Jista' l-Ministru jgħid kemm saru attakki fiżiċi jew verbali fuq għalliema s-sena l-oħra? X'tip kienu? Kemm minnhom kienu studenti, ġenituri u/jew oħrajn?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 22645 fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien introdott is-servizz ta' facilitators fl-iskejjel ta' l-Istat u f'dawk privati u tal-knisja separatament? Min qed iħallas għall-ispiża ta' dan is-servizz? Kemm kienet l-ispiża totali kull sena għal dawn il-facilitators mindu beda jingħata dan is-servizz sa l-aħħar tas-sena 2006? Kemm hu n-numru ta' facilitators fl-iskejjel ta' l-Istat u f'dawk privati u tal-knisja separatament u kemm hemm tfal li għandhom facilitator magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-servizz ta' facilitator fl-iskejjel ta' l-Istat ġie introdott uffiċjalment fl-1995. Bħalissa hemm 1076 Learning Support Assistants impjegati mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u li jitħallsu mid-Divizjoni. Dawk il-facilitators li jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja jitħallsu wkoll mill-Istat. Il-facilitators li jgħallmu fl-iskejjel Indipendenti jitħallsu mill-ġenituri.
Dawn huma mqassma hekk.
Learning Support Assistants Jannar 2007
Facilitators 293
K.A. (Sp. Educ) 59
K.A. 37
P.T. (Sp. Educ) 3
S.K.A. (Sp. Educ) 684
TOTAL 1076
Informat ukoll li hemm 1475 student fl-iskejjel ta' l-Istat li għandhom l-għajnuna ta' Learning Support Assistant.
Rigward in-numru ta' facilitators fi skejjel tal-Knisja u Indipendenti, tweġiba ingħatat diġa f'Mistoqsija Parlamentari numru 22821.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22675 u jgħid kemm hemm staff akkademiku u staff ieħor fl-universita' li llum għandhom aktar minn 60 sena? Kemm għandhom aktar minn 65 sena? F'liema fakulta' qed jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 23031.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika (2006/07) kien hemm xi kapijiet, assistenti kapijiet jew għalliema li tkeċċew milll-impjieg jew ġew imġiegħla jirriżenjaw? Jekk iva, għaliex?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22676 u jgħid jekk hemmx professuri fl-universita' li minbarra s-salarju għandhom allowances oħra? Jista' jgħid min huma u x'allowances għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Universita' ta' Malta hemm professuri li għandhom allowances oħra barra s-salarju. Din l-allowance hi marbuta ma' kariga/i li jokkupaw fl-Universita'. L-allowances huma marbuta ma' dawn il-karigi li ġejjin:
President of Council
Pro-Rector
Dean
Deputy Dean
Head of Department
Chairperson/Director of Institutes or Centres
Rector's Delegate
Course Co-Ordinator
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-figura globali ta' studenti barranin li attendew xi waħda mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin fl-2006? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u mhux mistennija tkun magħrufa qabel numru ta' ġimgħat oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-Interior Design jiġix mgħallem fl-MCAST? Jekk iva, bħala kors għalih jew inkorporat ma' suġġetti oħrajn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Interior Design huwa speċjalizzazzjoni li jifforma parti mit-Three Dimensional Design. Hemm zewġ study-modules ta' sittin siegħa l-wieħed li huma direttament marbutin ma' l-istudju u l-proġettazzjoni ta' l-interni, jiġifieri Exhibition and Retail Design (Unit 26) u Interior Design (Unit 27).
Il-units l-oħra tad-3D Design huma kollha validi għall-ispeċjalizzazzjoni ta' l-Interior Design, per ezempju, Furniture Design, Computer Applications in Art and Design, Commercial Model Making eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1999 'il hawn kienu investiti flus mill-gvern: a) f'bini ta' skejjel ġodda; u b) f'manutenzjoni ta' skejjel eżistenti? Jista' jgħid ukoll xi proġetti maġġuri saru ta' manutenzjoni u ta' bini ta' skejjel u kemm swew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-investiment kapitali f'immodernizzar, manutenzjoni ta' skejjel ġodda u bini li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada nefqet fuq skejjel mill-perjodi 2001 sa Settembru 2006 kienet tlaħħaq Lm 19,628,898. Minn dan l-ammont Lm 3,506,791 ntefqu fuq skejjel ġodda. Lista ta' xogħolijiet riċenti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal Mistoqsija Numru 20601.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23000, jista' l-Ministru jgħid jekk xi enteoħra governattiva jew fond finanzjarju tal-Gvern ħariġx flus biex l-AC Milan jinġiebu għal Training Camp f'Malta u biex jilagħbu logħba ta' ħbiberija ma' Birkirkara FC?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru tiegħi ma jkollux l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-viċin jiftaħ il-kors mill-ETC taċ-childcare? Xi jrid isir biex wieħed japplika għalih, u xi kwalifiċi jrid ikollu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għadha ma ġietx iffissata data meta ser jerġa jiftaħ il-kors mill-ETC taċ-‘childcare’ u bħalissa mhux qed jintlaqgħu applikazzjonjiet.
Meta joħorgu l-applikazzjonijiet, persuni interessati jkunu jridu jimlew formola u jkun meħtieġ ukoll minnhom li jkollhom 3 ezamijiet fil-livell ordinarju, fl-Ingliz, Malti u Matematika. L-ezami tal-Matematika jista’ jiġi sostitwit minn 2 ezamijiet f’suġġetti oħra. Persuni li ma ghandhomx dawn il-kwalifiki jistgħu jagħmlu ezami fit-tlett suġġetti msemmija aktar qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa għandna studenti Maltin jistudjaw f'xi universita' fl-Ingilterra u qed jieħdu minn Malta l-istipendju li jieħdu l-istudenti Maltin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm tliet studenti jsegwu studji barra minn Malta u li qed jirċievu stipendju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-istudenti tal-MCAST fl-ewwel sena tal-kors tal-Pharmacy Technician ma' l-Institute of Business and Commerce humiex se jingħataw l-istipendju, l-ismart card u għajnuna biex itaffu l-ispejjeż tat-trasport pubbliku peress li hemm studenti minnhom li m'hu qed jirċievu xejn minn dawn l-għajnuniet ta' stipendju, smart card u sussidju tat-trasport?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm numru ta' studenti li ġew mill-Junior College u bdew il-kors tal-Pharmacy Technician ma' l-Institute of Business and Commerce ta' l-MCAST. Peress li teknikament huma qed jirrepetu l-istess livell/sena li kienu fiha fil-Junior College allura ma jistgħux jingħataw stipendju. Kif diġa kelli l-okkażjoni ngħid bi tweġiba għal interpellenzi oħra l-każi ta' dawn l-istudenti qed jiġu mistħarrġa kull wieħed fuq il-merti tiegħu biex jiġu stabbiliti l-fatti preċiżi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-kors ta' l-ewwel sena Pharmacy Technicians, MCAST Institute of Business and Commerce hemm lecturer fil-qasam Action And Use of Drugs li mhux qed jattendi biex jagħti lectures? Meta se jibdew il-lectures u kif se jintrebaħ iż-żmien mitluf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm żewġ għalliema li jgħallmu s-suġġett imsemmi, Action & Use of Drugs. Informat li dawn l-għalliema kienu ma jifilħux għal xi lezzjonijiet u kellhom ċertifikat mediku.
Informat ukoll li wieħed minn dawn l-għalliema għadu kemm rriżenja, iżda diġa' hemm sostitut li ser jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar. L-istudenti ser jingħataw siegħa żejda kull ġimgħa għal kumplament tax-xhur li fadal. Dawn għandhom jikkumpensaw il-lezzjonijiet li ntilfu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħaddmu persuni bla permess is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-każ ta’ ħaddiema barranin, hija l-pulizija li tħarrek lil dawn il-persuni.
Informat ukoll li fil-każ ta’ kawżi rigward il-ħaddiema Maltin li jkunu qed jaħdmu illegalment, nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 20057.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa’ Diċembru 2006 inqatgħu 1,391 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Minn dawn il-1,391 persuna, 180 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 862 irrifjutaw opportunita ta’ xogħol, filwaqt li 349 persuna rrifjutaw opportunita ta’ taħriġ.
Tista' l-istudentessa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-iskola Sir Luigi Preziosi tingħata l-għajnuna meħtieġa biex ma tibqax taqa' lura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta konċernata dehret quddiem il-Board f'Ottubru ta' l-2002 meta l-istudenta kienet għada fl-iskola Primarja. Dak iż-żmien ma ġiex rakkomandat li l-istudenta tingħata s-servizz ta' facilitator għax kienet fi klassi ta' 17-il student.
Informat ukoll li l-Statementing Board ma ngħatax evidenza għaliex l-istudenta għandha tingħata facilitator. Ir-riżultati li ġew ippreżentati meta il-każ ġie rivedut, kienu juru li l-istudenta kienet average barra f'suġġett wieħed.
Tlabt li l-każ jerġa' jiġi evalwat.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħaddiema li huma ntitolati għal karozza huma dawk l-uffiċjali fi skala wieħed sa erbgħa u dawk li jidħlu f'kuntratt mal-Gvern li jiprovdi wkoll karozza.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jiżdied facilitator fil-kulleġġ San Benedittu, peress li hemm facilitator wieħed għal erbat itfal u meta jkun marid dan il-facilitator, dawn jispiċċaw bla facilitator? Tista' tittieħed azzjoni? Tista' l-familja ta' wieħed minn dawn it-tfal li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi nformata direttament?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kwestjoni imqanqla mill-Onor. Membru qed tiġi trattata.