Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir Triq l-Immakulata, f'Wied il-Għajn? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi toroq fl-inħawi ta' Munita, Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 33761.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kuntratturi li għandhom jieħdu għal xogħol li għamlu minn Settembru 1998 sal-lum? X'inhuma l-ammonti għal kull każ u kemm ilhom pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega x'tip ta' miżuri l-gvern qiegħed jipproponi sabiex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku b'50% kif ġie rapportat li qal f'konferenza xi jiem ilu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa qed jittieħdu diversi inizjattivi biex in-numru ta' inċidenti li jikkaġunaw mwiet u korrimenti gravi f'pajjiżna jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun. Fost dawn il-miżuri ta' min isemmi l-programm li qed jitwettaq biex isir titjieb fit-toroq, kemm għal traffic management aħjar b'junction upgrading, installazzjoni ta' traffic lights u sinjali ta' traffiku kif ukoll miżuri oħra ta' traffic calming.
Parti oħra mill-miżuri li qed jittieħdu jinkludu wkoll l-upgrading tad-driving test.
Il-Gvern qed iħares ukoll lejn sistemi ġodda ta' enforcement bl-użu ta' teknoloġija moderna u għalkemm għad jonqos ħafna x'isir f'dan ir-rigward, huwa mportanti li kull ċittadin jagħraf ir-responsabilitajiet tiegħu u jagħti kull kontribut biex l-inċidenti fit-toroq jonqsu kemm jista' jkun.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex l-uffiċini tal-wireless & telegraphy jinżammu fi stat ta' ndafa aħjar minħabba l-qagħda mwiegħra li jinsabu fiha u l-allerġiji li uħud mill-istaff żviluppaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili hemm General Hand li xogħolu huwa biss it-tindif.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33963, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-iċċekkjar li sar tad-drenaġġ fi Triq Indri Grima, Imsida?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-inspection bil-CCTV qiegħeda pprogrammata biex issir mill-kuntrattur il-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jivverifika l-livelli li qegħdin jingħataw għall-bini tat-triq ġdida, Triq il-Batterija, Msida peress li skond dawn il-livelli xi djar se jispiċċaw taħt il-livell ta' wiċċ it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara verifika li għamel id-Direttorat għat-Toroq mal-Kunsill, m'hemmx Triq jisimha Triq il-Batterija fl-Imsida, għalhekk l-Onor. Interpllant hu mitlub jagħti l-informazzjoni aktar preċiża għad-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li tiġi ippubblikata l-offerta għal xogħol fuq il-parti l-ġdida ta' Triq Għarram Ħaż-Żebbuġ (li tiġi tinfed mal-HOS ta' Ħal Qormi)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għamel l-inspection meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta ma' l-Utilities biex jiġi stabbilit x-xogħlijiet li għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier quddiem ir-residenza 138 Santa Luċija Avenue, Raħal Ġdid peress li din hija triq arterjali u l-familja li tabita f'din id-dar diġa` daħlulha b'ħabta fid-dar tagħha darbtejn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjona t-triq sabiex is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tarmac f'St. John Str. Bormla għadu ma sarx u x-xogħol li kien qed isir ilu wieqaf 6 ġimgħat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħala parti minn dan ix-xogħol kien qed jitwettaq xogħol fuq il-mains ta' l-ilma. Dan ix-xogħol issa tlesta' u qed isiru plate bearing tests. Hekk kif dawn it-testijiet jitlestew se jitkompla x-xogħol ta' asfalt u jitlesta' l-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' pavimentar ta' din it-triq qed isir mir-Restoration Unit flimkien mal-Cottonera Rehabilitation Committee. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il fażi se tinqasam Triq Imdina, Ħaż-Żebbuġ li tibda mill-KIA showroom sar-roundabout ta' taħt ir-Rabat sabiex tiġi mibnija mill-ġdid?
L-area ta' madwar De Rohan Gate se tiġi riabilitata skond il-pjanti approvati mill-MEPA?
Meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq l-aktar partijiet urġenti ta' din it-triq arterjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li oriġinarjament dan ix-xogħol kien se jsir f'fażi waħda meta kienu ħarġu s-sejħiet għall-offerti għall-bini ta' din it-triq f'April 2000. Peress li l-kuntratt ma kienx ingħata, hemm il-ħsieb li din it-triq tinqasam fi tlett fażijiet meta jiġi biex jinbeda.
Dan ix-xogħol, ser jinkludi wkoll ir-rijabilitazzjoni ta' l-area ta' ħdejn De Rohan Gate kif kien meħtieġ.
Il-proġett jitwettaq skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu bħalissa quddiemu d-Direttorat.
Jista' l-Ministru jinformana meta se joħorġu l-offerti sabiex tiġi asfaltata l-kumplament ta' Triq Fra Fred Mattei, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-Utilities biex jiġi stabbilit ix-xogħlijiet li għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fil-bidu ta' Triq F. S. Caruana Birkirkara? Fin-nuqqas, jista' jirrakkomanda li ssir mill-kunsill lokali ta' Birkirkara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku qed jara x'jista' jsir fil-post indikat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 34108, b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 33828, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi aġġornata u għalhekk ir-risposta tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex Triq San Ġiljan, San Ġwann ma tibqax soġġetta għal flooding kull meta tagħmel xi maltempata xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-problema tal-flooding fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, diġa ġiet ikkunsidrata meta tħejja l-proġett tal-link road ġdida u l-junction il-ġdida ta' ħdejn l-isptar, għalhekk din il-problema għandha tiġi riżolta meta dawn it-toroq ġodda jitlestew.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li r-rotta tal-karozzi tinbidel biex it-traffiku minn Triq San Ġiljan, San Gwann 'l isfel ma jkunx hemm għalfejn jidħol San Gwann billi jkollu jdur id-dawra kollha mal-fabbriki tal-Industrial Estate?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku u lid-Direttorat għat-Toroq biex jaraw x'jisa' jsir.
B'referenza għall-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar sistema alternattiva tat-traffiku fir-Rabat, jista' l-Ministru jinfurmani b'evalwazzjoni li saret?
X'kienu l-opinjonijiet tat-traffic control board dwar dawn il-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn stħarriġ li sar mal-Kunsill Lokali rriżulta li l-inkonvenjent prinċipali qed jinħoloq billi trakkijiet qed jgħaddu kemm minn Triq Konti Ruġġieru kif ukoll minn toroq oħra fil-qalba tar-raħal.
Il-Kunsill Lokali, fuq rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, ser jinstalla traffic signs biex id-dħul ta' trakkijiet jiġi projbit fit-toroq fiċ-ċentru tar-raħal u b'hekk jonqos konsiderevolment l-inkonvenjent għar-residenti ta' dawn it-toroq.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta l-kunsill lokali tar-Rabat għadda l-proposti li pproponew lill-kunsill ir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar l-alternattiva tat-traffiku fir-Rabat?
Jista' jgħarrafni bir-rikomandazzjoni uffiċjali li tal-kunsill lokali tar-Rabat għamel lill-Ministeru dwar dawn ir-rikomandazzjonijiet tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn stħarriġ li sar mal-Kunsill Lokali rriżulta li l-Kunsill, s'issa, ma għadda l-ebda proposta mir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar sistema alternattiva tat-traffiku fir-Rabat, għalkemm hemm diversi proposti oħra li twasslu fil-Ministeru.
B'referenza għall-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar direzzjoni alternattiva tat-traffiku f'din it-triq li tagħha qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani meta din intbgħatet lill-Ministru u jew għall-attenzjoni tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 32636.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li minkejja li twessgħet it-triq is-servizz tat-trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għall-Għar Barka r-Rabat?
Peress li din it-talba tmur lura għall-aktar minn 10 snin, jista' jara li dan il-bżonn jiġi rimedjat immedjatament?
Jekk fl-affermattiv, meta?