Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37473 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SPLD — Għajnuna

Question

Meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall kundizzjoni li għandha għaliex ġiet riferuta lil SPLD meta mhux dik l-għajnuna li għanda bżonn? X'serjeta hemm meta ġie assessed għal 15-il minuta biss mill-iStatementing Moderating Panel fit-8 ta' Awissu 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel irrakomanda 'Complimentary Education" (Għajnuna mill-iskola) u ġie referut lil Spld biex jiġi stabbilit jekk l-istudent għandux 'dyslexia'. Il-Bord ma jagħmilx "assessments" u jagħti rakkomandazzjoni wara li jara r-rapporti mediċi/professjonali u t-tfal konċernati flimkien mal-ġenituri tagħhom.
Leg 9 PQ #37474 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Collage — Nefqa f'handbook

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa tal-handbook tal-Junior Collage għas-snin 2002-2004? Kemm saru kopji tal-handbook? Mil-liema vot tħallsu u xi jkopri dan il-vot?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru 2800 kopja tal-Handbook tal-Junior College għas-sena 2002 - 2004. In-nefqa kienet ta' Lm797 u l-kont kollu tħallas permezz ta' sponsorship mill-Indigo Bookshop.
Leg 9 PQ #37367 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Maintenance grants — MCAST

Question

Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-maintenance grant kollha li huma ntitolati għaliha? X'inhuma r-raġunijiet li ma ħarġux dawn il-maintenance grants kif suppost, meta se joħorġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm madwar 32 student li għadhom ma ngħatawx il-maintenance grant. Ir-raġunijiet li ma ħarġux hija li l-istudenti applikaw tard. 24 minn dawn l-istudenti ser jirċievu l-maintenance grant fil-ġranet li ġejjin, filwaqt li t-tmienja l-oħra ser jirċevuhom f'Jannar għar-raġuni li applikaw iżjed tard. Hemm 260 student ieħor li filwaqt illi ingħataw il-grant ta' Ottubru ma kienux ingħataw il-grant ta' Settembru. Ir-raġuni kienet li lista tagħhom inħadmet mill-MCAST matul ix-xahar ta' Novembru. Dawn ser jingħatawlhom lejn l-aħħar ta' Diċembru flimkien mal-grant ta' Novembru.
Leg 9 PQ #37368 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Smart card

Question

Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-ismart card minkejja li ninsabu f'Diċembru? X'inhuma r-raġunijiet li għadha ma nħarġitilhomx l-ismart card? Meta se toħroġ l-ismart card?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ismart cards li kienu għadhom ma ngħatawx issa nħarġu kollha. Ir-raġunijiet li kienu għadhom ma nħarġux kienu diversi: studenti li applikaw tard, trasferimenti ta' studenti minn kors għal ieħor, talbiet ta' studenti li jkollhom bżonn smart card ġdida jew topping up jew reactivating, kien hemm tliet sejħiet għal studenti li l-aħħar waħda minnhom għalqet matul ix-xahar ta' Ottubru. Barra minn hekk, meta l-Bord kien ġie biex jiħroġ il-cards instab li numru minn dawn l-istudenti diġa` kellhom card oħra. Dan seħħ għaliex kien hemm fosthom min kien diġa` ġie aċċettat f'istituzzjoni Post-Sekondarja oħra u allura kienet diġa` ħarġitilhom il-card, filwaqt li meta bidlu għall-MCAST talbu card oħra. Uħud minn dawn l-istudenti kienu diġa` bdew jużaw l-ewwel card u għalhekk kellu jitnaqqsilhom mill-card il-ġdida. Minħabba f'hekk il-Bord kellu jivverifika l-lista sħiħa ta' l-istudenti biex jassigura li ħadd ma jkollu aktar minn card waħda li hu intitolat għaliha. Infakkar li sadattant hemm 'l fuq minn 11,000 student li qed jieħdu l-maintenance grant dovuta lilhom permezz ta' l-ismart card.
Leg 9 PQ #37443 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/Riżorsi

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36614?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel ma jiġix allokat budget speċifikament għalih.
Leg 9 PQ #37004 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Bniet li ħarġu tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għall-aħħar sentejn skolastiċi mil-liema skejjel, Junior Lyceum jew area secondaries kienu l-bniet li ħarġu tqal waqt l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfajliet taħt is-16-il sena, li joħorġu tqal, waqt li jkunu għadhom jattendu l-iskola, ivarjaw fil-lokalita` u fl-iskola li jattendu minn sena għall-oħra. M'hemm ebda skola li matul is-snin spikkat fin-numri. Biex tingħata risposta għal din il-mistoqsija, tiġi perikolata l-kunfidenzjalita`, minħabba li t-tfajla tkun tista' tiġi identifikata.
Leg 9 PQ #37005 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Żjarat f'mużewijiet

Question

Saret xi rakkomandazzjoni li għandha tittieħed xi deċiżjoni li kemm jista' jkun studenti fi skejjel primarji u sekondarji ma jiġux inkoraġġati jżuru l-mużewijiet? Fil-każ li iva, min qed jagħmel rakkomandazzjoni bħal din? Se tiġi aċċettata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ħarġet ebda rakkomandazzjoni mid-Dipartiment ta' l-Operat li fl-iskejjel primarji u sekondarji l-istudenti ma jiġux ikoraġġiti jżuru l-mużewijiet.
Leg 9 PQ #37095 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Arti u d-Disinn

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 36396 meta se jkun jista' jintuża l-bini kollu ta' Targa Gap, kemm mill-istudenti ta' l-istitut kif ukoll minn dawk li jmorru hemm għall-korsijiet ta' filgħaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bini kollu ta' Tarġa Gap, jiġifieri l-Bini Amministrattiv, il-lecture rooms, il-kmamar 'speċjali', kif ukoll il-workshops ta' l-istampar, taċ-ċeramika, ta' l-arti u ta' l-istained glass, qegħdin jiġu użati kemm mill-istudenti li jattendu filgħodu kif ukoll minn dawk li jattendu filgħaxija. Ix-xogħol fuq il-bjut tal-woodwork/metal workshops u l-gym se jinbeda malli l-manifattur lokali jissupplixxi r-roof panels neċessarji. Ninsab informat ukoll li meta jaslu r-roof panels minn barra, il-kuntrattur ikun jista' jispiċċa x-xogħol fi żmien tnax jew ħmistax-il ġunata. Ġejt informat li l-materjal neċessarju ntbagħat minn Southhampton fid-29 ta' Novembru kellu jasal Malta fl-ewwel nofs ta' Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #37601 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tariffi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37200?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Edukazzjoni kien hemm dawn iż-żidiet f'tariffi u fees amministrattivi:- Pixxina Nazzjonali Day membership (Adulti) - Minn Lm1.50 għal Lm1.75 Day membership (Żgħar) - Minn Lm0.75 għal Lm1.00 Programm 'Adventure Sport' - Minn Lm40 għal Lm50 Skolasport - Minn Lm10 għal Lm15
Leg 9 PQ #37616 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Note book computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjon dettaljata ma nara ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #36948 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Public Broadcasting Services — Employees

Question

Given that the Sunday Times of 10-11-02 (back page) PBS issued a statment deploring the Broadcasting Authority chairman's comments, and that amongst a lot of remarks PBS stated that it produces programmes either with full-time or part-time employees on by contracting other organisations and since in a recent parliamentary question the Minister answered that PBS employed 186 full-timers and 1 part-timer, which does not tally with what the board of directors is claiming in its recent statment re the Broadcasting Auhtority; could the Minister tell the House on which occasion PBS Ltd was not telling the truth about the employees it engages, whether in the answer to the parliamentary question or in its statment re the Broadcasting Authority?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-istqarrija li semma' l-Onor. Membru l-Bord tal-PBS imkien ma semma' ċifri dwar kemm hemm impjegati full-time jew part-time mal-PBS.
Leg 9 PQ #37003 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Permessi speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw il-permess jitilqu kmieni mill-iskola sekondarja għall-aħħar sentejn skolastiċi? Minn liema skejjel kienu l-istudenti (maqsumin bniet u subien)? Minn liema lokalitajiet kienu l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti taħt is-16-il sena li ngħataw permess jitilqu mill-iskola għas-sena skolastika 2001-2002 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li għalkemm in-numru ta' l-exemptions jidher sinifikanti, wieħed irid jirrealizza li ħafna minn dawn l-istudenti jkunu diġa temmew il-kors sekondarju tagħhom meta jingħataw exemption.
Leg 9 PQ #37538 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hypogeum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-hypogeum min kemm ilu li reġa' fetaħ sal-lum u mil-liema pajjiżi kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36863 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec Systems of Knowledge — Resits ta' eżamijiet

Question

Kemm kien hemm studenti post-sekondarji li fi tmiem is-sena akkademika 2001-2002 weħlu fil-proġett ta' l-estetika li jridu jagħmlu bejn l-ewwel u t-tieni sena tagħhom biex jissidisfaw il-kriterji tal-bord tal-Matsec tas-Systems of Knowledge? Kemm minn dawn l-istudenti li weħlu tħallew jagħmlu re-sit? Kemm kien hemm studenti li weħlu li ġew infurmati li jistgħu jagħmlu re-sit? Kif ġew infurmati dwar dan ir-re-sit? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema kriterji jkun hemm studenti li jitħallew jagħmlu re-sit u l-oħrajn li jitħallew fil-għama?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni li qed tintalab trid tinġabar mill-iskejjel. Ir-rwol tal-MATSEC fejn jidħlu l-proġetti tas-Systems of Knowledge huwa dan: Il-proġett ta' l-estetika fis-Systems of Knowledge huwa assessjat mill-għalliema stess lejn tmiem l-ewwel sena tal-kors fl-iskejjel post-sekondarji. Bejn Ġunju u Lulju, il-Bord tal-MATSEC jimmodera l-marki li jkunu ngħataw. Imbagħad fl-aħħar ta' Frar tat-tieni sena tal-kors, l-iskejjel jintalbu jibgħatu l-marki taż-żewġ proġetti (estetiku u teknoloġiku) lill-Uffiċċju tal-MATSEC. Il-moderazzjoni tat-tieni proġett issir bejn Marzu u April. Jekk fl-aħħar tal-kors il-kandidati ma jkollhomx il-marka minima fiż-żewġ proġetti ma jitħallewx jagħmlu l-eżami tas-Systems of Knowledge f'Mejju iżda jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-proġett/i li jkunu weħlu fih/om biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami f'Settembru. Il-kandidati kollha li jkunu f'din is-sitwazzjoni jkunu mgħarrfa b'ittra b'dan ir-regolament.
Leg 9 PQ #36864 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sir Adrian Dingli — Manutenzjoni tal-bjut

Question

X'passi ttieħdu biex jiġi nvestigat x'wassal biex jidħol ħafna ilma fil-bini ta' l-iskola Sir Adrian Dingli wara x-xita li għamlet minkejja li ntefqu eluf kbar ta' liri fuq ix-xogħol? Min kien responsabbli mill-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada għas-sorvelja tat-tqiegħed tal-membrane fuq il-bejt li minn fuqu daħal l-ilma? Min kien responsabbli għas-sistema tal-culverts fil-bini li suppost iservu biex l-ilma jibqa' għaddej? X'passi se jittieħdu dwar in-nuqqasijiet fix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nuqqasijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru ġew investigati. Wara xita qawwija daħal ilma minn ma' katusa ta' ventilazzjoni tad-dranaġġ, u minn parti mis-saqaf fejn kien għadu għaddej ix-xogħol fuq il-membrane. Kien hemm ukoll culvert li nstadd wara li x-xita ġarret zokk ta' madwar tliet piedi li nqabad ġo manhole u miegħu weħel xi terrapien (debris) ieħor. Azzjoni rimedjata ttieħdet immdejatament biex titranġa l-ħsara u biex ma jerġgħux ikunu ripetuti nċidenti simili. Il-kumpanija tal-Periti responsabbli mis-sorvelja tax-xogħlijiet hi 'Archtecture Projects'.
Leg 9 PQ #36865 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Pawl il-Baħar — Transport skolastiku

Question

Meta se jissolvew in-nuqqasijiet fit-transport skolastiku bejn San Pawl il-Baħar u l-Junior Lyceum Mikiel Anton Vassalli fejn regolarment is-subien qed jitwasslu lejn l-iskola u lejn id-dar bil-wieqfa f'karozza li qed tkun ippakkjata bit-tfal ġejjin mill-Mellieħa? Kemm suppost hemm karozzi biex iwasslu bla periklu lit-tfal ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet differenti? Kemm fil-fatt qed imorru minn dawn il-karozzi biex jagħmlu l-vjaġġi meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien jeżisti dan l-ilment fil-bidu tas-sena skolastika, pero` għal dawn l-aħħar ġimgħat dan l-ilment ma baqax jiġi rrappurtat. Meta saret verifika irriżulta li l-kuntrattur li jipprovdi dan is-sevizz sibt li kien jipprovdi żewġ vetturi li jesgħu 53 persuna minflok tliet vetturi normali ta' 36 persuna. Il-kuntrattur ġie mwissi biex jirranġa din is-sitwazzjoni rigward dan l-ilment sabiex it-tfal ma jirkbux bil-wieqfa waqt il-vjaġġ.
Leg 9 PQ #36866 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mtarfa — Skola sekondarja - Għalliem tal-home economics

Question

Meta se jintbagħat għalliem tal-home economics li hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-vakanza ta' għalliem tal-Home Economics li kien hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir temi Żammit ta' l-Imtarfa imtliet.
Leg 9 PQ #36867 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Torri tal-Lippija

Question

X'passi se jittieħdu biex jiġi salvat it-Torri tal-Lippija fil-limiti ta' l-Imġarr li jinsab fil-periklu li jiġġarraf?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36868 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Public Broadcasting Services — Interviewing techniques lectures

Question

Can the minsiter confirm the recent engagement of PBS Ltd personnel to lecture employees from a leading local institution, in intervierwing techniques? If in the affermative, does such an activity fall within the terms of the object clause of the state broadcasting company? Was the engagment a direct order to PBS or was the state company accommodating someone who may have been commissioned to do this job? Did PBS cost the job prior to undertaking it (whatever it had been directly engaged or not)? What exactly did this undertaking cost PBS Ltd? Were PBS Ltd, and its employees remunerated for their efforts?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waħda mill-proposti tat-Task Force, li kont waqqaft biex tagħti pariri fuq ir-ristrutturar tal-PBS, kienet issuġġeriet li jiġu żviluppati oqsma ta' ħidma kummerċjali. Meta bank lokali talab is-servizzi tal-PBS biex impjegati tiegħu jitħarrġu fl-użu tal-media, il-PBS qieset din it-talba bħala possibilita` li tifrex il-ħidma tagħha f'dan il-qasam. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru dwar costings u ħlas hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma tingħatax hawn. Iżda informat li l-PBS għamlet il-qliegħ minn din l-inizjattiva. L-impjegati tal-PBS li taw it-taħriġ ingħataw rinumerazzjoni peress li ħadmu barra l-ħinijiet normali tax-xogħol. Il-kunsulent tal-PBS li mexxa t-taħriġ ma tħallasx għal dan ix-xogħol. L-Onor. Membru żgur jieħu gost ikun jaf li t-taħriġ li ngħata mill-PBS kien apprezzat ħafna mill-bank konċernat u li l-PBS qed tistħarreġ kif tista' ssaħħaħ il-ħidma tagħha f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #36814 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Postijiet vakanti

Question

Jista' issa l-Ministru jagħti t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36262?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel u fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm dawn il-vakanzi: Skejjel / Dipartimenti Vakanzi Skejjel Primarji (Malta) xejn Skejjel Primarji (Għawdex) 4 Kapijiet ta' Skejjel (minnflokhom hemm Assistenti Kapijijiet in charge) 1 Assistent Kap Skejjel Sekondarji xejn Dipartiment ta' l-Operat 9 Ufficjali Edukattivi 1 Assistent Direttur Dipartiment tal-Kurrikulu 14 Uffiċjal Edukattiv Dipt. ta' l-iStudent Services and 6 Uffiċjali Edukattivi International Relations Dipt. ta' l-Istudji Ogħla u 6 Uffiċjali Edukattivi Edukazzjoni għall-Adulti u fl- 1 Kap ta' Skola iskejjel li jiddependu minnu Dipt. ta' l-Ippjanar u Żvilupp xejn Bħalissa qed isiru l-proċeduri meħtieġa biex jimtlew dawn il-vakanzi.