jagħti x’tifhem l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Bormla — Tindif ta' Flats

Question

Ninforma lill-Ministru li b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20637 s'issa għadhom ma tteħdux passi u għaldaqstant tista' tara li jittieħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li rriżulta li l-biċċiet tal-konkos kbar li lmenta dwarhom l-Onor. Interpellant huma mejjilli li kienu saru bħala parti mill-washrooms meta nbnew il-blokki fil-qasam tad-djar li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li, dawn il-mejjilli ma fihom ebda ħsara u, għalkemm fiż-żminijiet tal-lum m’għadhomx jintużaw, it-tneħħija tagħhom mhiex meqjusa bħala tiswija u għalhekk taqa’ taħt ir-responsabbilita’ ta’ l-inkwilini, li għandhom dritt jużawhom, li jneħħuhom jekk iridu jagħmlu dan.

Gżira, — Marshall Court - Lifts

Question

Il-Housing Authority qiegħda f'pożizzjoni li tilqa' talbiet mill-inkwilini ta' Marshall Court, Gżira biex ikollhom lifts stallati, billi wħud mill-fondi huma allokati mill-housing u oħrajn huma tal-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’ lift: fi djar privati taħt Skema 7 (Għajnuna finanzjarja fuq xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’residenzi okkupati minn persuni b’diżabilita’ ta’ mobilita’), jekk ikun hemm persuna b’diżabilita ta’ mobilita’ tgħix f’dik id-dar, jew fi blokki tal-Gvern mikrija, taħt l-iskema dwar stallazzjoni ta’ lifts fi blokki residenzjali proprjeta’ tal-Gvern. F’każ ta’ blokki tal-Gvern fejn ikun hemm jgħixu kemm inkwilini kemm sidien ir-residenti jistgħu japplikaw għal stallazzjoni ta’ lift taħt dawn l-iskemi. Ninsab infurmata li l-blokk li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant hu blokk tal-privat u għalhekk ma tistax tiġi kkunsidrata applikazzjoni għal għajnuna għal stallazzjoni ta’ lift f’dan il-blokk.

Istallar ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-prospetti li jiġi stallat il-lift fir-residenza indikata separatament, fid-dawl taċ-ċertifikati mediċi on file inklużi każi ta' sciatica?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa l-Awtorita' tad-Djar għaddejja bi programm ta' stallazzjoni ta' lifts f'diversi lokalitajiet. Ninsab infurmata li l-possibilita' li jiġi stallat lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat fil-futur qarib.

Pensjonant

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna ndikata separatament, tnaqqsietlu taxxa minn ras il-għajn iktar mis-soltu u anke meta jkun hemm il-bonus maċ-cheque tal-pensjoni li rċieva skond workings tad-dipartiment tas-servizzi soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.