Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmta li mill-file indikat mill-Onor. Interpellant, jirriżulta li fit-18 ta' Mejju 2004 il-persuna konċernata ġiet infurmata mill-Awtorita' tad-Djar bid-data li fiha kellu jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri tal-post taħt l-iskema Sir Sid Darek. Ninsab infurmata wkoll li, fl-1 ta' Ġunju 2004, din il-persuna nfurmat lill-Awtorita' li ma kienetx aktar interessata li tixtri l-post.

Home-Start

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta beda s-servizz tal-Home-Start? Kemm hemm familji/individwi li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz? Kemm hemm voluntiera li qed jgħinu regolarment kull ġimgħa lil dawn il-familji? Minn liema lokalitajiet ġejjin il-ġenituri li qed jirċievu dan is-servizz importanti? Hemm waiting list għal dan is-servizz? Jistgħu familji minn lokalitajiet kollha japplikaw biex jirċievu dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-proġett "Homestart" ġie inawgurat uffiċjalment fl-4 t'April 2006 u beda jipprovdi s-servizzi tiegħu minn dakinhar. Bħalissa hemm mas-sitt familji li qed jibbenefikaw minn dan il-proġett. Fil-preżent hemm sitt voluntiera li qed jagħtu dan is-servizz lill-familji li joqgħodu Haż-Żabbar, il-Birgu, l-Isla u Bormla. Għalkemm dan is-servizz hu intenzjonat għall-familji li joqgħodu l-Kottonera, l-Kalkara u Ħaż-Żabbar, fil-preżent hemm familja minn Ħal Tarxien li qed tingħata dan is-servizz minnħabba l-bżonnijiet partikolari tagħha. Ninsab ukoll infurmata li fil-preżent dan is-servizz m'għandux waiting list.

Manutenzjoni ta' post

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi rranġat saqaf ta' post ta' omm separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tistenna lid-dipartiment biex jirranġah? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-ewwel nofs ta' Novembru saret talba lid-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar għat-tiswijiet fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant, liema talba ġiet approvata fil-15 ta' Novembru. Ninsab infurmata wkoll li din il-gimgha mistennija ssir spezzjoni oħra mill-periti ta' l-imsemmi Dipartiment biex jiġi determinat jekk is-soqfa għandhomx jissewwew jew jinbidlu kompletament. Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tkun infurmata bid-deċiżjoni wara din l-ispezzjoni.

Pensjoni ta' l-Invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux jirċievi l-pensjoni ta' l-invalidita' kemm ħaqqu? Jista' dan is-sinjur jirċievi risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Anzjana — Sussidju fuq dawl u ilma

Question

Tista' il-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq dawl u ilma u jekk hijiex eżenti mis-surcharge? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ispezzjoni f'residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema post ma jinsabx f'kondizzjoni tajba u hu okkupat fost l-oħrajn minn raġel li jbati b'qalbu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret ma jirriżultax li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant għandu xi periklu. Ninsab infurmata wkoll li l-persuna ndikata għandha applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal post alternattiv, liema applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna b'diżabilita' u li tgħix waħedha li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li m'għandux kamra tal-banju? Din il-persuna qed tagħmel ukoll talba biex tibbenefika mill-iskema ta' sussidju fuq il-kera privata.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Bdil ta' postijiet tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li marret il-customer care bil-għan li tbiddel il-fond tagħha ma' fond ieħor ta' persuna oħra, ġiet imċaħħda milli tagħmel dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jirriżulta li l-applikazzjoni li għandha l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi dwar akkomodazzjoni alternattiva u mhux biex tibdel il-post fejn toqgħod ma’ ħaddieħor. Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni eżistenti qed tiġi kkunsidrata m’oħrajn simili.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Special Cleaners Limited

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li la l-Ministeru u lanqas xi Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħtu ma ngaġġaw is-servizzi tal-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni f'fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal każ ta' sussidju fuq irranġar ta' djar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-file indikat mill-Onor. Interpellant, fl-2001, il-persuna konċernata bbenefikat mill-għotja massima taħt l-iskema W ta' l-Awtorita tad-Djar dwar xogħlijiet ta' rranġar u titjib fil-post mikri mingħand il-Gvern. Ninsab infurmata wkoll li ma jidhirx li hemm xi talba pendenti quddiem l-Awtorita' minn din il-persuna.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li sal-lum il-persuna mill-Mosta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu ma ngħatax pensjoni meta dan diġa' għalaq 65 sena u meta hu ried iħallas il-kontribuzzjoni b'lura li kellu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Kalkara — Sistema Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li armla Kalkariża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha tliet subien tibbenefika mill-iskema care and repair ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Isla — Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet talba li għamlu inkwilini mill-Isla li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fl-1 ta’ dan ix-xahar, qed tiġi proċessata tant li wara biss 10 ijiem saret spezzjoni mill-Perit ta’ l-Awtorita’. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ mistennija dalwaqt tinforma bil-miktub lill-persuna konċernata bix-xogħlijiet approvati u l-istima ta’ l-ammont ta’ sussidju. F’dan l-istadju din in-notifika tkun mingħajr preġudizzju u suġġetta għall-verifika tat-test tal-mezzi.

Każ dwar persuna bl-Invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' tneħħija ta' surcharge ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jgħix bl-invalidita'? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ ta' bord

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' board ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' il-Ministru tinforma lil din il-persuna bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali m'għandu ebda talba minn persuna bid-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jivverifika dawn id-dettalji u jgħaddihomli, possibilment flimkien man-numru tal-karta ta' l-identita' tal-persuna konċernata, anki b'mod kunfidenzjali, biex id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun jista jinvestiga.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara jekk sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux jieħu pensjoni kemm ħaqqu, peress li dan qed iħoss li l-pensjoni tiegħu hija baxxa? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi? Tista' il-Ministru tara jekk dan is-sinjur għandux dritt għas-sussidju fuq dawl u ilma u li jiġi eżenti mis-surcharge?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Housing Authority — Każ dwar żewġ anzjani

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' żewġ anzjani li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li qed jistennew risposta mill-Housing Authority?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna risposta minn diversi entitajiet biex tiffinalizza l-verifika ta' l-assi ta' l-applikanti ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li, hekk kif titlesta din il-verifika, l-Awtorita, tinforma lill-persuna konċernata.

Sigurta' Soċjali — Talba għal allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk mara tad-dar li tieħu ħsieb tifla permanentement inkapaċitata u bed ridden li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal xi forma ta' allowance billi ma tistax toħroġ taħdem minħabba l-inkapaċita' tal-wild tagħha? Ir-raġel huwa gainfully employed.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.