Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ambjent fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq jitjieb billi:
i) Ikun hemm aktar dawl.
ii) Isiru latrini permanenti.
iii) Ma jitħallewx
skips
u karretti tal-
public cleaning
fil-ġonna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru qed jikkonsidra s-suġġerimenti ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' restawr tal-monument tal-Granmastru De Vilhena? Kemm hi l-istima tax-xogħlijiet meħtieġa?
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 18751 jista' l-Ministru jagħti l-kumplament ta' l-ispiża tal-gvern għar-riabilitazzjoni ta' inkwilini (kemm dwak uffiċjali kif ukoll oħrajn) li se jiġu affettwati mill-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex tibda tiġi solvuta l-problema kbira tal-Magħtab?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern din is-sena ppubblika dokument komprensiv li jittratta l-problema kollha ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart fil-pajjiż. Il-Gvern issa qed jevalwa diversi proposti konkreti li jittrattaw din il-problema, sabiex fi żmien qasir tibda tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18598, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza ngħatat id-ditta MVA (UK)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Ditta MVA (UK) ngħatat konsulenza biex tmexxi 'traffic survey' tal-Junction f'Pjazza Palma, Msida. Din id-Ditta trid tagħmel ukoll 'Transit Analysis' tad-data li nġabret waqt dan is-survey.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 18598, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kuntratt ta' konsulenza mogħti lill-Perit Richard England għax-xogħol fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt ma ġiex inkluż? X'inhuma t-termini ta' dan il-kuntratt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
B'referenza għad-domanda parlamentari numru 18598, nixtieq nelabora li d-ditta England and England ingħatat konsulenza fl-Arkitettura fuq iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti li jinkludi l-Kavallier ta' San Ġakbu, is-sit ta' l-Opera House u l-Master Plan għad-daħla ta' Bieb il-Belt.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 17608, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-esperjenza f'xogħol ta' restawr li għandu l-kuntrattur Malti li ngħata dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-kuntrattur Malti ma kienx meħtieġ li jkollu esperjenza fix-xogħol ta' restawr. Dan minħabba l-fatt li t-tip ta' xogħol ta' restawr li ser isir huwa speċjalizzat u għalhekk hija l-kumpanija Taljana li ser ikollha r-reponsabbilta' tiegħu. Il-kumpanija Maltija kienet maħsuba li sservi bħala appoġġ għall-kumpanija Taljana għal dak li għandu x'jaqsam ma' arranġamenti neċessarji biex din topera f'Malta.
B'riferenza għax-xogħol ta' restawr li qiegħed isir fil-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia, il-Belt, jista'l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju ta' dak kollu li hemm fil-knisja qabel ma tneħħew dawn l-affarijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-inventarju? Fejn qegħdin jinżammu l-oġġetti li tneħħew mill-knisja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kien diġa' jeżisti inventarju ta' l-affarijiet li kien hemm fil-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia. Ir-responsabbilta' ta' tneħħija ta' l-affarijiet kienet f'idejn l-Awtoritajiet tal-Knisja.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsia parlamantari numru 18598, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar iż-żewġ kuntratti ta' konsulenza meħtieġa lid-ditta Architecture Project?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-dettalji tal-kuntratti mal-Konsulenti Architecture Project:
Berġa ta' Kastilja
Il-kuntratt huwa għal xogħlijiet relatati ma' Proġetti ta' Riabilitazzjoni fil-Berġa ta' Kastilja, li jinkludi refurbishment tal-pjan terran kollu, mużew għall-kollezzjoni tal-Maiolica fil-basement, pavimentar tal-bitħa nterna, installazjoni ta' żewġ settijiet ta' lifts u fire escape staircase, ri-organizzazzjoni tat-tieni sular okkupat mis-Segretarjat tal-Prim Ministru, xogħol ta' restawr tal-bitħa nterna u refurbishment tat-toilets f'kull sular. Il-kuntratt formali ġie ffirmat f'Settembru 1996 għalkemm il-konsulenti bdew jagħtu s-servizz tagħhom żmien qabel. Dan il-kuntratt jintemm meta jitlesta x-xogħol.
Il-konsulenti huma meħtieġa li jippreparaw sketches, stimi tax-xogħol, jissottomettu applikazzjonijiet lill-Awtoritajiet konċernati, jippreparaw working drawings, speċifikazzjonijiet u bills of quantities, iħejju rapport fuq l-offerti, iwettqu superviżjoni waqt ix-xogħol, u jħejju ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra. Ta' dan ix-xogħol il-konsulenti huma mħallsa bir-rata ta' 9.5% fuq il-valur tax-xogħol, li hija r-rata kurrenti tal-Gvern għal xogħol u responsabbilitajiet oħra.
Triq ir-Repubblika
Il-kuntratt mal-konsulenti Architecture Project huwa għall-urban renewal ta' Triq ir-Repubblika bejn Triq Nofsinhar u Triq it-Teatru l-Antik. Ix-xogħlijiet jinkludu upgrading tal-pavimentar, installazzjoni ta' sistema ġdida ta' dawl tat-triq u street furniture. Il-konsulenti huma mitluba li jimxu mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-board ta' għażla għall-kompetizzjoni ta' disinn urban li saret f'Diċembru 1997 u li għaliha ġie magħżul id-disinn preżentat mill-Architecture Project. Il-kuntratt ingħata f'Marzu 1998 u jintemm meta jispiċċa x-xogħol.
Architecture Project huma meħtieġa li jippreparaw sketches, stima tax-xogħol, jissottomettu applikazzjonijiet lill-Awtoritajiet konċernati, jippreparaw working drawings, speċifikazzjonijiet u bills of quantities, iħejju rapport fuq l-offerti, iwettqu superviżjoni waqt ix-xogħol, u jħejju ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra. Ta' dan ix-xogħol il-konsulenti huma mħallsa bir-rata ta' 5% fuq il-valur tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999.
Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn kien Carmel Callus.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li jagħmlu xogħol ta' tindif tad-drenaġġ bil-jetting bowser?
Kemm-il kilometru ta' mains ta' drenaġġ tnaddfu matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Kemm hu l-ħlas dovut għal dan ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallsu flus? Kif se isir l-iċċekkjar li t-tindif li suppost isir, ikun sar b'mod aċċettabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jagħmlu x-xogħol ta' tindif ta' drenaġġ bil-jetting bowser huma Unisal Ltd. u Polidano Bros. Ltd.
In-numru ta' kilometri ta' mains tad-drenaġġ li tnaddfu matul dawn l-aħħar tnax-il xahar hu ta' 240 kilometri għall-ammont ta' Lm192,500 li kollha tħallsu.
L-iċċekkjar li t-tindif isir, kif dejjem sar, billi d-Dipartiment ikollu supervisor mal-kuntratturi li jagħmlu x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi liċenzjati sabiex jitbattlu l-fosos privati? Dawn il-kuntratturi jżommu records ta' liema fosos ikunu battlu? Jekk fl-affermattiv, id-dipartiment tħallsu kopja ta' dawn ir-records?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kuntratturi li jbattlu l-fosos imqabbdin mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-preżent huwa ta' tnejn, li huma s-Sur Bastjan Borg u l-Polisal. Magħhom id-Dipartiment tad-Drenaġġ għandu supervisor kull wieħed li jżomm ġurnata b'ġurnata l-fosos li jkunu tbattlu.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-inkjesta intemm li saret dwar l-inċident traġiku li seħħ fil-fossa tad-drenaġġ fiċ-Ċirkewwa?
F'liema stadju waslet l-inkjesta maġisterjali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta Dipartimentali ntemmet. Ir-rapport kien ippreżentat u qiegħed jiġi studjat mid-Dipartiment. Sa fejn jien infurmat l-inkjesta Maġisterjali għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' dawl għall-illuminazzjoni tal-faċċata fi Triq ir-Repubblika, Valletta?
Kemm se jiġi jiswa x-xogħol? Meta hu maħsub li se jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett tad-dawl ġdid ta' Triq ir-Repubblika wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-fatt aktar minn tlett kwarti tal-proġett huwa lest. Huwa mistenni li l-proġett jitlesta kollu f'Ottubru. Il-proġett se jkun jiswa madwar mitt elf lira pero' wieħed għad irid jivverifika l-ispiża finali minħabba xi emendi li saru fil-proġett.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17606, jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur Malti li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol tas-sistema kontra l-umdita' li qed tiġi nstallata f'Santa Katerina mhux qed issir minn kuntrattur Malti iżda mill-Ladikom, li hija sub-contractor tal-kumpanija ITERAS li ħadet il-kuntratt ta' restawr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' mpjegati taċ-ċivil li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa huwa kif jidher hawn taħt:
IRĠIEL NISA
Bejn 25 - 30 sena -- 3
Bejn 30 - 35 sena -- 2
Bejn 35 - 40 sena -- 2
Bejn 50 - 55 sena -- 1
Jista' l-Ministru ġentilment jiddelega d-dipartiment konċernat biex jara dwar il-ħmieġ li hemm kemm fil-baħar u fl-art kif ukoll fil-pitch (u madwar l-pitch) tal-waterpolo f'B'Buġia?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.