Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet mill-awtorita' ta' l-ippjanar tul l-2002 xahar b'xahar, lokalita' b'lokalita' f'Malta u Għawdex? Kemm sar twaqqiegħ jew żarmar ta' strutturi jew bini fl-istess perjodu xahar b'xahar, lokalita' b'lokalita'? Kemm kien hemm każi fejn it-twaqqiegħ sar mis-sid innifsu u f'liema lokalitajiet sar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati tat-tip: xwabel, skieken, lanez, crossbows, bajonetti, anti tank weapons, mortars, decommissioned hand grenades, Bazooka's, Piats, Panzerfausts, eċċ shells jew bombi, dejjem jekk dawn l-armi jirrikjedu liċenzji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-armi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, fis-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija jidhru li hawn reġistrati dawn l-armi:
Xwabel 1,455
Skieken 220
Lanez 11
Crossbows 31
Bajonetti 1,474
Mortars 2
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pulizija tiftaħ għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn? Jekk iva fejn hemm il-ħsieb li tinfetaħ din l-għassa biex ikun asigurat li din tkun fiċ-ċentru u aċċessibbli? Il-korp tal-pulizija għandu proprjeta' f'Wied il-Għajn fejn jista' jiftaħ din l-għassa jew għad irid jixtri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed ikun mistħarreġ il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija f`Wied il-Għajn tkun traslokata għal post ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija li huma
1
single shot rim fire
2 single shot pin fire
3 single shot centre fire
u x'tip ta' armi huma f'kull kas?
Kemm minn dawn li huma reġistrati illum għandhom tul totali ta' anqas minn 220 mm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant it-tagħrif kif mitlub mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bolt action rifles miżmuma bil-liċenzja illum?
Kemm minn dawn huma tat-tip lee enfield pre-1900 jiġifieri mark 1 u kemm tat-tip mark 2, 3 u /jew 4?
Jista' jgħid kemm hemm armi tat-tip
1 moisin nagant bolt action rifle
2 mausers bolt action
3 us carbine m1898 with krag-jorensen bolt action
4 spring field rifles
5 arisaka type 38's
6 m1 carbines
7 garand rifles .30mi
rifles liċenzjati llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant it-tagħrif kif mitlub mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidju minn sena b'sena mil-1990 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998. Ir-rapporti li kellha l-Pulizija ta` attentati ta` suwiċidju kienu kif ġej:-
1998
1999
2000
2001
2002
17
12
6
29
7
Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex issir faċli li persuna li trid tivverifika xi pjanti li jkunu ġew sottomessi ma' xi applikazzjoni għall-iżvilupp ma jkolliex tmur Għawdex f'każ li x-xogħol propost ikun f'Għawdex bħalma jrid isir issa, imma din il-verifika tkun tista' issir minn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Il-punt li qiegħed iqajjem l-Onor. Interpellant huwa wieħed validu u għalhekk ser joħorġu struzzjonijiet biex mill-ġimgħa li ġejja pjanti ta` żvilupp ta` Għawdex ikunu aċċessibli għal pubbliku f`Malta wkoll, skond il-proċedura normali.
Spotters għal Vapuri tas-Sajd — Residence/Work Permit
Question
Billi f'risposta li ngħatat is-sena l-oħra fuq l-istess suġġett il-ministru qal illi jekk pilota ta' ajruplani żgħar li jkunu jaħdmu bħala spotters għal vapuri tas-sajd iridu residence and work permit, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal dan, jekk inħarġux permessi u jekk u x'se jagħmel il-korp tal-pulizija biex jitwaqqaf dan l-abbuż li milli jidher qed isir din is-sena wkoll b'detriment għas-sajjieda Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27086.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati li huma automatics u semi automatics? Billi m'hawnx snieter automatic imma semi automatic kemm mis-semi automatics huma snieter li jieħdu aktar minn tliet skrataċ? X'inhuma s-semi automatics l-oħra, pistoli jew rifles?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma` tikkwalifikax l-armi bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk trakkijiet kbar jistgħux jiġu ipparkjati f'areas residenzjali anke matul il-lejl?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ipparkjar ta` vetturi mill-mutur huwa permess kif maħsub fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar Tractors bil-Mutur.
Jista' l-Ministru jara li l-karozza antika abbandunata u l-karozza Marina li mhux liċenzjata u li jinstabu ipparkjati fi Triq l-Irmiġġ quddiem id-dar ta' l-anzjani l-Imsida jitneħħew peress li huma ta' żgombru għan-nies ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni din is-sena l-qorti fuq każi ta' prostituzzjoni? Kemm minnhom kienu reċedivi u kemm-il darba? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 28 persuna, uħud minnhom aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn, 13 huma reċedivi. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu sentenzi sospiżi, ċanfira jew twiddiba, ħabs u fil-każ ta` barranin tneħħija minn dawn il-Gżejjer.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li rreġistraw it-tajr protett u bbalzmat mad-dipartiment ta' l-ambjent? Jista' jagħti breakdown tat-tajr kollu reġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent irċieva 4,416 dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni ta` kollezzjonijiet ta` tajt protett ibbalzmat. Dawn jikkomprendu total ta` 231,615 għasfur, li ġew ikklassifikati kif jidher hawn taħt:
Group
Percentage Composition
Birds of Prey
25.8
Herons, egrets, bitterns, ibises, spoonbills, flamingos, storks
10.9
Wildfowl
2.4
Crakes, cranes
2.1
Seabirds
16.2
Waders
11.7
Owls
4.4
Colourful birds
13.5
Passerines
10.5
Others
2.6
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati ġewwa Paceville din is-sena u x'tip ta' reati kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u April ta` l-2002, il-Pulizija kellha 135 rapport ta` reati li seħħew f`Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, frodi, omiċidju u serq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati illum?
Jista' jgħid kemm minnhom huma snieter taż-żewġ u kemm huma automatics li jieħdu 3, 4 u /jew 5 skrataċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Madankollu, mit-tagħrif disponibbli jidher illi l-armi reġistrati fil-preżent, jammontaw għal 67,036. Minn dawn 48,445 huma snieter, li minnhom 22,949 huma awtomatiċi, u 11,445 huma taż-żewġ.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Qormi sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-monitoraġġ ta` l-arja f`Ħal Qormi jsir kemm permezz ta` Diffusion Tubes kif ukoll bil-mobile station.
F`din il-lokalita` diffusion tubes twaħħlu fl-areas ta` Farsina, tal-Wied, fl-inħawi tal-polyclinic u ħdejn l-iskola primarja ta` San Bastjan.
Il-mobile station ukoll intuża f`Ħal Qormi. Dan tqiegħed f`diversi postijiet. F`April 2002, il-mobile station kien tqiegħed ħdejn il-bini tal-Maltapost plc.
Dan il-programm ta` monitoraġġ inbeda lejn l-aħħar tas-sena 1999 u għadu sejjer. Uħud mir-riżultati miksuba jinstabu ippublikati fuq il-website tad-Direttorat għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent (www.environment .gov.mt). Ir-riżultati juru li l-livelli ta` trab fin (PM10) huwa ogħla minn dak stabbilit fid-direttiva Ewropea 99/30/EC.
Id-Direttorat ikkommissjona kumpanija Ingliża b`esperjenza fil-qasam biex tagħmel studju preliminari tad-“data” miksuba s`issa. Ir-rapport ta` dan l-istudju hu mistenni għal Ottubru 2002.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Santa Venera sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta` Santa Venera mhix inkluża mal-31 lokalita` li fihom isir monitoraġġ ta` l-arja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena 2002 ġew misruqa anzjani il-fuq minn 61 sena fid-djarhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, il-Pulizija kellha 71 rapport minn persuni ta` l`fuq minn 61 sena li irrapurtaw xi forma ta` serq minn proprjeta` tagħhom.