Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-informazzjoni li ngħataw mill-Awtorità Ċentrali Maltija responsabbli mill-adozzjonijiet il-koppji/l-individwi u l-aġenziji involuti dwar adozzjonijiet mill-Istati Uniti tikkorrispondix ma’ kif inhuma l-affarijiet fil-verità attwalment ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità Ċentrali tagħti l-informazzjoni dwar il-fatti li jiġu ppreżentati lilha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet u mil-liema pajjiżi, bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Mejju 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità Ċentrali tieħu ħsieb tiġbor l-istatistika mingħand l-aġenziji akkreditati darbtejn f’sena; jiġifieri f’Lulju għall-perjodu Jannar sa Ġunju tal-istess sena u f’Jannar għall-perjodu Lulju sa Diċembru tas-sena ta’ qabel. Għaldaqshekk bħalma nittama li l-Onorevoli Interpellant jaf, l-informazzjoni mitluba minu ma tistax tingħata hekk kif għadha mhijiex aċċessibli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex id-Djar tal-Anzjani jagħtu servizzi ta’ standard lill-anzjani li jagħmlu użu minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f`Settembru 2015, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet għall-Persuni bi Bżonnijiet Speċjali u Anzjanita` Attiva ħareġ dokument bl-isem ta’ National Minimum Standards for Care Homes for Older People biex id-Djar tal-Anzjani jkunu jistgħu jagħtu servizzi ta’ kwalita’ lill-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux studju jew jekk huwiex jippjana li jagħmel studju biex jara xi bżonnijiet se jkollu l-pajjiż fix-xhur u s-snin li ġejjin vis-à-vis il-popolazzjoni li kull ma tmur qiegħda dejjem tixjieħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali studju kien sar bħala parti mill-Istrateġija għall-Anzjanita’ Attiva 2014-2020 li kienet imnedija mis-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita Attiva’ fi ħdan il-Ministeru tiegħi, liema strateġija qed titwettaq fil-prattika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabbilit jekk il-Gvern hux qed jingħata l-valur għall-flus li qed jonfoq fuq is-servizzi għall-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar snin saru diversi rapporti ta’ awditjar dwar servizzi residenzjali fosthom mill-NAO. L-aħħar wieħed minn dawn ir-rapporti kien ppublikat fl-2015.
Minbarra dan, id-Dipartiment għall-Awditjar Intern tal-Gvern għamel ukoll awditjar fuq id-Day Centres matul l-2015. Tajjeb li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-azzjonijiet fuq dak li ħareġ minn dan ir-rapport qed jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn Ġunju 2016.
Dawn l-eżerċizzji saru b’mod parallel ma’ eżerċizzji oħra interni li jsiru fuq bażi regolari fi ħdan id-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita, biex tkun assigurata l-kwalita’ tas-servizzi li nagħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex il-politika ta’ anzjanità attiva tiġi mwettqa u jgawdu minnha l-anzjani kollha Maltin u Għawdxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iStrateġija għall-Anzjanita’ Attiva li l-Gvern kien nieda għas-snin 2014-2020 qed tiġi implimentata skont l-azzjonijiet proposti u l-miri stabbiliti fl-istess strateġija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-politika tal-Gvern dwar persuni bi bżonnijiet speċjali hijiex miexja kif ippjanata u jekk le, għaliex? Jekk iva, x’inhu dan it-tibdil li qed nistennew fix-xhur u ġranet li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li saret ħidma fuq Abbozz ta’ Strateġija Nazzjonali f’dan il-qasam, għadu kemm ingħata bidu wkoll għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-istess Strateġija.
Jista’ l-Ministeru jara li l-Awtorità tad-Djar tikkuntattja lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol li qiegħed isir mill-istess Awtorità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament fejn ġiet infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ħadet azzjoni fuq l-ilment tagħha.
Adozzjonijiet ta’ tfal barranin minn individwi single
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’kienet ir-raġuni li applikazzjonijiet għall-adozzjoni mill-Islovakkja minn individwi single Maltin ntbagħtu kollha lura u prattikament ġew ikkanċellati, xi ħaġa li minkejja li ssemmiet is-Slovakkja fid-domanda parlamentari 18925 fl-ebda ħin ma kien hemm aċċenn għal dan il-fatt anke meta din is-sitwazzjoni seħħet qabel ma ngħatat ir-risposta fil-Parlament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtoritajiet tas-Slovakkja nfurmaw lill-aġenziji akkreditati lokalment kif ukoll lill-Awtorità Ċentrali li l-applikazzjonijiet minn individwi single jiġu milqugħa biss f’każijiet rari meta dan ikun fl-aħjar interess tat-tfal. L-Awtorità Ċentrali ġiet mgħarrfa f’dan ir-rigward permezz ta’ imejl mibgħuta mill-Awtoritajiet tas-Slovakkja riċentament.
Dan ma jfissirx li se jitwaqqfu dossiers ta’ persuni single milli jintbagħtu.
Awtorità Ċentrali responsabbli mill-adozzjonijiet – żieda fir-riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jżid ir-riżorsi umani fl-Awtorità Ċentrali responsabbli mill-adozzjonijiet anke peress li fil-preżent, minħabba ċirkostanzi varji, kompla żdied in-nuqqas ta’ persuni li jaħdmu fl-istess uffiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, għalkemm id-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali qiegħed fil-proċess li jżid ir-riżorsi umani tiegħu fil-qasam tal-Awtorita’ Ċentrali, ix-xogħol dejjem mexa b’mod regolari u l-prijoritajiet dejjem ingħataw skont il-ħtieġa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Ċentrali m’għandhiex xogħol pendenti.
Awtorità ċentrali responsabbli mill-adozzjonijiet – Ġenituri Prospettivi – bidla fit-tmexxija tal-Awtorità Ċentrali
Question
Ma jaħsibx il-Ministru li fid-dawl tal-problemi kbar li qed jaffaċċjaw il-PAPs (Adozzjoni – Ġenituri Prospettivi) u l-aġenziji akkreditati f’pajjiżna b’rabta mal-qasam tal-adozzjonijiet, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lilhom , nuqqas ta’ konsultazzjoni , nuqqas ta’ sensittività , dewmien u fuq kollox tmexxija bla direzzjoni, wasalx iż-żmien li jkun hemm bidla radikali fil-mod kif qed titmexxa l-Awtorità Ċentrali responsabbli minn qasam daqshekk sensittiv bħalma huwa dak tal-adozzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità Ċentrali dejjem tgħaddi l-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha lill-aġenziji akkreditati lokalment sabiex dawn jgħadduha lill-ġenituri adottivi prospettivi.
Wieħed irid ifakkar li, l-Awtorità Ċentrali għandha l-funzjoni ta’ regolatur, u għalhekk, id-direzzjoni toħroġ mill-obbligi tagħha skont il-liġi, li tara li l-adozzjonijiet li jsiru jkunu skont ir-regoli tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali li Malta hija firmatarja tagħhom, filwaqt li tkun ukoll konformi mal-liġijiet lokali. Filfatt, id-direzzjoni u t-tmexxija tal-Awtorità Ċentrali hija ffukata sabiex tiżgura li f’kull ħin jiġu osservati il-liġijiet lokali kif ukoll internazzjonali, id-drittijiet tal-ġenituri adottivi prospettivi, u d-drittijiet tat-tfal. Dawn id-doveri u d-dmirijiet huma suġġetti għalihom ukoll l-aġenziji tal-adozzjoni li huma akkreditati mill-Awtorità Ċentrali. Dan ma jnaqqasx ukoll mill-fatt li l-Awtorità Ċentrali tagħmel dak kollu possibli sabiex jinfetħu opportunitajiet ġodda ta’ adozzjonijiet internazzjonali, għalkemm kif ġie kkomunikat mal-aġenziji akkreditati lokalment diversi drabi, tibqa’ l-prerogattiva tas-
sending country
li tiddeċiedi f’liema pajjiż tibgħat it-tfal tagħha.
Ikun tajjeb li l-aġenziji joqogħdu fuq il-gwida li tingħata lilhom mill-Awtorita’ Ċentrali.
Tajjeb ukoll li l-Onorevoli Membru jifhem aħjar kif jimxi l-proċess ta’ inter-country adoption.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord responsabbli mill-adozzjonijiet bejn Jannar 2014 u April 2016 ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevolio Interpellant illi, bejn Jannar 2014 u April 2016, il-Bord tal-Adozzjoni ltaqa’ 35 darba. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bord iltaqa’ minn tal-inqas darba fix-xahar, skont kif stipulat fil-Liġi, u ġieli saħansitra anke aktar, skont il-bżonn.
Bord responsabbli mill-adozzjonijiet – laqgħat imħassra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba tħassru laqgħat tal-bord responsabbli mill-adozzjonijiet f’pajjiżna bejn Jannar 2014 u April 2016 minħabba nuqqas ta’ kworum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn Jannar 2014 u April 2016, il-Bord għall-Adozzjoni dejjem iltaqa’ darba fix-xahar, skont kif stipulat fil-Liġi. Kull darba li tħassret xi laqgħa minħabba ċirkostanzi li ma kienx hemm kontroll fuqhom, dejjem saru arranġamenti biex il-laqgħa issir f’data oħra fil-viċin, fl-istess xahar.
Bord responsabbli mill-Adozzjonijiet — deċiżjonijiet li jdumu biex jittieħdu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli għalih li koppji/individwi li jkunu qed jistennew dokumenti jew deċiżjonijiet mill-Bord responsabbli mill-Adozzjonijiet jew mill-Awtorità Ċentrali, jitħallew ġimgħat u saħansitra xhur bla risposta jew anke f’każijiet regolari lanqas biss ma jiġu mwieġba korrispondenza li tkun intbagħtet mill-istess koppji/individwi jew aġenziji ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità Ċentrali u l-Bord għall-Adozzjonijiet huma żewġ entitajiet separati minn xulxin.
Il-Bord għall-Adozzjoni dejjem bagħat ir-risposti tiegħu lill-koppji kkonċernati sa ftit ġranet wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.
L-Awtorità Ċentrali, mill-banda l-oħra, tipprovdi d-dokumenti lill-ġenituri addottivi prospettivi, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet meħtieġa. L-Awtorità Ċentrali dejjem tara li twieġeb korrispondenza mibgħuta lilha. Ġenituri addottivi prospettivi li jagħmlu kuntatt dirett mal-Awtorità Ċentrali jiġu wkoll riferuti lill-aġenziji li huma akkreditati biex joffru servizzi ta’ adozzjoni.
Għalhekk jagħmel tajjeb l-Onor Interpellant li jekk iltaqa’ ma xi każ partikoalri jipprovdili d-dettalji ħalli nkun nista ninvestigah u ninfurmah bl-eżitu minflok joqgħod jiġġeneralizza.
Jista' l-Ministru jara x’inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kellu tnaqqis fil-pensjoni minn €699 għal €670.69 fix-xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ittieħdet azzjoni fuq il-każ tal-persuna msemmija u l-kwistjoni ġiet riżolta.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kumpaniji li qed joffru servizz ta’ Dar tal-Anzjani lill-Gvern, u li ġew mikrija sodod mingħandhom matul is-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, għas-snin imsemmija, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
2013
2014
2015
Sa Marzu 2016
CareMalta Ltd
CareMalta Ltd
CareMalta Ltd
CareMalta Ltd
Caring First Ltd
Caring First Ltd
Caring First Ltd
Caring First Ltd
Age Concern Ltd
Age Concern Ltd
Age Concern Ltd
Age Concern Ltd
Archidiocese of Malta
Archidiocese of Malta
Archidiocese of Malta
Archidiocese of Malta
Gozo Health Services Ltd
Gozo Health Services Ltd
Casa Francesco Ltd
Casa Francesco Ltd
Djar tal-Anzjani – kiri ta’ sodod u servizzi minn kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ kull kumpanija li l-gvern kera s-sodod u s-servizzi tal-anzjani mingħandha meta mqabbel mal-ammont kollu li l-Gvern jikri kull sena għas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ ta’ kull kumpanija li l-Gvern kera s-sodod u s-servizzi tal-anzjani mingħandhom, meta mqabbel mal-ammont kollu li l-Gvern jikri kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015, 2016 huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
2012
2013
2014
2015
2016
Total ta’ sodod mikrija
246
352
352
643
643
Care Malta Ltd
53.25%
43.18%
43.18%
53.34%
53.34%
Age Concern Ltd
16.26%
19.89%
19.89%
10.89%
10.89%
Caring First Ltd
14.23%
19.89%
19.89%
14.46%
14.46%
Archidiocese of Malta
16.26%
17.04%
17.04%
14.31%
14.31%
Gozo Health Services Ltd
3.11%
3.11%
Casa Francesco Ltd
3.89%
3.89%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern biex ġew mikrija sodod għall-anzjani mill-privat u kemm hija din in-nefqa meta kkalkulata bħala proporzjon tal-ispiża li ssir mill-Ministeru għas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Djar tal-Anzjani – Kiri ta’ Sodod - Nefqa
2013
€
2014
€
2015
€
Spiża Globali (inkluż nefqa ta' SVPR)
66,433,794
76,994,220
84,921,553
Anzjani fil-komunità — sapport mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Ministeru tiegħu offra servizzi matul is-snin 2013, 2014 u 2015 bħala sapport għall-anzjani biex dawn jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` offra servizzi varji matul is-snin imsemmija, bħala sapport għall-anzjani, biex dawn jibqgħu jgħixu fil-komunita` permezz tas-servizzi indikati hawn taħt:
· Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (
Home Help
) - Kullimkien f’Malta
· Servizz ta’
Handyman
– Kullimkien f’Malta
· Servizz tal-Inkontinenza – Kullimkien f’Malta
· Roħs fuq il-Kera tat-Telefown – Kullimkien f’Malta
· Kartanzjan – Kullimkien f’Malta
· Ċentri ta` Matul il-Jum – f’diversi postijiet mifruxa f’Malta
· Is-Servizz tal-
Meals on Wheels
– Kullimkien f’Malta
·
Telecare
– Kullimkien f’Malta
·
Telecareplus
– Kullimkien f’Malta
·
Night Shelters
ġewwa ż-Żejtun, Mellieha, Ħamrun, u r-Residenza San Vinċenz de Paule
·
Night Shelter
ġewwa Għajnsielem Għawdex
· Servizz ta’
Social Work
– Kullimkien f’Malta
· Servizz ta’
Respite
ġewwa Casa Leone
· Servizz ta’
Respite
ġewwa r-Resideza San Vinċenz de Paule
· Servizz ta’
Respite
ġewwa Villa San Lawrenz Għawdex
·
Domiciliary Care
– Kullimkien f’Malta u Għawdex
· Servizz ta’
Outreach
– Kullimkien f’Malta
·
Dementia Activity Centre
ġewwa r-Resideza San Vinċenz de Paule
·
Dementia Activity Centre
ġewwa Għajnsielem Għawdex
· L-Iskema tal-
Live-in-Carer
– Kullimkien f’Malta
Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani għamlu użu minn servizzi li l-Gvern ipprovda matul is-snin 2013, 2014 u 2015 biex ikunu ta’ sapport lilhom ħalli jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.