Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32521 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru joħroġ id-direttivi oppurtuni sabiex jiġi installat shade mal-lampa fi Triq Xandru D'Amato iż-Żurrieq bi dritt il-fond bl-isem ta' Rochwood?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt ix-xogħol meħtieġ diġa' sar.
Leg 9 PQ #32524 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

B'Buġia — Triq il-Gandoffla

Question

B'riferenza għall-parti tan-nofs ta' Triq il-Gandoffla f'B'Buġia, jista' l-Ministru jara li din il-parti tiġi mdwala bħal kumplament tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba sabiex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32526 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Substation

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-applikazzjoni li saret mill-Enemalta sabiex fi Pjazza ta' Santu Rokku, Ħal Għaxaq titla kamra għal substation minflok il-latrini u l-bus shelter, jista' l-Ministru jordna li jinstab post alternattiv stante li l-ex-bus shelter huwa l-unika posta ġewwa Ħal Għaxaq fejn jiltaqgħu daqs kieku kien club tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-deċiżjoni biex is-substation għall-iskola ta' Ħal Għaxaq tinbena quddiem l-iskola ma ittiħditx mill-Korporazzjoni Enemalta iżda mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni wara li kien hemm oġġezzjoni biex is-substation issir fil-bini ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #32532 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ATCC — MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi d-data effettiva meta l-ex ħaddiema tal-ATCC (Air Traffic Control Corps) ġew ikkunsidrata li jagħmlu parti mill-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ex ħaddiema ta' l-Air Traffic Control Corps bdew jaħdmu ma' l-M.I.A. b'seħħ mill-1 ta' Mejju 1998.
Leg 9 PQ #32552 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover irċieva kont ta' l-elettriku u ilma ta' Lm350 għall- garage meta huwa qatt ma kkonsma ammonti ta' elettriku u ilma aktar minn ċirċa Lm 8.86 cents kull quarter? Jista' jivverifika x'ġara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jidher li kien hemm żball fil-qari ta' l-arloġġ ta' l-elettriku. Qed jittieħdu l-passi biex isir l-aġġustament relattiv.
Leg 9 PQ #32593 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services -

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed nibgħathom separatament għalxiex għalkemm l-uffiċju tal-Water Services qalulha biex tħallas il-parti tal-kont outstanding ta' Lm172.77c għadha kif irċeviet kont ġdid fejn reġgħet ġiet billed b'dan l-ammont outstanding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' nfurmat lill-konsumatur imsemmi li l-kont ġie rivedut. Jidher li l-kont li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien laħaq ħareġ qabel ma' r-reviżjoni msemmija kienet iddaħħlet fl-account tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #32595 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jitwaħħal street lighting fit-truf ta' Agostino Matrenza u George Preca streets, San Gwann kantuniera ma' Triq Ġużeppi Grech, għaliex hemm bżonn ta' aktar dawl f'dawn it-toroq minħabba bosta każi ta' serq mill-karozzi li kien hemm dan l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32596 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi fejn l-awtoritajiet ingliżi ta' l-ajruport ta' Heathrow ippenalizzaw lill-Air Malta għall-perjodu 1974 - 2001? X'kienu l-każi u l-akkużi tal-penali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mis-sena 1996 'l hawn, il-kumpanija nazzjonali ta' l-ajru kienet penalizzata diversi drabi minħabba li meta xi passiġġieri jaslu Londra dawn ma jkollomx fuqhom jew ma jurux id-dokumenti meħtieġa. L-Air Malta ma għandhiex informazzjoni għas-snin qabel l-1996. L-ammonti ta' penalita' bejn l-1996 u s-27 ta' Marzu 2002 kienu hekk 1996/97 Lm22,000 1997/98 Lm14,000 1998/99 Lm17,000 1999/2000 Lm 7,000 2000/01 Lm11,000 2001/02 Lm 8,000
Leg 9 PQ #32626 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz ta' l-ilma għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn Jannar 2002 sa l-aħħar ta' Marzu 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li households li jkollhom is-servizz sospiż għaliex ikun hemm numru ta' kontijiet li ma tħallsux isir fejn jirrigwarda s-servizz ta' l-elettriku.
Leg 9 PQ #32627 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn Jannar 2002 sa l-aħħar ta' Marzu 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta' din is-sena kien hemm 555 household li kellhom is-servizz ta' l-elettriku sospiz minħabba li naqsu li jħallsu l-kontijiet.
Leg 9 PQ #31078 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera li tħallset mill-Ministeru, Dipartimenti, u Korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji. ENTITA' AMMONT TA' KERA Ministeru Lm 1,088 Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika Lm 1,000 Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp Lm 55,000 Korporazzjoni Enemalta Lm 5,178
Leg 9 PQ #32404 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Istandarisation Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie reklutat il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' l-Istandarisation Authority? B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol? Meta ġie reklutat? X'inhu x-xogħol tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ma hemm l-ebda persuna impjegata ma' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards bl-isem u l-indirizz mogħtija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32405 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Skema ta' Rtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm s'issa ħaddiema 1) tat-tarzna ta' Bormla 2) tas-Shipbuilding li ħadu l-offerta tal-iskema ta' rtirar kmieni mix-xogħol? Min huma f'kull każ? Kemm ħadu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa kien hemm 397 ħaddiem mill-Malta Drydocks u 44 ħaddiem mill-Malta Shipbuilding li applikaw għall-offerta ta' rtirar kmieni mix-xogħol. Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni u l-ammont relattiv għal kull wieħed minnhom.
Leg 9 PQ #32425 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Quality Control Laboratory

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32204, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehiem li intlaħaq mad-ditta Harrison Malta Environmental Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-ftehim huwa ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess taż-żewġ partijiet li jsir pubbliku. Madankollu ta' min jgħid li dan il-ftehim intlaħaq fl-ambitu tal-ko-operazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat.
Leg 9 PQ #32402 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services Corporation

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 32180 u cioe, jista' l-Ministru jispjega r-riforma li saret fis-sezzjoni tad-distretti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-iskop wara din ir-riforma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma saret l-ebda riforma fis-Sezzjoni tad-Distretti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Li sar dan l-aħħar kien ir-rilokazzjoni ta' numru ta' distretti għall-postijiet aktar adattati għaż-żmienijiet ta' llum.
Leg 9 PQ #32403 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32182, jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpanija Kalaxlokk għażlet lill-periti imsemmija? X'inhi r-rata ta' ħlas ta' dawn il-periti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax il-korporazzjoni Enemalta tinstallax mill-aktar fis 3 phase fil-proġetti li fihom qed jiġu stallati l-lifts fl-appartamenti tal-gvern mill-awtorita' tad-djar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex titwassal il-provvista ta' l-elettriku f'appartamenti tal-Gvern fejn qed jiġu installati lifts għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #31053 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema destinazzjonijiet tad-dinja ġew importati l-prodotti ta' l-ikel bħal ħxejjex, frott, priservijiet, laħam, abjad u aħmar materja prima ta' l-ikel, qmuħ u cereali, zokkor eċċ f'Malta matul it-tlett snin li għaddew?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fil-pubblikazzjoni Trade Statistics li l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jippubblika kull sena. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar is-sena li għaddiet, jiena nfurmat li din għadha qed tiġi kompilata.
Leg 9 PQ #32350 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Triq Manuel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jara li l-provista ta' ilma fi Triq Manuel Dimech Għaxaq ma tibqax affetwata ma' konċentrazzjoni ta' sadid bil-konsegwenza li jinħlew eluf ta' bramel ta' ilma kull darba, xi ħaġa li ilha tippersisti sa minn Ġunju 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #32352 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma: a) li reċentement tlesta x-xogħol fuq il-bini ta' tank kbir aktarx għall-ħażna ta' fuel gol- power station ta' Delimara liema tank ġie kostruit fuq sodda tal-konkos? b) Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan ix-xogħol kienx ta' kwalita fqira tant illi t-tank diġa miel fuq ġemb wieħed tant illi ma jistax jintuża? c) Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu kontra min għand dawn ix-xogħolijiet tal-konkrit?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra