Legislature:
Category:
Reset
Active:

Environment Health Inspectors — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors kull xahar bejn Jannar 2014 u Settembru 2015 fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru fil-kċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015 saru 7 spezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors gewwa il-Facilita Korretiva ta’ Kordin, f’Ġunju saru tlett spezzjonijiet li jikkonsitu f’spezzjoni waħda ta’ żewġ kċejjen u spezzjoni oħra fil-forn. F’Lulju saret spezzjoni waħda fil-kċina prinċipal flimkien ma’ teħid ta’ kampjuni u f’Settembru saru tlett spezzjonijiet fil-kċina prinċipali u f’okkażżjoni minnhom sar ukoll teħid ta’ kampjuni.

Environment Health Inspectors — spezzjonijiet - outcomes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-ispezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors bejn Jannar 2014 u Settembru 2015 fil-Faċilità’ Korretiva ta’ Kordin, x’irriżulta fuq l-istat tal-kċina tal-ħabs? X’kienu l-outcomes ta’ dawn l-ispezzjonijiet? X’kienu r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-istess spettorat tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-procedura tad-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali, informazzjoni u rizultati dwar spezzjonijiet jinzammu kunfidenzjali.

Kċina tal-Ikel tal-Ħabs — food poisoning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, wara l-episodju ta’ food poisoning fl-ikel li ħareġ mill-kċina tal-ħabs, liema azzjoni ttieħdet biex titjieb is-sitwazzjoni? Reġgħu saru spezzjonijiet oħrajn? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqat li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19047, nitlobha tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — waiting list tas-Servizz tad-Dermatoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list tas-servizzi tad-dermatoloġija fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex? Kemm hi l-medja ta’ stennija għal dan is-servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dipartiment tad-Dermatologija fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex m’hemmx lista ta’ stennija. Kasijiet ta’ follow jinghataw appuntament wara medja ta xahrejn.

Sptar t'Għawdex — Air Conditioning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, bejn Mejju u Settembru 2015 kemm dam wieqaf l-air conditioning f’partijiet differenti tal-Isptar t’Għawdex? Jista’ jikkonferma li l-arja kundizzjonata kienet wieqfa fil-wards tal-anzjani kif ukoll fl-Emerġenza tal-istess Sptar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-arja kondizzjonata ma kinitx wieqfa la fil-wards tal-anzjani u lanqas fl-Emergenza tal-Isptar. Kien hemm ħsara f’parti mis-sistema fi-residenza Sant’Anna, liema ħsara ġiet imsewwija mill-aktar fis possibbli. Fit-teatri tal-operazzjonijiet kien hemm nofs t’nhar li zviluppaw xi hsarat fl-arja kundizzjonata imma din kienet trangata dak in-nhar stess.

Studju tal-paroxetine — pazjenti żgħazagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjenti żgħażagħ Maltin kienux parti mill-istudju tal-paroxetine? Jekk iva, kemm kien hemm żgħażagħ taħt din il-mediċina u jekk kienx hemm minnhom li żviluppaw side effects konsegwenza ta’ din l-istess mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onerovoli Interpellanta li d-dipartiment tas Sahha ma kienx involut f' dan l-istudju.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, sar użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija hekk kif ġej: Data Entita’ Ammont Marzu 2014 Primary Health Care Dept €7,080 Frar 2015 Projects Malta Ltd. €3,540

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tgħid x’tifhem eżatt bil-frażi “persuna ġdida”.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – konsulenti u persuni f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti u tal-persuni f’position of trust li tqabbdu mal-Ministru jew minn dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi għandhom? Jista’ jgħid x’inhu t-terms of reference ta’ kull konsulent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16174 (sittax-il elf, mija, erbgħa u sebgħin).
Leg 12 PQ #19630 Sitting 300 2015-10-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

WSC – spezzjonijiet fuq manholes tas-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Water Services Corporation tagħmilx spezzjonijiet fuq il-manholes li hemm fis-sistema tad-drenaġġ, biex jiġi assigurat li dawn l-istess manholes ma jkunux sors ta' tniġġiż fil-madwar meta l-livell tal-ilma li jkun għaddej mill-mains, għal xi raġuni jew oħra jogħla għal ġol-manholeminħabba leakages li jsiru meta l-ilma fis-sistema jogħla ‘l fuq iktar milli hu meħtieġ? Jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet dwar dan matul l-aħħar sena, u kemm kien hemm ħtieġa ta' tiswijiet li rriżultaw wara li saru l-istess spezzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn informazzjoni li għaddietli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-aħħar sena saru 5237 (ħamest elef, mitejn, sebgħa u tletin) spezzjoni u 981 (disa’ mija, wieħed u tmenin) tiswija fuq il-manholes li hemm fis-sistema tad-drenaġġ biex jiġi assigurat li dawn l-istess manholes ma jkunux sors ta’ tniġġiż.

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18530, peress li minkejja dan il-każ jinsab sub judice u l-persuna nvoluta xorta għadha titfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex dan l-abbuzz jieqaf immedjatament u mhux nistennew meta l-każ jinqata' mill-Qorti fejn dan jista' jieħu snin oħra għad-detriment tal-ambjent, agrikoltura u l-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ġie mwieġeb fir-risposta parlamentari 18530 dan il-każ jinsab sub judice, u fis-seduta tal-24 ta’ Settembru, 2015, l-Qorti ġiet ukoll infurmata dwar l-urġenza ta’ dan il-każ, fil-fatt l-istess każ ser jerġa jinstema` fis-seduta tal-11 ta’ Diċembru, 2015. Nixtieq ninforma wkoll li regolarment isiru spezzjonijiet minn uffiċjali ta’ dan id-Direttorat rigward dan il-każ, biex il-Qorti tkun infurmata bl-aħħar informazzjoni. Għaldaqstant dan il-każ ser jibqa jiġi monitorat għal kull azzjoni addizzjonali li tista` tittieħed.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar il-kuntatt meħtieġ mal-persuna kkonċernata.

Ħruġ ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ħerġin xi ilmijiet minn kanna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħsara ġiet lokaliżżata u msewwija.

Arloġġ tal-ilma u kontijiet – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward arloġġ tal-ilma u kontijiet tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar il-kuntatt meħtieġ mal-persuna kkonċernata u ttieħdu l-passi kollha neċessarji.

Sptar Mater Dei — Crisis Intervention - nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Crisis Intervention fi ħdan l-Isptar Mater Dei hux qed jiffunzjona? Kemm hemm nurses imħarrġa fis-saħħa mentali fit-team? Minn min hu mmexxi t-team?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-servizz tal-Crises qieghed jiffunzjona. Prezentament jikkonsisti fi Specjalista fil-psikjatrija li imbaghat jirreferi l-kaz lill persuni ohra fis-servizzi tas-sahha mentali f' oqsma multidixxiplinarji varji skond il-htiega ta’ kull kaz individuali.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - lista

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista taċ-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u meta dawn infetħu? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u x’inhuwa l-grad tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hemm hames centri li jiehdu hsieb il-Persuni b’nuqqas ta’ sahha mentali, dawn jinsabu fiz-Zejtun, f’ Hal Qormi, l-Floriana, Cospicua u Paola. Hemm erba’ mpjegati f’kull centru, li l-grad taghhom jikkonsisti Occupational Therapist (x 1) u care workers (x 3) Minbarra dawn l-impjegati tal-post, hemm ukoll numru ta Assistant Psychologists li jaghtu servizz gewwa c-Centri ta’ Matul il-Jum.

Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9509, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex jerġa’ jiffunzjona l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali u meta kien twaqqaf dan is-servizz tant importanti għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali beda f’2010. Fil-perjodu bejn 2012 u 2013 dan is-servizz gie temporanjament sospiz. Fil-bidu ta’ 2014 sar rekjutagg kemm ta’ volontiera u anke ta’ pazjenti li jistghu jibbenificaw minn dan is-servizz u s-servizz rega beda jiffunzjona lejn l-ahhar ta’2014.

Servizz ta’ psychiatric outpatient — nurses - home visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru home visits is-sena l-oħra mill-ħaddiema soċjali u minn psychiatric nurses lil madwar 4,500 psychiatric outpatients kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 12334 u li għandna mifruxin madwar Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’home visits li saru f’2014 kien ta’ 7705 gewwa Malta u 570 gewwa Ghawdex. Dawn il-home visits twettqu minn haddiema profesjonisti diversi skond is-servizzi indikati fit-tabella. Malta Day Centres 905 Mental Health Clinics 1313 Outreach Team 3192 Social Workers MCH 2050 Occupational therapists 245 7705 Ghawdex Social workers 522 Occupational therapists 48 570

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħidhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jgħixu waħidhom? X'inhuma s-servizzi li qed jingħataw mill-Gvern dawn il-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm total ta’ 13,000 persuna reġistrata mas-servizzi ta’ Saħħa Mentali li jirċievu servizz ta’ Outpatients ġewwa l-isptar Mater Dei jew fil-komunita. Hemm ukoll 96 -il persuna li jirċievu servizz ta’ kura u sapport mis-servizz ta’ l-Outreach u 267 il-persuna li jattendu d-Day Centres.

Donaturi tad-demm — pinnoli tal-ħadid

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pilloli tal-ħadid mhux qed jingħataw b'xejn lid-donaturi tad-demm f'Malta? Jista' jgħid ukoll jekk fil-fatt jingħatawx b'xejn lid-donaturi Għawdxin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Ghawdex id-donaturi tad-demm jinghataw il-pilloli tal-hadid mill-ispizerija tal-isptar t’Ghawdex. Qeghdien issiru arrangamenti sabiex id-donaturi tad-demm f’Malta ikunu jistghu jinghataw il-pilloli tal-hadid mill-ispizerija ta’ Mater Dei.