Billi mistoqsija parlamentari 15451 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hu l-valur tal-kontijiet u ħlasijiet oħra li għadhom ma tħallsux f'kull vot tad-dipartiment tas-saħħa u tal-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li talbu s-servizz ta' tabib f'kull ċentru tas-saħħa, separatament, f'Malta u Għawdex u sena b'sena mill-1998 sa l-2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-totali ta' pazjenti li talbu servizz tat-tabib miċ-Ċentri tas-Saħħa mill-1998 sal-2005 hu kif ġej:
Sena
Furjana
Qormi
Gżira
Paola
Mosta
Rabat
Bormla
2005
65999
41027
41404
96499
83343
30723
30352
2004
67067
47528
43126
107953
84058
31208
27179
2003
68480
44821
47189
106354
85869
29782
25611
2002
68535
47368
53968
108244
84215
28391
23324
2001
68420
50409
52298
110063
82117
28517
23852
2000
70028
55792
51678
118140
83193
34744
28513
1999
73787
62612
52935
128884
83380
43336
32847
1998
72313
56402
52951
124931
83281
40977
36504
Dawn it-totali jinkludu pazjenti li marru għand it-tabib fiċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll żjarat tat-tabib fid-djar, iżda ma jinkludix il-viżiti ta' pazjenti fil-Bereġ.
Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li talbu servizz tat-tabib taċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba tmur lura sa tmien snin biss. It-totali ta' pazjenti li talbu servizz tat-tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat huma kif ġej:
Sena
Pazjenti
2005
30723
2004
31208
2003
29782
2002
28391
2001
28517
2000
34744
1999
43336
1998
40977
Dawn it-totali jinkludu pazjenti li marru għand it-tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa kif ukoll żjarat tat-tabib fid-djar.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-isptarijiet kawża ta' overdose u/jew veleni oħra f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa fl-2005 hu kif ġej:
Nota: It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kateġorji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi
(ICD-9 codes E850 - E858; ICD- 10 codes X40 -X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi
(ICD-9 codes E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew primeditat
(ICD-9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10-Y14)
It-totali għal kull Kategorija għas-sena 2005 huma mniżżlin fit-tabella ta' hawn taħt:
Sena 2005
Total
Kategorija A
18
Kategorija B
0
Kategorija C
125
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw taħt ix-schedule V, jiġfieri għall-kartuna tal-pilloli, fis-sena 2006 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' permessi għall-mediċini b'xejn taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali, Skeda V ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali li ħarġu mill-1 ta' Jannar 2006 sad-9 ta' Marzu 2006 kien 9,914 minnhom 4,655 kienu applikazzjonijiet ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat il-faċilitajiet taċ-ċentru Detox matul Novembru u Diċembru 2005 u Jannar 2006? Kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom ma kenux Maltin? Ta' liema nazzjonalita' kienu?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li ddaħħlu b'overdose fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar San Luqa fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2005? Jista' jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru totali ta' persuni li ddaħħlu b'overdose il-casualty ta' l-Isptar San Luqa fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2005 huma kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:
Xahar
Nisa
Rġiel
Novembru 2005
13
9
Diċembru 2005
10
14
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siringi li ngħataw miċ-ċentri tas-saħħa, wieħed b'wieħed, is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tas-sirngi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa, lil pazjenti li jabbużaw mid-droga matul is-sena 2004 u s-sena 2005 rispettivament huma kif ġej:
Ċentru tas-Saħħa
2004
2005
Furjana
44986
51147
Qormi
17161
12335
Gżira
47369
50636
Raħal Ġdid
63600
56300
Bormla
15327
21000
Mosta
21143
20975
Rabat
7582
7818
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jidħlu fl-SVPR?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni jistennew biex jidħlu f'San Vinċenz de Paul huwa ta' 704. Minn dawn, 486 huma nisa filwaqt li 218 huma rġiel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu mal-handyman department u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li hemm 16 -il persuna taħdem fil-Handyman Section. Dawn huma l-gradi tagħhom:
Gradi
Persuni
Health Assistant
1
General Hand
2
Senior Tradesman
4
Senior Operative
1
Communicator
1
Supervisor
2
Officer in Grade 10
1
Support Worker
1
P/T Social Assistant
3
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-istaff kollu ta' l-isptar għandu xi forma ta' uniformi? Jista' jgħid x'mezzi ta' identifikazzjoni huma maħruġa lill-personnel kollu ta' l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-impjegati kliniċi ta' l-Isptar kollha għandhom uniformi (inkluż labcoat jew whitecoat). Il-Messaġiera, Porters, Security Officers, Cleaners, l-Maintenance Staff, Customer Care Officials u l-Front Line Personnel ukoll għandhom uniformi. L-istaff amministrattiv u Klerikali l-maġġor parti tagħhom ma għandhomx uniformi.
F'Marzu tas-sena l-oħra sar eżerċizzju sħiħ biex inħarġu identification tags ġodda għal kull membru ta' l-istaff li huwa impjegat ma' l-Isptarijiet San Luqa u Sir Paul Boffa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi programm, u x'inhi l-frekwenza, ta' manutenzjoni u żebgħa ta' trolleys, gurneys u apparat simili ieħor?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparat bħal trolleys li huma ta' l-istainless steel ma jirrikjedux żebgħa iżda hemm programm ta' manutenzjoni għalihom. Is-sodod variable height qed issirilhom manutenzjoni preventiva bi skeda u wħud minnhom qed jiġu miżbugħa mill-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid kif barranin iħallsu għas-servizz ta' l-isptar f'każi kemm normali kif ukoll ta' emerġenza? Jista jgħid kemm hemm kontijiet pendenti u x'valur għandhom? Jista' jagħti ageing ta' kemm ilhom dovuti dawn il-pagamenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti barranin li jkunu ċittadini ta' pajjiżi Membri ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jippreżentaw dokumenti maħruġa mill-pajjiż Membru li jeżentahom milli jħallsu għas-servizz li jingħata mill-isptar. Il-ħlas ta' dan is-servizz jiġi dovut mill-pajjiż Membru kkonċernat.
Pazjenti barranin li jkunu ċittadini ta' pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk il-persuni mill-Unjoni Ewropea li ma jkollhomx id-dokument meħtieġ, jiġu mitluba iħallsu deożitu ta' Lm30 (tletin lira Maltin) kif jirreġistraw, u wara li jieħdu s-servizz meħtieġ fid-dipartiment ta' l-Emergenza, iħallsu jew jiġu mogħtija lura d-differenza skond il-każ.
F'każijiet ta' persuni li jiddaħħlu bħala inpatients, isir il-kont, skond l-A.L.201 ta' 2004, li minnu jiġi mnaqqas l-ammont imħallas bħala depożitu.
Fil-każ ta' persuna li tiddaħħal l-Emerġenza f'kundizzjoni kritika jew fil-periklu li titlef ħajjitha, is-servizz jiġi mogħti minnufih mingħajr l-ebda talba għad-depożitu.
In-numru ta' kontijiet pendenti ta' l-2005 huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Il-kontijiet pendenti għal 2006 huwa ta' 38 (tmienja u tletin) li jammontaw għal total ta' Lm12,127 (Tnax -il elf, mija u sebgħa u għoxrin Liri Maltin).
Kontijiet pendenti ta' barranin li użaw is-servizzi ta' l-isptar jammontaw għal 1,180 b'valur ta' Lm527,496.
Dawn il-pagamenti pendenti huma bejn is-sena 1991 u s-sena 2005 hekk kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt.
Is-sena li nħareġ il-kont
Ammont Dovut
Lm
Numru ta' kontijiet
1991
13,269
5
1992
1,940
6
1993
1,204
8
1994
2,850
7
1995
11,035
16
1996
6,923
11
1997
26,547
45
1998
11,333
50
1999
31,655
60
2000
62,255
218
2001
78,298
180
2002
30,996
99
2003
82,611
92
2004
48,121
121
2005
118,459
262
Total
Lm527,496
1,180
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' naso-pharynx cancer din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tabella ta' hawn ta' taħt turi n-numru ta' każijiet ta' nasopharyngeal cancer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, sena b'sena mill-2001 sal-2004.
Sena
Numru ta' Każijiet
2001
7
2002
9
2003
6
2004 (proviżżorju)
8
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005, inkrew tnax (12) -il karozza.
L-ispiża totali ta' kirjiet għall-istess perjodu kienet ta' Lm22,518.85
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-kanċer din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet kien hemm 85 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul ix-xahar ta' Jannar 2006 f'residenti ta' Malta u Għawdex.