Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar il-Mediċini – Awditur Intern

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk skont l-Artiklu 6 tal-Att dwar il-Mediċini ġiex appuntat uffiċjali biex jaqdi l-funzjoni ta’ awditur intern? Jekk fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tgħid min hija l-persuna li ġiet magħżula? Tista’ tgħid meta se tkun appuntata din il-persuna jekk għadha ma ġietx appuntata s’issa?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li Artiklu 6 jirreferi għal funzjonijiet tal-Awtoritá mhux tal-awditur. M’hemm ebda obbligu legali li l-Awtoritá jkollha awditur intern. Madanakollu, għandha numru t'impjegati li kollha huma professjonali fil-qasam tal-kompetenza tagħhom, li jwettqu dan ix-xogħol. Dawn ġew magħzula wara sejħa għall-espressjoni t'interess li saret fl 2012. Kull min esprima l’interess ingħata l-opportunita jagħmel dan ix xogħol skont proċeduri stabbiliti fl-Awtoritá u wara taħriġ intensiv mill-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Awtorità dwar il-Mediċini — dħul

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien id-dħul (revenue) tal-Awtorità dwar il-Mediċini fis-snin 2011, 2012 u 2013 separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li d-dħul skond dokumenti finanzjarji awditjati kien hekk : 2011 2012 2013 € € € 1,462,231 1,377,493 1,483,368 2014 s’issa qabzet il-1.6m ewro. Dan kien possibli minħabba inizjattivi ġodda li bdiet l-Awtorita bħal third county inspections kif ukoll saħħet attivitajiet bħal assessment ta’ proċeduri ċentralizzati fuq livell ewropew filwaqt li kompliet isaħħah is-sostenibbilitá ta’ attivitajiet nazzjonali.

Awtorità dwar il-Mediċini – Chairperson

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12202, tista’ l-Ministru tgħid jekk iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini, barra s-salarju u benefiċċji msemmija, għandux ukoll dħul ta’ xi pensjoni u/jew dħul ieħor mill-Università ta’ Malta? Tista’ tgħid kemm jammonta dan id-dħul?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li la dawn il-ħlasijiet mhumiex qed jingħataw mill-Awtoritá tal-Mediċini, għandha tagħmel il-mistoqsija lill-ministeri kkonċernati.

Awtorità dwar il-Mediċini – — Chairperson - xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini għandux permess biex jagħmel xogħol ta’ konsulenza ma’ kumpaniji privati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ċ-Chairperson ta’ l-Awtorita dwar il-Mediċini, neħħa x-xogħol ta’ konsulenza ma’ entitajiet privati minn meta ffirma l-kuntratt tal-ħatra ta’ Chairperson.

Awtorità dwar il-Mediċini –Chairperson — Ivvjaġġar

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vjaġġi kollha li għamel iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini barra minn pajjiżna minn meta ġie appuntat sad-data tar-risposta għal din id-domanda? Tista’ tgħid fejn mar, min akkumpanjah u kemm kienet in-nefqa għal kull mawra?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar il-Mediċini – business plan

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-Awtorità dwar il-Mediċini għat-tliet snin li ġejjin?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-business plan formali għadha m’hiex approvata minn naħa tal-Awtoritá. Minkejja dan l-Awtoritá qed taħdem biex b’mod strateġiku tattira dħul ġdid bl-għan li tkun sostenibbli fi tlett snin li ġejjin mingħajr għajnuna finanzjarja akbar mill-gvern. Bidu tar-riżultati pożittivi diġa beda jinħass din is-sena. Dan huwa riżultat ta’ taħriġ li qed jingħata, djalogu kontinwu mal-imsieħba tagħha u inizjattivi ġodda li qed tieħu l-Awtorità.

OHSA – spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol mill-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-aħħar sena?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Jannar u l-aħħar t'Ottubru tal-2014 saru 2073 spezzjoni minn Uffiċjali tal-Awtoritá tas-Saħħa u Sigurtá.

MCCAA – uffiċjali li jagħmlu xogħol ieħor wara l-ħin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11693, tista’ l-Ministru tikkonferma li matul din is-sena m’hemm ebda uffiċjal tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ngħata l-permess li jaħdem xogħol ieħor apparti x-xogħol u l-overtime li jagħmel fl-istess Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul din is-sena ma ngħata ebda permess lil xi uffiċjal tal-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex jaħdem xogħol ieħor.

MCCAA – online questionnaire

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8781, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-riżultati tas-survey ġewx diskussi u ppreżentati lill-impjegati tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li dan is-survey l-ewwel se jkun diskuss fil-livell ta’ Management.

Skola ta' Santa Venera — użu ta' pestiċidji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur warali skola f'Santa Venera kellha tingħalaq minħabba użu eċessiv ta' pestiċidji?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtoritá kellmet lill-bidwi kkonċernat u ndagat kemm fuq il-prodotti tal-pestiċidji li ntużaw kif ukoll fuq kif dawn intużaw. Saret ukoll spezzjoni fuq il-lant u minn dak li rriżulta lill-Awtorita’ jidher li kemm il-prodott kif ukoll il-mod ta’ kif intuza huma skond il-liġijiet applikabbli. Minħabba dan l-Awtorita’ ma ħaditx aktar passi fuq il-bidwi.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — kuntratti ta' konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11568, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – għaqdiet konformi mar-rekwiżiti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11815, tista’ l-Ministru tpoġġi r-rapport tal-Kunsill rigward l-eżerċizzji msemmija fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kunsill kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari.

MCCAA — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’kuntratt definittiv? Tista’ tgħid kull kuntratt meta jagħlaq u dwar liema post jirreferi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fl-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hemm 36 impjegat b’kuntratt definittiv kif gej: Post Numru ta’ postijiet Data tal-gheluq Direttur Generali 1 22.05.14 Diretturi 4 22.05.14 Direttur 2 30.09.14 Direttur 1 13.11.14 Direttur 1 25.03.15 Direttur 1 09.11.17 Assistent Direttur 1 31.07.14 Assistent Direttur 1 15.09.16 Kap – Corporate Services 1 09.05.15 Senior Manager 1 12.08.14 Contract of Service 1 31.01.15 Contract for Service 1 31.03.15 Contract of Service 2 31.03.15 Skrivan Part time 1 01.01.15 Skrivan Part time 1 12.01.15 Market Surveillance Part Timers 16 31.12.14

MCCAA – spezzjonijiet ta’ lifts

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għamlet spezzjonijiet ta’ lifts l-MCCAA matul din is-sena? Kemm minnhom instabu li mhumiex skont ir-regolamenti, u x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li sa issa din is-sena saru 20 spezzjoni ta’ lifts mill-Awtorita’. Kollha nstabu li kellhom xi nuqqas ta’ konformita’ jew oħra mall-ligi. Min dawn l-20, żewg lifts ingħalqu minħabba li kienu meqjusa li jimponu riskju serju lil min jużahom u wieħed instab mhux f’pożizzjoni li jaħdem minħabba xi makkinarju nieqes. F’kaz ieħor, l-Awtorita’ qed tistenna ċertifikazzjoni meħtiega filwaqt li fil-każ tas-16 l-oħra, l-Awtorita’ qed tinsisti ma min hu kkonċernat sabiex ikunu reġistrati skond il-liġi. L-Awtorita’ qegħda tikkunsidra li tibda’ ssemmi operaturi li jpoġġu fis-suq lifts li m’humiex konformi. Barra min hekk l-Awtorita’ tuza ukoll il-medja sabiex twassal il-messaġġ dwar il-bzonn li lifts f’Malta jkunu ċċertifikati u rreġistrati skond il-ligi.

MCCAA – ċertifikati ta’ type approval

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ċertifikat ta’ type approval inħarġu matul din is-sena u x’introjtu kella l-MCCAA minn din l-attività?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li s'issa ħargu 310 type approval certificates. Billi din hi attivita kummerċjali ikun aħjar li informazzjoni fuq dħul ikun evitat.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tispeċifika sa liema data qed titlob l-informazzjoni. Dan minħabba li x-xiri ta’ servizzi u prodotti jvarja minn ġurnata għal oħra.

playing fields – ċertifikazzjoni mill-MCCAA

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ġew ċertifikati playing fields bħala li huma tajbin skont il-kriterji tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) matul din is-sena? Fejn jinsabu? X’tip ta’ apparat għandhom dawn il-playing fields li ġew hekk ċertifikati?

Response (DALLI, HELENA)

Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum, gew ċertifikati 108 playing fields li jikkonformaw mal-kriterji maħruġa mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA). Dawn jinstabu fil-lokalitajiet li ġejjin: B'Kara Birzebbuga Bormla Dingli Fgura Floriana Fontana Ghajnsielem Gharb Ghaxaq Gudja Ħal Balzan Hal Gharghur Ħal Tarxien H'Attard Haz-Zebbug Iklin Kalkara Kercem Kirkop Lija Luqa Marsa Marsaskala Marsaxlokk Mdina Mellieha Mgarr Mosta Msida Mtarfa Munxar Nadur Naxxar Paola Pembroke Pieta' Qala Qormi Qrendi Rabat Malta San Giljan San Ġwann San Pawl il-Bahar Santa Luċija Sliema Sta Venera Swieqi Ta' Sannat Valletta Xaghra Xewkija Xghajra Zabbar Zejtun Zurrieq L-apparat li ġew hekk ċertifikati f’dawn il-playing fields huma: Swings, slides, carousels, rocking equipment, climbing frame, u multifunctional slides .

European Consumer Centre — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11893 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekomonija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid minn kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-European Consumer Centre f’Malta, kemm irċieva ilmenti sena b’sena, dwar xiex kienu u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.