Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex proprju issa qed jintalab ċ-ċertifikat ta' l-ischool leaving certificate lil dawk l-applikanti li għamlu l-course kollu b'suċċess għal gwardjani tal-kunsilli lokali u dan żgur fil-każ Ref. tiegħu LWA/53/97? Il-Ministru jara li ladarba din ma kenitx mitluba fl-applikazzjoni oriġinali, m'għandhiex tintalab issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghalkemm dan il-Ministeru mhux responsabbli ghall-ħruġ ta` liċenzji ta` liema responsabilita hi tal-Kummissarju tal-Pulizija, nista` nghid illi l-ħtieġa ta` `school leaving certificate` toħroġ mir-Regolamenti dwar il-Gwardjani Lokali tal-1996.

Qorti ta' l-Appell

Question

Il-Ministru jara li wara d-deċiżjoni mill-Qorti ta' l-Appell sede Ċivili fil-każ Monsinjur Dun Joseph Vella Gauci vs l-Awtorita' tax-Xandir, deċiża riċentement fis-17/11/99 fejn l-appell ġie mċaħħad fuq teknikalita' proċedurali, l-Awtorita' tax-Xandir għandha tara li ma toħloqx pożizzjoni diskriminatorja fl-għoti ta' liċenzja għall-community radio service lill-Katidral tal-Belt Victoria, Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il aġenzija ta' gwardjani lokali applikaw għal-liċenzja lill-Kummissarju tal-Pulizija? Min huma dawn l-aġenziji?

Response (GATT, AUSTIN)

`Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli ghall-Pulizija.`

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gwardjani lokali hux se jingħataw xi forma ta' taħriġ prattiku qabel ma jibdew il-patrol fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull min japplika biex jahdem bhala gwardjan lokali irid isegwi `course` intensiv appożitu imniedi mill-`Employment Training Commission`. Barra min hekk hemm il-hsieb li qabel mal-Gwardjani Lokali johorġu jaghmlu `patrols` fit-toroq, dawn ser jinghataw tahriġ fuq l-użu tal-`Hand held computers` kif ukoll tahriġ iehor li jkun meħtieġ.

Qrati — Amnestija lill-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jagħti xi forma ta' maħfra jew amnestija lill-ħabsin mal-wasla tas-sena l-ġdida?

Response (GATT, AUSTIN)

`Id-decizjoni dwar l-għoti jew le ta` amnestiji generali ma tittehidx minn dan il-Ministeru.`
Leg 9 PQ #11670 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Bormla — Triq Rikardu Taylor - Ħajt

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħajt li jinsab kantuniera bejn Triq Rikardu Taylor li tmiss ma' Alexander Street, Bormla li jinsab perikoluż ħafna u qed jiddetterjora jiġi rranġat, peress li minn quddiemu jgħaddu t-tfal ta' żewġ skejjel?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant,il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.

Kunsill Lokali — Raħal Ġdid - Tiwsija ta' bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?

Response (GATT, AUSTIN)

Mhux ir-responsabbilta` tal-Ministeru tiegħi biex issir il-manutenzjoni tal-bankini fit-toroq arterjali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati

Question

B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista'l-Ministru jagħti lista, bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabdel bdew jaħdmu kif imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

`Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta` l-impjegati kollha fi hdan is-Segretarjat privat tieghi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.`

Kunsilli Lokali — Poteri

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-poteri u r-responsabbiltajiet ġodda delegati lill-kunsilli lokali matul l-1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Responsabbilitajiet ġodda li ġew delegati lill-Kunsilli Lokali matul din is-sena jinkludu: . Ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma fir-rigward tal-final road re-instatement wara tiswijiet fit-toroq. . Ftehim mad-Dipartiment tal-Libreriji biex il-Kunsilli Lokali jmexxu huma l-ftuh tal-librerija fil-lokal tagħhom. . Id-Devoluzzjoni Lokali ta` propjeta pubblika li tista` tintuża ahjar. . Skema mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Tahriġ(ETC) ta` xogħol fil-komunita` għal dawk li jirregistraw għax-xogħol. Matul din is-sena bdew ukoll diskussjonijiet intensivi għall-introduzzjoni ta` delegi oħra bħall-infurzar ta` ċertu liġijiet bl-introduzzjoni tal-Gwardjani u Tribunali Lokali,kif ukoll il-bdil ta` bozoz maħruqa mal-Korporazzjoni Enemalta u l-ġbir ta` ċertu liċenzji oħra mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #11684 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux fil-pussess tiegħu dar kbira f'Ħal Tarxien li kien qed jikkonsidra li jagħtiha lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien kif darba kien stqarr l-istess ministru pubblikament? Fil-fatt il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien s'issa għamel talba għal din id-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghti l-indirizz preciz tad-dar biex ikunu jistghu jsiru l-verifiki necessarji. B`danakollu ta` min ifakkar lill-Onor.Interpellant illi d-domanda dwar jekk fond hux propjeta jew le tal-Gvern ghandha tiġi ndirizzata lill-Onor. Ministru tal-Intern

Priġunieri — Amnestija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jagħti amnestija lill-priġunieri fl-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

`Id-decizjoni dwar l-ghoti jew le ta` amnestiji generali ma tittehidx minn dan il-Ministeru.`

Kunsilli Lokali — Mellieħa - Stqarrija

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kordinament sar mill-ministeru dwar l-aħħar sitwazzjoni riferibbli għall-korrispondenza/stqarrija tal-15 ta' Ottubru tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? X'riżultati nkisbu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ebda Dipartiment tal-Gvern imsemmi fl-istqarrija li saret referenza ghaliha ma jaqa` taħt id-dekasteru tieghi.
Leg 9 PQ #11387 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Priġunieri — Amnestija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-amnestiji kollha li ngħataw minn gvernijiet differenti mill-1971 'l hawn, inkluż id-data ta' meta ingħataw, mil-liema gvern ingħataw, x'kienet tgħid l-amnestija u x'kienet l-okkażjoni għal kull amnestija?

Response (GATT, AUSTIN)

`Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru tal-Intern li tahtu jaqghu l-awtoritajiet tal-Habs u li jzommu d-dettalji tal-amnestiji moghtija mill E.T. l-President.`
Leg 9 PQ #11594 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Deputati — Parking space

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11181, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-prinċipju li l-membri parlamentari għandhom xorta jkollhom faċilita' ta' parking fi Pjazza San Ġorġ, mingħajr ħlas? Jista' jiġi nkluż ukoll l-istaff tal-Parlament li jaħdmu ħinijiet twal, fosthom meta jkun hemm seduti filgħodu u filgħaxija, jaħdmu mit-8.00 a.m. sal-10.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

M`ghandi xejn xi nzid mar-risposta li tajt ghall-mistoqsija parlamentari nru. 11181 ghajr illi personalment naqbel li l-membri tal-parlament ghandhom ikollhom facilitajiet ghall-ipparkjar waqt is-seduti tal-parlament.

Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-target dates għall-introduzzjoni ta' residents only parking fid-diversi lokalitajiet f'pajjiżna? Hemm xi bliet u rħula li fihom din se tiġi nfurzata qabel oħrajn?

Response (GATT, AUSTIN)

`Billi, kif indikajt fit-twegiba tieghi ghall-Mistoqsija Nru. 11181, il-Ministeru ghadu ma rceviex ir-rapport preliminari fuq l-area tal-Belt u l-Furjana, mhux il-każ li nista` nwiegeb ghall-Mistoqsija prezenti li tirrigwarda d-diversi lokalitajiet l-ohrajn.`

Imqabba — Għoti ta' l-Onorifiċenzi

Question

Peress li nqalgħu kwestjonijiet dwar il-ġemellaġġ ta' Mqabba ma' Ferrara, fir-rigward ta' l-għoti ta' l-Onorifiċenzi u l-Ministru ġie mitlub jindaga fuq il-każ, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni, jekk saret?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li meta d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali indaga fuq il-kaz irrizulta li l-ġemellaġġ li ghalih qed issir referenza kien sar bejn Każin tal-Banda fl-Mqabba u iehor fl-Italja u mhux bejn il-Kunsilli Lokali koncernati. Avveniment kulturali li gie nkoraggut mill-Kunsill. Ghaldaqstant ma kienx hemm lok ta` investigazzjoni.

Qrati — Każi ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-1995, 1996, 1997 u 1998 separatament, kemm kien hemm sentenzi fuq każi ta' drogi fejn il-qrati (a) tal-Maġistrati; u (b) Kriminali Superjuri ordnaw is-sekwestru tal-beni tal-ħati? X'kien l-ammont totali kull sena? Fil-każ ta' bini li ġie mgħoddi għand il-gvern x'użu sar/se jsir minnu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nannetti lista ta` kazi konnessi ma` drogi li ġew deċizi bejn l-1995 u l-1998 kif mitlubin fil-mistoqsija. Minn dawn il-kazi kollha hemm kaz wieħed biss li sa l-1998 ġie deċiz finalment mill-Qorti ta` l-Appell Kriminali fejn ġiet konfermata l-konfiska tal-beni tal-ħati. Mir-riċerka li saret fuq ordni tal-Qorti jirrizulta li hemm żewġ karozzi u mutur registrati f`isem l-akkuzati u ammont żghir ta` madwar LM9.44c biss. Ma jidhirx li kien hemm bini. Id-dipartiment qieghed jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex l-oġġetti hekk konfiskati jghaddu fil-pussess tal-Gvern. SENTENZI FUQ KAZI TA` DROGA BEJN l-1995 U 1998 QORTI KRIMINALI SUPERJURI 1995 Kontra John Bugeja (Att ta` Akkuza nru. 12`93) deċiza mill-Qorti Kriminali fid-29 ta` Novembru 1995 pendenti fl-Appell 1996 Kontra Aibrahim Bashir Ben Matue (Att ta` Akkuza nru. 4`95) deċiza mill-Qorti Kriminali fis-17 ta` Mejju 1996 pendenti fl-Appell 1997 Kontra Joseph Grech u Tracy Borg (Att ta` Akkuza nru 11`95) deċiza mill-Qorti Kriminali fil-konfront ta` Joseph Grech biss fis-27 ta` Ottubru 1997 liema kaz ghadu pendenti quddiem l-Appell. Il-kaz ta` Tracy Borg ghad hemm il-Guri pendenti. kontra Anthony Tanti, omissis u Kevin Tanti (Att ta` Akkuza numru 2`96 deciza mill-Qorti Kriminali fid-29 ta` April 1997 pendenti fl-Appell kontra Abdul Baset Mohammed Dberzi (Att ta` Akkuza nru 5`97) deċiza mill-Qorti Kriminali fis-27 ta` Ottubru 1997 pendenti fl-Appell kontra Christopher Borg, Mario Joseph Rodena u Allison Micallef (Att ta` Akkuza 23`97 deciza mill-Qorti Kriminali fid-28 ta` Mejju 1997 pendenti appell preliminali 1998 kontra Andrew Buhagiar (Att ta` Akkuza 14.97 deċiza mill-Qorti Kriminali fil-5 ta` Mejju 1998 pendenti fl-Appell kontra Nazzareno Abela (Att ta` Akkuza 29`97) deciza mill-Qorti Kriminali fit-12 ta` Ottubru 1998 pendenti fl-Appell kontra Meinrad Calleja (Att ta` Akkuza 20`97) inghatat deċizjoni preliminari fl-14 ta` Dicembru 1998 li ghadha pendenti fl-appell kontra Ali Ben Mohamed Hichm Bettaieb (Att ta` Akkuza 1`98 pendenti Guri kontra Mario Camilleri (Att ta` Akkuza nru 3`98) pendenti Guri. QORTI TAL-MAGISTRATI kontra Hisham Bashir Abugukhaz - pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appell Kriminali (nru. 263`98) kontra Saverina Borg, Josephine Grima, Anthony Borg u Raymond Borg - Appell Kriminali nru. 309`97 - deciz 31 ta` Lulju 1998.

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi kriminali pendenti quddiem il-qrati tal-maġistrati li huma għas-sentenza u li ilhom hekk pendenti għal aktar minn sentejn? Jekk le, jista' jiġbor statistika relattiva? Jaf li tali dewmien imur kontra l-prinċipju tas-smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn informazzjoni mogħtija mill-Maġistrati jew mid-deputati tagħhom, Kawżi pendenti għas-sentenza għal aktar minn sentejn quddiem il-Qorti tal-Maġistrati hemm 5 sa Marzu 1999.
Leg 9 PQ #11181 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Deputati — Parking space

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-parking space tad-deputati se jibqa' kif inhu wara li jiem ilu ddikjara li jista' jkun li fil-Belt, kull min jipparkja, minbarra ir-residenti irid iħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ghadu ma rċeviex ir-rapport preliminari tat-`Traffic Management Scheme` ghall-Belt u l-Furjana li qed jitfassal mill-Planning Authority u ghalhekk ghadu kmieni wisq biex jinghad x`se jkun suġġerit dwar Pjazza San Ġorg.

Kunsilli Lokali — Valletta

Question

Jista' l-Ministru jikkordina mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sabiex il-parti ta' fuq fi Triq l-Ifran titranġa peress li tinstab fi stat ħażin ħafna li hu ta' għajb għal belt kapitali ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.