Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema li jgħallmu studenti visually impaired

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm għalliema li qed jgħallmu studenti visually impaired fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja? Jista’ jindika meta se ssir sejħa oħra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’din is-sena skolastika hemm żewġ Għalliema li qed jgħallmu studenti visually impaired fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja. Dan minbarra impjegati oħrajn bħal LSAs. Infurmat ukoll li nħarġet sejħa għal peripatetic support teacher fis-26 ta’ Frar 2016.

Studenti visually impaired – attenzjoni u tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-istudenti li huma visually impaired fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja humiex kollha jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva, l-istudenti b'visual impairment qed jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim min-naħa tas-servizz u mil-LSAs u l-għalliema tagħhom.

MEPA – pjanti sottomessi

Question

Billi pjanti li ġew sottomessi fil-Parlament dwar PA 283/16 ma jindikawx il-pjanti tal-post kif se jinbena, jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-pjanti kollha sottomessi lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jikkunsidra li jitħaffer iktar fil-fond sabiex fl-istess spazju jinbnew ukoll sulari ta’ car park?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni oħra l-MEPA li tikkonsisti l-binja tal-iskola u wkoll parkeġġ. Bħalissa qegħda fi stadju ta’ screening u għalhekk jista’ jkun hemm bdil f’dawn il-pjanti. Hu maħsub parkeġġ għal madwar 400 karozza.

Pixxina Nazzjonali — Xogħol ta’ Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`xogħol ta` manutenzjoni u tisbiħ sar fil-Pixxina Nazzjonali f`dawn l-aħħar sentejn? Kemm kien l-investiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-investiment li sar f'dawn l-aħħar sentejn fuq il-Pixxina Nazzjonali kien: 2014 - €40,329.82 2015 - €1,559,427.81 Ix-xogħol ta` manutenzjoni u tisbiħ li sar fil-Pixxina Nazzjonali kien jikkonsisti kif se nsemmi: 2014 Proġett ta' South Block - €1,510.00 Tisbiħ - €3,802.86 Spejjeż elettroniċi u mekkaniċi- €11,980.00 Spejjeż strutturali - €2,830.00 Spejjeż oħra - €20,206.96 2015 Proġett ta' South Block (jinkludi r-rimodernizzar ta' tmien changing rooms u żewġ squash courts (spiża tal-esperti inkluża)) - €678,689.90 Proġett tal-ERDF (jinkludi l-installazzjoni ta' heat pumps, Solar Collectors, Pool Covers u sistema VRF tal-ACs) - €821,472.90 Tisbiħ - €9,835.17 Spejjeż elettroniċi u mekkaniċi - €26,929.11 Spejjeż strutturali - €2,406.33 Spejjeż oħra - €20,094.40

Dilettanti tal-karozzi u muturi — Faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`sar f`dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tal-karozzi u l-muturi f`Malta jkollhom il-faċilitajiet li għandhom bżonn u li jixirqilhom u li iżda qatt ma kellhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali li flimkien mal-istakeholders involuti jkun identifikat sit għall-iżvilupp ta’ korsa tal-motorsport bl-involviment tas-settur privat, fid-29 ta’ Settembru 2015 il-Gvern ippubblika sejħa ta’ interess għad-Disinn, Bini u l-Operat ta' Motor Recreation and Education Park. Din is-sejħa għalqet u kienu ħamsa (5) l-offerti li ntefgħu, liema offerti dalwaqt jibdew ikunu evalwati.

Dilettanti tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel — Faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`sar f’dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel ikollhom faċilitajiet aktar moderni u addattati għaż-żminijiet tal-lum? Jista’ jgħid jekk hemmx il-possibilità li l-isport ekwestru f`Malta jmur 'l hinn mit-tiġrijiet taż-żwiemel biss?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sar ħafna xogħol f'dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel ikollhom faċilitajiet aktar moderni. Dawn jinkludu: Xogħlijiet fuq il-korsa l-antika: 1) Għoti ta' ramel ġdid fuq wiċċ il-korsa; 2) Tħawwil ta' siġar tul il-korsa kollha biex iservu ta' lqugħ għal kanal tal-ilma li hemm miftuħ u li kien ta' periklu kemm għaż-żwiemel kif ukoll għas-sewwieqa; 3) Kanal tul il-korsa kollha fin-naha tat-triq biex l-ilma li jigi mit-toroq ma jgharraqx il-korsa; 4) Stand biex il-pubbliku jkun jista’ jara t-tiġrijiet bil-kumdità; 5) Service track biex dawk iż-żwiemel li jkunu jridu jduru lura jagħmlu dan mingħajr periklu. Xogħlijiet fuq il-korsa prinċipali: 1) Infetħet entratura sekondarja flok l-entratura l-qadima li ma kinetx aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u anzjani; 2) Sar Tote Shop ġdid li reġa’ tkabbar ftit tax-xhur ilu; 3) Saru bandli u logħob ieħor għat-tfal li jiġu jaraw it-tiġrijiet mal-ġenituri tagħhom; 4) Ġiet irranġata l-art tal-istand prinċipali li kienet fi stat perikoluż; 5) Inqala’ ċint tal-ġebel li kien qed ikerrah l-ambjent u minflok twaħħal railing tal-ħadid; 6) Żieda fil-flood lights għal dawk is-sidien li jagħmlu użu mill-korsa filgħodu kmieni; 7) Inbnew wieħed u għoxrin (21) paddock ġdid biex is-sidien ikollhom fejn jitilqu ż-żwiemel tagħhom; 8) Qed jingħata r-ramel tal-korsa tlett darbiet fis-sena minflok darba kull sentejn biex id-dilettant ikun moqdi aħjar. Servizzi: 1) Il-Malta Racing Club beda joffri servizz ġdid ta' intermedjarju mingħajr ħlas biex is-sidien ikunu jistgħu jixtru polza tal-assikurazzjoni bi prezz issussidjat; 2) Ġiet introdotta sistema biex is-sidien jitħallsu l-premjijiet tat-tiġrijiet dovuti lilhom ġimgħa wara li tkun saret it-tiġrija biex b'hekk inqata' d-dewmien fil-ħlas tal-premjijiet. Minbarra li f'Malta diġà jeżistu diversi tipi ta' sport ekwestru ieħor, il-Kunsill tal-Malta Racing Club minn żmien għal ieħor bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Isport, jorganizza Equestrian Festivals fejn fihom ikunu mistednin dixxiplini oħra bħal show jumping u dressage. Barra minn hekk, hemm il-ħsieb kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Kunsill tal-MRC li jinbnew faċilitajiet moderni għal dixxiplini oħra ekwestri fil-konfini tal-Korsa biex dawn id-dixxiplini l-oħra jkunu aktar aċċessibbli.

Żgħażagħ — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`kienu l-inizjattivi li ttieħdu f`dawn l-aħħar sentejn favur iż-żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-inizzjattivi li ttieħdu minn Aġenzija Żgħażagħ. Dawn l-inizzjattivi favur iż-żgħażagħ jikkonċernaw: Youth Village u l-Programm Youth.Inc. Youth Hubs Youth Cafes Programm - Empowerment Programm - Youth Engagement Youth Help Sapport lill-organizzazzjonijiet taz-żgħażagħ li jinkludu l-kiri ta' tagħmir, użu ta’ faċilitajiet, appoġġ fl-attivitajiet taż-żgħażagħ, Skema A4U u Skema Kun Attiv: Niżviluppaw l-ideat flimkien. Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ Karta Żgħażagħ

Riċerka u Innovazzjoni — Inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`kienu l-inizjattivi li ttieħdu biex il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni jingħataw l-importanza li jixirqilhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ttieħdu ħafna inizzjattivi biex il-qasam tar-riċerka u innovazzjoni jingħata l-importanza li jixraqlu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol li sar f'dan il-qasam.

Proġett Esplora

Question

Jista’ l-Ministru jgħidlina fiex wasal il-proġett Esplora li qed isir f`Bighi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Proġett taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Ix-xogħlijiet ta’ infrastruttura jinsabu fi stat avvanzat. Fil-fatt il-parkeġġ huwa fi stat komplut. L-esebiti li ġew manifatturati minn kumpaniji barranin esperti f’dan il-qasam, bħalissa qegħdin jiġu installati. F’Novembru saret attività għall-istudenti tal-iskola fl-istess sit.

Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa – persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2015? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta` Diċembru 2015 hu kif se nsemmi: JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2015 LokalitàRġielNisaTotal Raħal Ġdid9129120 Ħal Tarxien771592 Gudja14822 Ħal Għaxaq251641 Santa Luċija37946 Marsa8515100 Total32992421 Minn dawn l-421 persuna, 219 ilhom sena u fuqhom jirreġistraw.

San Pawl il-Baħar – strutturi fil-bitħa tal-iskola primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23277, jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti tal-iskola qed isir dan il-bini, jekk hux lest u jekk le, meta se jkun lest? Jista’ jgħid kif qiegħda tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-edukatturi u tal-istudenti, x’inhu l-iskop tal-użu ta’ din il-binja, min ingħata l-kuntratt għal dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’direct order jew b’tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istrutturi qed jinbnew f’parti mill-bitħa tal-iskola u dan ix-xogħol wasal fil-fazi finali tiegħu. Huwa maħsub li x-xogħol jitlesta sal-aħħar ta’ Marzu 2016. Infurmat li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex is-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u tal-istudenti tiġi mħarsa fosthom hemm barriers sabiex il-parti ta’ fejn qed isiru x-xogħlijiet hija diviża mill-parti tal-bitħa fejn ikun hemm l-istudenti kif ukoll l-edukaturi. L-iskop ta’ din il-binja hija biex iservu bħala klassijiet. Il-kuntratturi li ingħataw ix-xogħol biex isiru dawn l-istutturi huma Bava Holdings Ltd, Carl Camilleri u Big Exhibits. Dawn ingħataw b’direct orders.

Childcare Centres — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta l-kuntratt li huwa għandu maċ-Childcare Centres, jgħid jekk l-assentejiżmu ta’ dawn it-tfal kienx kopert b’ċertifikat mediku u jekk il-Ministru iqisx li l-attendenza għaċ-Childcare tkunx waħda obbligatorja ladarba ġenitur japplika f’din l-iskema? Jista’ jindika jekk l-ammonti li qed jinġabru mill-ġenituri f’dawn iċ-ċirkostanzi jinżammux miċ-Childcare Centres jew jiġux rifużi lill-Gvern jew imnaqqsa mit-total li l-Gvern ikun ikkuntratta maċ-Childcare Centres?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra abbozz tal-kuntratt li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu maċ-Childcare Centres kollha li qegħdin reġistrati fl-iskema ta’ childcare b’xejn. Qed inpoġġi wkoll fuljett ta' informazzjoni li jispjega kif taħdem l-iskema. L-għan tal-iskema huwa li jħallas liċ-ċentri tas-servizzi ta’ childcare mogħtija lit-tfal. Għaldaqstant, l-operat taċ-ċentri hija l-prerogattiva tal-istess ċentri u ċertifikati mediċi jistgħu jintalbu skont id-diskrezzjoni tal-istess ċentri. Għall-fini tal-iskema, kull tifel/tifla għandu/għandha allokazzjoni individwali ta’ absence allowance. Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà li jonoraw il-bookings li jkunu għamlu, peress li dan jimpatta direttament fuq l-operat tal-istess ċentri. Is-sigħat li jkunu bbukkjati u ma ġewx użati jitnaqqsu mis-sigħat tal-absence allowance. Meta jispiċċaw is-sigħat tal-absence allowance, l-assentijiżmu jaqa’ taħt il-limitu minimu konsentit. Il-Gvern ma jħallasx liċ-Ċentri meta jiġri dan, u hija r-responsabbiltà taċ-ċentri li jiġbru l-ħlas dovut lilhom.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħol mogħti lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Pixxina Nazzjonali – konsum tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża medja tal-konsum tad-dawl tal-Pixxina Nazzjonali llum u jekk kienx hemm xi tibdil fl-ispiża meta kkomparat ma` żmien l-amministrazzjoni preċedenti ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport — Spejjeż ta’ printing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi printing il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) sena b`sena tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-flus li ntefqu fi printing fil-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) sena b`sena tul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: EUR 2011 10,874.10 2012 38,685.37 2013 42,499.11 2014 6,718.99 2015 20,011.00 Rigward l-ammont li ntefaq fl-2015, €8,708.42 mis-somma indikata kien fir-rigward ta' rebranding li sar fl-entità, minn Kunsill Malti għall-iSport għal SportMalta.

Kunsill Malti għall-Isport — Spejjeż f’kowċis għall-Summer on the Move

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'kowċis waqt l-attività Summer on the Move li tiġi organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport, f`dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-rekords tal-pagamenti lill-kowċis fl-2011, 2012 u 2013 ma kinux maqsuma skont il-programmi sportivi iżda sar eżerċizzju sabiex l-informazzjoni tkun korretta kemm jista’ jkun. It-tabella t’hawn taħt turi n-nefa fil-programm Summer on the Move mis-sena 2011 sas-sena 2015, kif se nsemmi: Sena Nefqa f’kowċis fis-sajf (Euros) 2011 Euro 70,468.73 2012 Euro 223,561.73 2013 Euro 218,739.76 2014 Euro 108,941.09 2015 Euro 143,890.86

Ħlas ta’ Kowċis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex jitħallsu l-kowċis f`dixxiplini differenti fix-xitwa tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa tal-kowċis fil-programmi differenti tax-xitwa tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena, kienet kif ġej: 2011 Euro 200,985.48 2012 Euro 323,885.88 2013 Euro 420,536.83 2014 Euro 218,443.23 2015 Euro 175,652.52 Infurmat ukoll li s-sistema ma tippermettix li tingħata n-nefqa b’mod separat skont id-dixxiplini.

Kunsill Malti għall-Isport — numru ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Kunsill Malti għall-Isport minn April 2013 sal-lum u kemm ġew impjegati nies mal-istess entità fl-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2008 u t-8 ta’ Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta’ Jannar 2008 sat-8 ta’ Marzu 2013 ġew impjegati ħamsa u tletin (35) persuna mal-Kunsill Malti għall-Isport. Tnejn u għoxrin (22) minnhom kienu impjegati b’mod dirett filwaqt li tlettax (13)-il persuna oħra kienu detailed. Minn April 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2016, ġew impjegati tnax (12)-il persuna mal-Kunsill Malti għall-Isport, illum magħruf bħala SportsMalta. Minnhom sitt (6) persuni ġew impjegati b’mod dirett, erbgħa (4) ġew detailed filwaqt li żewġ (2) persuni oħra ġew impjegati on secondment. Hemm persuna oħra li qed tagħti servizz fuq bażi ta’ self-employed.

Kotba ġodda mixtrija għal-libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-kotba li ġew mixtrija fis-sena 2015 għal-libreriji pubbliċi ntbagħtu lil-libreriji reġjonali u jindika b’liema lingwa huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa inkorporat fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23622.

Skola Primarja ta’ Raħal Ġdid — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-popolazzjoni ta’ studenti fl-Iskejjel Primarji ‘A’ u ‘B’ ta’ Raħal Ġdid din is-sena skolastika (statistika maħruġa fis-26/02/2016), hi kif se nsemmi: Skola Yr Grp Subien Bniet Total SGPC Paola Pri A K1 – P3 223 205 428 SGPC Paola Pri B P4 – P6 132 99 231 Total 355 304 659