Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22460 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu — Logħob

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar logħob u rebħ fuq Super 5, tiritombla, lottu, lotterija nazzjonali tul is-sena 2000? Kemm kienu dawk ir-rebħiet li ma ssarfux?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru 22521.
Leg 9 PQ #22461 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Logħob tal-Pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm logħob tal-pools tal-football fiż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx ħsieb li d-Dipartiment tal-Lottu jintroduċi xi logħob tal-pools tal-football.
Leg 9 PQ #22649 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Footman mal-President

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien sa riċentement jaħdem bħala footman mal-President, ingħata biss s-somma ta' Lm2,439 meta kien ilu jaħdem mal-gvern għal 45 sena u lil ħaddieħor li jkun ilu jaħdem daqshekk jingħata circa Lm12,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet impjegata mal-gvern. Għaldaqstant, ma ħaditx Pensjoni tat-Teżor.
Leg 9 PQ #22678 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Somma tas-Servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22416 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministeru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jara l-każ ta' pensjonant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li kien ilu jaħdem mal-Gvern mill-1959 b'waqfa mill-1981 sa 1986 jekk għandux dritt għal somma tas-servizz peress li huwa kien mal-Gvern qabel 1979? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li l-persuna kkonċernata kienet fis-Servizz tal-gvern, iżda għal raġunijiet dixxiplinari kienet tkeċċiet u b'hekk tilfet id-dritt għall-Pensjoni tat-Teżor. Mhix proċedura tad-dipartiment li jgħarraf lil xi individwu bir-riżultat ta' Mistoqsija Parlamentari li tkun saret dwaru.
Leg 9 PQ #22679 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Impjiegi — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22494?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 22494 f'seduta 466.
Leg 9 PQ #22359 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn nisa Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' taxxa li tħallset minn persuni nisa reġistrati f'isimhom taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, bejn l-ewwel ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000 kien ta' Lm776,623.52.
Leg 9 PQ #22521 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm kien it-total ta' flus li ntlagħbu fuq: (1) il-lottu tas-Sibt; (2) fuq is-Super Five; (3) il-Lotterija Nazzjonali; (4) logħob ieħor organizzat mid-dipartiment tal-Lotto? X'kien ir-rebħ f'kull każ? Kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Lottu għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba minħabba li l-figuri għadhom qed jiġu kompilati. Barra dan kull logħba għandha ż-żmien tagħha sakemm wieħed jista jippreżenta l-biljetti biex jiġu msarrfa. Għaldaqstant risposta tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22577 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Pubbliku — Impjegati - Part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema li b'żieda ma' l-impieġ regolari tagħhom, qed jagħmlu xogħol part-time mal-privat u jħallsu taxxa fuq ix-xogħol part-time bil-15 fil-mija skond il-liġi ta' l-Income Tax?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 1999 11,207 ħaddiem kellhom xogħol part-time li ħallsu taxxa ta’ 15 fil-mija skond il-liġi. Minn dawn 1,112 huma nisa miżżewwġa.
Leg 9 PQ #22579 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ċanga — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati (a) ċanga u (b) prodotti taċ-ċanga ta' oriġini Franċiza matul din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 kien hemm dawn l-importazzjonijiet ta' oriġini Franċiża : Ċanga 946,428 kilos Prodotti taċ-ċanga 107,303 kilos Ma kienx hemm importazzjoni bejn l-1 u l-10 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #22237 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income min-nisa Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa hija din : 1990 Lm1,751,397 1991 Lm2,961,103 1992 Lm6,801,575 1993 Lm8,462,402 1994 Lm10,002,842 1995 Lm11,560,226 1996 Lm9,782,374 1997 Lm8,975,951 1998 Lm11,175,690 1999 Lm13,661,338 Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.
Leg 9 PQ #22238 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income minn irġiel Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interprellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa minn irġiel Maltin hija din : 1990 Lm7,498,221 1991 Lm12,082,859 1992 Lm26,766,670 1993 Lm33,408,756 1994 Lm42,443,519 1995 Lm48,318,356 1996 Lm44,257,698 1997 Lm40,371,463 1998 Lm47,978,446 1999 Lm57,806,586 Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.
Leg 9 PQ #22499 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għoti ta' l-arretrati ta' l-income tax qed jingħataw lil min hu separat b'digriet tal-qorti qabel dawk separati bonarjament? Jista' jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk b'għoti ta' arretrati tal-income tax wieħed jifhem refund ta' taxxa mħallsa żejda, allura d-Dipartiment ma jagħmilx distinzzjoni bejn konjuġi separati b'digriet tal-Qorti u oħrajn separati bonarjament. Jekk l-Onorevoli Interpellant ried ifisser tnaqqis għall-manteniment, f'dan il-każ, tnaqqis mill-income ta' taxpayer għall-fini ta' taxxa minħabba manteniment huwa aċċettat biss jekk il-manteniment ikun stabbilit b'digriet tal-Qorti.
Leg 9 PQ #22346 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ħaddiema tal-Gvern — Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-pensjonanti tal-Gvern fid-dawl tar-reviżjoni tas-salarji tal-ħaddiema tas-settur pubbliku? Dawn ser jikkwalifikaw għaż-żieda ta' 2/3 kif kien isir qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bis-saħħa ta' proviżjoni inkluża fil-Ftehim Kollettiv iffirmat mal-Unions f'Diċembru 1998, il-pensjonanti tat-Teżor li spiċċaw bejn l-1996 u s-sena 2000 sejrin igawdu aġġustament kemm fil-gratuity (is-somma) li ħadu, kif ukoll fil-pensjoni nfisha. Taħditiet fuq is-salarji notional li fuqhom sejjer jitħaddem dan l-aġġustament jinsabu fi stadju avvanzat. Il-pensjoni maħruġa mit-Teżor tibqa' fissa u m'hix suġġetta għal tibdil jekk mhux fil-każ bħal dan fejn trid tirrifletti żieda b'lura f'pagi (arretrati).
Leg 9 PQ #22362 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn irġiel Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' taxxa li tħallset minn persuni irġiel reġistrati f'isimhom taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, bejn l-ewwel ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000 kien ta' Lm7,689,193.92.
Leg 9 PQ #22477 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Airconditioners/Lifts — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati airconditioners u lifts sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin ? Tista' tingħata breakdown għal li jirrigwarda kumpanniji, hotels, eċċ. min-naħa u residenzi privati mill-banda l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għandu figuri mill-1995 'l quddiem, jiġifieri minn meta daħlet is-sistema kompjuterizzata. L-airconditioners jaqgħu taħt l-Intestatura Nur. 8415 u l-figuri għas-snin 1995-2000 huma kif jidher hawn taħt : 1995 18,057 1996 19,175 1997 20,852 1998 21,425 1999 32,261 2000 43,608 Il-lifts jaqgħu taħt l-Intestatura Nur. 8428.10.91.00 flimkien ma' electric skip-hoists u spare parts għalihom u għalhekk wieħed ma jistax jiddistingwi. Iżda l-figuri ta' importazzjoni eżistenti huma dawn li ġejjin : 1995 503 1996 1,013 1997 4,774 1998 2,291 1999 4,276 2000 2,803 Mhux possibli li wieħed jiddistingwi fejn intużaw dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #22482 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Solar Panels — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati solar panels sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin, u xahar b'xahar matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għandu records mill-1995 'l hawn jiġifieri minn meta s-sistema ġiet kompjuterizzata. Iżda billi s-solar panels kienu u għadhom klassifikati ma' prodotti oħra bħal solar cells u kull tip ta' photosensitive conductors mhux possibli li wieħed jidentifikhom bħala tali għall-iskop tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #22494 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Impjegi — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22200, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': Rigward il-ftehim kollettiv il-ġdid taċ-Ċivil, jista' jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull skala?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Management & Personnel Office taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #22540 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

FSAP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġieli ipparteċipatx fil-World Banking Financial Sector Assessment Programm (FSAP)? Jekk iva, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta għadha qatt ma kienet soġġetta għall-evalwazzjoni taħt il-Financial Sector Assessement Programm (FSAP) li huwa proġett konġunt bejn l-IMF u l-World Bank. L-IMF riċentement introduċiet programm simili iżda indipendenti mill-FSAP u Malta tista' tkun wieħed mill-pajjiżi li tkun evalwata taħt dan il-programm ġdid.
Leg 9 PQ #22340 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fost il-VAT inspectors li ġew appuntati dan l-aħħar intgħażlu qraba diretti ta' uffiċjali għoljin tal-Ministeru tal-Finanzi kif wkoll tas-segretarjat tal-Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT Inspectors intgħażlu wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet skond iċ-Ċirkulari Numru 43/2000 u li kienet miftuħa għall-uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Ġenerali. L-applikanti ġew intervistati minn Bord ta' Ġħażla kif jitolbu r-regolamenti u ġew ikklassifikati skond l-ordni tal-meritu. L-ewwel 14 mill-kandidati li kkwalifikaw issejħu f'Diċembru 2000 biex ikunu appuntati VAT inspectors. Qiegħed nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jintima li qraba diretti ta' nies li jaħdmu fil-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll fis-segretarjat tal-Ministeru m'għandhomx dritt bħal impjegati oħra tal-Gvern li jwieġbu għal-sejħiet fid-dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #22344 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Casual Clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati casual clerks mill-Ministeru f'dawn l-aħħar xhur? Kif ġew deployed u għal kemm ġew ingaġġati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġew ingaġġati ebda casual clerks mill-Ministeru f'dawn l-aħħar xhur. Iżda jekk l-Onorevoli Interpellant kellu f'moħħu l-Casual Substitute Clerks, ngħarrfu illi fl-aħħar xhur il-Ministeru impjega 5 Casual Substitute Clerks mat-Teżor, 5 mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, 3 mad-Dipartiment tad-Dwana u 2 mad-Dipartiment tal-VAT. Minn dawn 11 qegħdin b'kuntratt ta' sena, 2 b'kuntratt ta' ħdax-il xahar, 1 b'kuntratt ta' sitt xhur u 1 b'kuntratt ta' seba' xhur.