Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għal meta huwa ppjanat li jiġi trasferit il-Monti tal-Ħadd filgħodu tal-Belt Valletta u f’liema parti tal-Belt se jkun qed jarma?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilitajiet ta’ fejn dawn jistgħu jiġu rilokati għadhom qed jiġu studjati u jkunu finalizzati wara li jiġi rilokat dak ta’ fost il-ġimgħa. Il-Ministru waqqaf ukoll kumitat għall-open markets, li fi ħdanu għandu wkoll responsabbilta’ li janalizza r-rilokazzjonijiet tal-open markets.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-iskema Get Qualified offruta mill-Malta Enterprise qiegħda taċċetta biss applikazzjonijiet għall-korsijiet li bdew fl-2013? Għalfejn mhux qiegħda taċċetta applikazzjonijiet ta' korsijiet li jibdew fl-2014? Meta se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet li jibdew fl-2014?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema bħalissa miftuħa għal dawk l-applikanti li bdew il-kors tagħhom fl-2013, sabiex dawn jibbenefikaw mill-assistenza kif inhi pprovduta. Għaddej ukoll eżerċizzju fejn l-iskema Get Qualified qiegħdha tiġi ristrutturata b’tali mod li tkun aktar attraenti għal min japplika għaliha kif ukoll aktar iffukata fuq l-industrija u l-ekonomija tal-pajjiż. L-iskema mistennija li tiftaħ għall-korsijiet li bdew fl-2014 hekk kif l-istruttura l-ġdida tkun imħabbra fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm għajnuna tingħata fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-iskema ta’ Employment Aid hija strettament skema tal-ETC.
Minkejja dan, Malta Enterprise għandha preżentament tliet skemi li jsostnu l-qasam tal-impjiegi:
1. l-iskema MicroInvest, li hija skema ta’ tax credits (40% f’Malta u 60% f’Għawdex fuq l-ispiża bażika ta’ pagi u salarji u li qed tiżdied b’5% matul is-sena kurrenti 2014);
2. l-iskema Investment Aid, li wkoll tagħti perċentwal ta’ tax credits fuq l-ispiża ta’ pagi u salarji; u
3. l-iskema ta’ Business Development Grants, ibbażata fuq in-numru ta’ impjegati ġodda ma’ intrapriża.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8232, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8233, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8230, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta? Jista’ jgħid liema proċeduri tas-servizz pubbliku ġew segwiti biex saret din l-għażla u kemm-il persuna applikat għal dan il-post?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8231, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed tingħata l-persuna msemmija separatament? X’inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx jagħti dawn id-dettalji meta dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi? Il-Ministru jara li dan huwa konformi mal-wegħda ta’ trasparenza assoluta? Jista’ jgħid liema proċeduri tas-servizz pubbliku ġew segwiti biex saret din l-għażla u kemm-il persuna applikat għal dan il-post?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nassigura lill Onorevoli Interpellant li l-proċess hu ħafna iktar trasparenti minn kif kienu għażliet simili minn amministrazzjonijiet preċedenti. Nassigurah ukoll li kienu segwiti l-proċeduri kollha governattivi. Madankollu jidhirli li ċerti dettalji li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma personali u kunfidenzjali w għalhekk ma narax għalfejn għandhom ikunu pubbliċi.
B'referenza għar-rapport fis-Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jikkonferma l-Ministru li din id-deċiżjoni hi frott wegħda li l-Partit Laburista għamel qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet mas-sidien ta' dawn il-magni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm risposta fuq it-Times of Malta nhar il-11 ta' Settembru 2013 għal dak li deher fis-Sunday Times nhar it-8 ta' Settembru 2013 mill-istess Gvern. Il-Ministru jikkonferma li ma kien hemm ebda wegħda mill-Partit Laburista fis-sens indikat f'din il-Mistoqsija Parlamentari.
B'referenza għar-rapport fis-Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jista’ l-Ministru jgħid jekk japprezzax li dan jibgħat messaġġ ħażin li l-Gvern jippermetti li jkun hemm min hu 'l fuq mil-liġi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentarti 4138, li qed tagħmel referenza għar-risposta fuq it-Times of Malta.
B'referenza għar-rapport fis-
Sunday Times
tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jaf il-Ministru li tali deċiżjoni timmina l-isforzi li aġenziji bħal Caritas u Sedqa jagħmlu biex jiġi miġġieled il-logħob tal-azzard illegali u l-pjaga tal-użura li timxi id f'id ma' tali logħob?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentarti 4138, li qed tagħmel referenza għar-risposta fuq it-Times of Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema prijorità jew prijoritajiet ġew allokati l-€50,000 li tnaqqsu lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) wara r-reviżjoni tal-estimi finanzjarji, u ċjoè jelenka l-oqsma u mhux sempliċiment jgħid li din is-somma se tintuża ‘f’oqsma oħra ta’ ġid għall-poplu’?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Malta Freeport Corporation – uffiċjali tas-sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma, jew jiċħad, li l-Malta Freeport Corporation bi ħsiebha timpjega numru ta' ħaddiema bħala uffiċjali tas-sigurtà, direttament jew indirettament billi jiġu assenjati minn ma' Transport Malta, u li wħud minnhom diġà ġew magħżula mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet, fosthom persuna li bħalissa taħdem mal-kumpanija Malta Freeport Terminals Ltd? Għalfejn ma saritx sejħa? Kemm se jkunu impjegati? Xi rwol se jkollhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li Malta Freeport ma ħarġet l-ebda sejħa bħal dik li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kien hemm, li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli li jgawdu mill-iskema tal-SME Development Grant?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li kien hemm kumpanija waħda li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħatat il-flus dovuti lilha, peress li kienet applikat u ġiet ikkonfermata bħala eliġibbli li tgawdi mill-iskema tal-SME Development Grant.
Skema Strengthening Market Entry and Internationalisation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kien hemm, li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli għall-iskema Strengthening Market Entry and Internationalisation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta' 40 kumpanija li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Jannar 2014 ingħataw il-flus dovuti lilhom, peress li kienu applikaw u ġew ikkonfermati bħala eliġibbli għall-iskema Strengthening Market Entry and Internationalisation.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jispjega l-kompetenza jew għarfien dwar il-koperattivi tal-membri li ġew maħtura fuq il-Bord tal-Koperattivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kompetenza tal-persuni imsemmija huma varji u utli għal dan il-qasam minn aspetti differenti. Kull membru f'dan il-bord għandu esperjenza illi se jkunu t'għajnuna fil-ħidma u l-isfidi li se jkollu quddiemu dan il-bord. Għall-għażla tal-membri tal-bord tal-koperattivi dan il-gvern mexa fuq l-istess kriterji li ntużaw minn amministrazzjonijiet preċedenti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.