B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19800, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lill-agro-industrija.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waħda mill-miżuri li bbenefikat minnha l-agro-industrija hija l-iskema għal Titjib fil-Promozzjoni u Pproċessar Ta' Prodotti Agrikoli li fis-sena 2004 ibbenifikaw minnha 10 intrapriżi. Il-pagament ta’ tnejn minn dawn qed jiġu pproċessat għax il-proġetti għadhom ma tlestewx.
B'riferenza għall-applikazzjoni quddiem il-MEPA li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn fid-draft local plan kien propost ħames sulari, daqs il-bini tal-blokk kollu biswit dan is-sit, jista' il-Ministru jgħid għaliex issa qed jiġi propost li dan l-istess sit ikun ta' tliet sulari? Hemm xi raġuni partikolari għal din ir-riduzzjoni?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19818 u jgħid x'kondizzjonijiet jagħmlu l-awtoritajiet, fosthom il-MEPA, meta jinħarġu permessi għal skavar u/jew qtugħ ta' blat f'inħawi viċini ta' djar abitati minn ġirien b'inġenji li jredu l-bini u joħolqu inkonvenjent lill-abitanti ta' l-inħawi bil-ħsejjes?
Isir kontroll biex ikun aċċertat li dawk il-kondizzjonijiet, jekk jeżistu, ikunu qed jiġu osservati? Jekk iva, minn min?
Laħqu ttieħdu passi kontra xi ħadd jekk kien hemm ksur ta' kondizzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni dwar it-tip ta' inġenji li jintużaw fuq is-sit ta' kostruzzjoni u kif isir it-tqattiegħ taqa' taħt ir-responsabiltà tal-perit inkarigat mix-xogħlijiet u mhux taħt l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tagħmilx kundizzjonijiet f'dan is-sens.
F’kas ta’ proġetti kbar, jintalab
Construction Management Plan
fejn il-perit jindika, meta u kif isir it-tqattiegħ. Dan ix-xogħol jiġi osservat minn
Monitoring Officer
li jiġi mqabbad mill-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju u/jew rapport dwar il-ħsejjes kawżati mill-industrija, fejn qed jirriżulta li l-livell ta' ħsejjes ikkawżati mill-impjant Hompesch Steel u li jinsab ftit 'il bogħod mir-residenti, jeċċedi bil-kbir il-livell aċċettabbli mil-linji gwida maħruġa mill-awtorita'? Dan qed joħloq inkonvenjenti oħra kkawżati mill-impjant innifsu lir-residenti, fosthom trabijiet ta' ħadid fl-arja u depożitu ta' skart fl-impjant.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Hompesch Steel qiegħed fil-proċess illi jibdel l-iskrapjard f`żona industrijali. F’dan ir-rigward, sar studju fuq il-livelli ta’ ħsejjes preżenti. Ir-riżultati juru li l-livell ta’ ħoss kien bejn 73.9dBA u 74.7dBA.
Fejn tidħol il-kwistjoni tat-trab tal-ħadid, din għandha tieqaf ladarba l-iskrapjard tinbidel f`żona għall-industriji żgħar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ordni ta' infurzar mill-MEPA li huma pendenti biex tittieħed azzjoni dwarhom? Kemm ilhom pendenti? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-lokalitajiet fejn hemm dawn l-ordni ta' l-infurzar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-website ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA): www.mepa.org.mt/planning/index.htm?enf_pending.htmlX1
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16511, jista' il-Ministru jgħid fejn wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet biex jiġu mgħarrqa iżjed vapuri u biex titfassal strateġija f'dan il-qasam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ l-Environment Impact Assessment. L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tistenna r-riżultati ta’ dan il-proċess mingħand l-applikanti rispettivi ħalli l-evalwazzjoni tkun tista’ tibda.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18315, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi pożittivi dwar it-talba li kellha ssir mill-Ministru lil MEPA biex flimkien ma' Heritage Malta jaraw x'passi jistgħu jittieħdu dwar l-arloġġ ta' l-Isla? X'sar s'issa u x-xogħol sar minn mindu għamilt il-mistoqsija fuq dan l-arloġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il darba l-MEPA ħadet il-passi meħtieġa kontra persuni li joperaw illegalment f'Għajnsielem? Kontra min ittieħdu dawn il-passi? Jirriżultalu li għad hemm min jopera illegalment bħala mastrudaxxa f'Għajnsielem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin inħarġu 129 avviż ta' twettiq f'siti ġo Għajnsielem. Minn dawn inħarġu żewġ avviżi minħabba li kien qiegħed isir xogħol ta' mastrudaxxa mingħajr permess u li kontra wieħed minnhom qed jittieħdu wkoll proċeduri mill-pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tat-tjur li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji/għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru fl-agro-industrija li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ġbejniet friski li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi tal-ġbejniet ma jaqgħu taħt ebda skema ta’ sussidji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi ta' l-għeneb li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant igħid għal liema sussidji qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew esportati tunnellati ta' patata f'April 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-esportazzjoni ilha li ġiet liberalizzata mis-sens 2004 din l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17310, peress li l-Ministru kien qalli li l-informazzjoni mitluba titħabbar fil-ħin propizju, ladarba l-informazzjoni li tlabtu hija dwar tliet snin li waħda minnhom hija s-sena li qegħdin fiha u hija ta' importanza u premura għal Għawdex, jista' jekk jogħġbu jgħid għaliex għadu mhux il-ħin propizju? Meta se jkun il-ħin propizju għalih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17310.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid għal liema sussidji jew għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid għal liema sussidji qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' raħħala li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji/għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi ta' l-għasel li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment l-ebda produttur ta’ l-għasel mhu qiegħed jistenna sussidju jew għajnuna finanzjarja taħt ir-regolament 1221/1997 u kif ġie emendat fil-797/2004, la f'Malta u lanqas f'Għawdex.