Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29469 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża tal-ħsarat u tkissir li sar minn uħud mill-pażjenti fil-Male Ward 2 fl-isptar Monte Carmeli mill-1 ta' Jannar 2001 sallum? Jista' jgħid x'passi qed jittieħdu din il-ħsara ma tibqax issir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispiża ta` ħsarat li saru fil-Male Ward 2 mill-bidu tas-sena sal-lum kienu jammontaw għal LM220. Din il-ħsara kienet l-aktar fil-kmamar tal-banju u l-ħġieġ. Biex jitnaqqsu dawn il-ħsarat ittieħdu diversi passi:- a. Ħġieġ miksur qed jiġi mibdul bi ħġieġ li hu diffiċli li jinkiser. b. Il-parti tal-kmamar tal-banju fejn hemm is-showers qed jinfetħu biss f'ħin stabbilit u taħt is-superviżjoni ta` nurses. c. In-Nurses ġew mitluba jagħmlu aktar superviżjoni ma pazjenti akuti li jbatu minn kondizzjoni akuta.
Leg 9 PQ #29470 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Male Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-problema ta' l-overcrowding fil-Male Ward 2 fl-isptar Monte Carmeli tissolva, speċjalment meta mhux l-ewwel darba li kien hemm tlettax-il pażjent li kellhom jitpoġġew fil-kurriduri tal-istess sala?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li qiegħed isir eżerċizzju sabiex pazjenti li ma jkunux akuti jiġu trasferiti fi swali oħra. Fi żmien qasir sejra tinfetaħ sala ohra (mixed admission unit) għall-pazjenti akuti, b'hekk jonqos l-overcrowding f'din is-sala.
Leg 9 PQ #29471 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħobż tal-Malti li qed jitqassam fis-swali tal-isptar Monte Carmeli qed ikun ferm u ferm anqas mill-piż li għalih qed jitħallas, tant li għall-prezz tal-ħobż il-kbir qed jintbgħat ħobż żgħir? Jista' jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi vverifikat il-piż ta' dan il-ħobż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ħobż tal-Malti kollu li jidħol fl-Isptar Monte Carmeli jiġi miżun u l-aġent jitħallas skont dan l-użin. Il-ħobż qatt ma jiġi mħallas fuq in-numru ta` ħobż li jinġieb ġewwa l-isptar. Għalhekk l-aġent qatt ma jista` jkun li tħallas ta` aktar ħobż milli ġab.
Leg 9 PQ #29454 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jara li mediċini li jitqassmu mill-ispiżerija tal-isptar Monte Carmeli, jitqassmu bl-aktar mod iġjeniku minflok li jibqgħu jitqassmu ġo bottijiet jew container provduti mill-iswali, li mhux dejjem ikun nodfa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispiżerija ta` l-Isptar Monte Carmeli tissuplixxi mediċini ġo bottijiet lis-swali u mhux direttament lill-pazjenti. Dawn il-bottijiet, li jiġu provduti mill-ispiżerija, qegħdin apposta biex wieħed ipoġġi l-mediċini ġo fihom u dawn jissejħu 'securitainers'. Ftit ta` żmien ilu dawn il-bottijiet ġew provduti ġodda u bil-label tal-komputer lis-swali kollha. Jekk xi swali jkollhom bżonn aktar minn dawn il-bottijiet minħabba xi mediċini ġodda li s-swali jkunu qed jużaw jew jekk għal xi raġuni ma jinstabux dawn il-bottijiet, l-ispiżerija terġa` tipprovdihom. L-użu ta` dawn il-bottijiet għandu jibqa` biss għall-ġarr ta` mediċini mill-ispiżerija sas-sala. Jekk dan jiġri, m'hemmx raġuni għalfejn dawn il-bottijiet ma jibqawx iġeniċi u nodfa għax il-bott jintuża biss għal tip ta` mediċina waħda. Hija r-responsabilita` tas-swali li l-bottijiet ma jintużawx għal xi sustanza jew skopijiet oħra.
Leg 9 PQ #29455 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fix-xhur li għaddew il-ġelat li ġieli tqassam bħala deserta fl-isptar Monte Carmeli kien bla trade mark u bla expiry data miktuba fuqu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-aġent li kien jissuplixxi il-ġelat kien ġie mwissi biex jindika l-expiry date u t-trade mark fuq il-ġelat. Meta huwa baqa` ma għamilx din l-informazzjoni fuq il-ġelat huwa ġie mwaqqaf milli jissuplixxi aktar ġelati.
Leg 9 PQ #29463 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fis-sala 2 tal-irġiel fl-isptar Monte Carmeli qatt ma ntbagħtet Ward Clerk minkejja l-pressjoni ta' xogħol li hemm u li fl-assenza ta' din il-Ward Clerk dan ix-xogħol qed ikollu jsir mill-infermiera?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fis-Sala Numru 2 ta` l-irġiel baqa` ma ntbagħatx Ward CLerk minħabba n-nuqqas ta` Ward Clerks. Bħalissa għaddej proċess biex jiġu ngaġġati aktar Ward Clerks.
Leg 9 PQ #29464 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fis-secure unit ta' l-isptar Monte Carmeli qatt ma sar lift bir-riżultat li meta jidħol pażjent b'wheelchair jkollu jintrefa' fuq l-idejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-secure unit ta` l-Isptar Monte Carmeli tagħmel parti mis-Sala Numru 2 ta` l-irġiel. F'din is-sala hemm lift. Għalhekk pazjent b'wheelchair ikun jista` jagħmel użu minn dan il-lift biex jidħol is-secure unit.
Leg 9 PQ #29465 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas fuq equipment mill-GPS fis-sena 1999, 2000 separatament u fl-ewwel disa xhur ta' din is-sena mid-Dipartiment Finance & Administration tad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku bil-kelma 'equipment'.
Leg 9 PQ #29107 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mhix il-prassi li d-Diviżjoni tas-Saħħa tirċievi talbiet formali biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess Diviżjoni. Id-Diviżjoni tas-Saħħa dejjem ħadet passi minnufih sabiex il-postijiet vakanti jimtlew mill-aktar fis possibbli. Fil-fatt id-Diviżjoni qed tieħu passi biex jimtlew il-postijiet vakanti kif imsemmija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29374 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29376 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta' spiss pażjenti mhux qed jiġu provduti bis-silġ meta jknu hemm il-bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment ta` l-Emerġenza m'għadux juża l-magna tas-silġ għall-pazjenti. Id-dipartiment qed juża 'ice packs' li huma 'disposable'. Għal xi żmien kienu 'out of stock' iżda issa il-konsenja ta` l-'ice packs' waslet.
Leg 9 PQ #29422 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29123 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Autism

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' opportunitajiet joffru d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħek għal tfal b' Autism?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fejn l-autism tkun assoċjata ma` problemi fl-imġieba, kif jiġri ta` spiss, ic-Child Guidance Clinic toffri għajnuna permess ta` team multidixxiplinarju u għandha kuntatt kemm mad-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni kif ukoll mas-CDAU u d-Dipartiment tal-Pedjatrija. Jekk fit-tfal 'l fuq minn tnax-il sena, l-problemi fl-imġieba jkunu tant kbar li jeħtieġu li t-tifel/tifla jiddaħħlu l-isptar, dawn, kemm jista` jkun, jinżammu fid-Dar taż-Żgħażagħ (Young People's Unit - YPU) ta` l-Isptar Monte Carmeli. Jekk wara dan, ma jitjibux biżżejjed biex jirritornaw id-dar, eventwalment, meta jikbru wisq għal-YPU, jispiċċaw ġewwa l-Isptar Monte Carmeli kif fil-fatt ġara f'ċerti każijiet. Bħalissa qiegħed isir xogħol biex jinfetaħ Unit residenzjali fil-komunita` fejn dawn ikunu jistgħu jinżammu fost żgħażagħ oħra.
Leg 9 PQ #29296 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis tas-Sider

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u din is-sena kemm-il sejħa għall-offerti saru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jinxtraw prosthesis għal dawk li jkun tneħħielhom sidirhom minħabba l-kanċer? Min tefa' offerti għal dawn is-sejħiet? Min intagħżel? B'liema kundizzjonijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-provvista tal-prosthesis tas-sider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba n-numru limitat ta` pazjenti li jeħtieġu dan is-servizz il-Prosthesis jinxtraw bl-istess mod li minn dejjem kienu jinxtraw b'LPO, jiġifieri bl-ebda kuntratt.
Leg 9 PQ #29392 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta problema tad-drenaġġ li qiegħed jiżbroffa f'dar ta' anzjan li jinsab waħdu u li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni jinvolvi infiltrazzjoni ġo basement tal-fond indikat u mhux żbroff ta` drenaġġ. Dan l-ilment ilu jiġi nvestigat minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment sa minn Marzu ta` 2001 u rriżulta li tali nfiltrazzjoni toriġina minn xi sors mielaħ. Testijiet saru wkoll fuq id-drenaġġ ta` l-istess dar, imma ħargu negattivi. Għandi wkoll informazzjoni li wara l-aħħar spezzjoni li saret fil-31 ta` Ottubru 2001 jirriżulta li m'hemm l-ebda infiltrazzjoni.
Leg 9 PQ #29093 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29292 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29306 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Applikazzjoni Pendenti — Klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' konnessjoni kellha mad-dipartiement tas-saħħa l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover? Qatt kellha xi kuntatt ma' uffiċjali tad-dipartiment? Kellha xi applikazzjoni pendenti biex tiftaħ klinika f' Malta? Meta saret din l-applikazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x'tip ta` kuntatt seta` kellha jew x'tip ta` klinika setgħet applikat għaliha l-persuna li isimha ġie mibgħut separatament.
Leg 9 PQ #29348 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Liċenzji tat-Television

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas tal-liċenzji tat-television mid-dekasteru tas-Saħħa lill-PBS li fl-1 ta' Jannar 2001 u fl-1 ta' Settembru 2001 kienu għadhom mhux imħallsa ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ħlas tal-liċenzji tat-television dovut mid-dekasteru tas-Saħħa lill-PBS fl-1 ta` Jannar 2001 kien LM1,528 u fl-1 ta` Settembru 2001 kien LM1,937.
Leg 9 PQ #29357 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Permessi — Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u lill-poplu in-ġenerali rigward il-pożizzjoni preżenti tad-Dipartiment tas-Saħħa fl-għoti ta' permessi għall-spiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni preżenti dwar il-ħruġ ta` permessi għal spiżeriji ġodda għadha ma tbiddlitx u l-friża amministrattiva għall-għoti ta` dawn il-permessi għadha tgħodd.