Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' kunsilliera vakanti? Jista' jgħid f'liema lokalita' qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'se jsir f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-Lokalitajiet ta` Valletta, Birgu, Għasri u Żebbuġ(Għawdex)għandhom post vakanti ta` Kunsillier kull wieħed.
Dawn l-erba` (4) vakanzi jimtlew skond il-provvedimenti ta` l-Artikolu 9 ta` l-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni biex tagħmel rakmandazzjonijiet dwar proċeduri ġodda kif tittieħed ix-xhieda ta' minuri f'proċeduri kriminali dwar abbużi sesswali, għadhiex teżisti? Jekk iva, meta se jaslu r-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ġiet xolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni msemmija ghada tezisti izda ghada ma kkonkludietx ir-rapport taghha.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'l hawn, kemm instabu ħatja u kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-akkuzi isiru mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-persuni jitressqu l-Qorti mill-istess Pulizija Ezekuttiva, qed ikun suggerit illi din il-Mistoqsija tkun riferuta lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Dwar kemm il-ħatja servew fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin, din l-informazzjoni tista` tinkiseb mid-Direttorat ta` l-istess Facilita.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' feriti gravi, segwita bil-mewt, quddiem il-qrati tal-ġustizzja mill-1987 'l hawn, kemm instabu ħatja, x'pieni ngħataw, u f'każ li ntbagħtu xi persuni l-ħabs kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-akkuzi isiru mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-persuni jitressqu l-Qorti mill-istess Pulizija Ezekuttiva, qed ikun suggerit illi din il-Mistoqsija tkun riferuta lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Dwar kemm il-ħatja servew fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin, din l-informazzjoni tistat` tinkiseb mid-Direttorat ta` l-istess Facilita.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jeskludi kategorikament jekk apparti l-istatements magħmula minn Joseph Fenech u li jinsabu fl-atti tal-proċess fil-kawża Repubblika ta' Malta vs Abraham Grima et (Att ta' Akkuża Nru. 10 93) m'hemmx statements oħra, dejjem mill-istess persuna u dejjem konċernanti l-istess każ, li għadhom qatt ma ġewx esebit u li jinsabu jew għand l-Avukat Ġenerali jew għand il-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali tar-Repubblika nfurmani illi hu ezebixxa l-`istatements` kollha li qed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant. Dwar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Onor Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-karozzi li nxtraw mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqghu tahtu kienu dawn:-
Dipartiment- Marka Prezz
Kummissjoni LM
---------------------------------------------- --------------
Ministeru - Head Office -- NIL -- ----
Dipartiment tal-Kunsilli Hyundai 4,000
Lokali Lantra
`` `` `` Skoda Combi 3,091
Qrati ta` Malta Toyota Corolla 4,579
`` `` `` Alfa Saloon 164 6,400
`` `` `` Peugeot 8,500
`` `` `` Toyota Carina 7,030
Ufficcji tal-Avukat Alfa 33 4,800
Generali
`` `` `` Alfa 33 4,800
`` `` `` Honda Accord 20EX 9,604
`` `` `` Hyundai Excel GLS 4,408
Kummissjoni Permanenti Fiat Punto 2,605
Kontra l-Korruzzjoni
Kummissjoni Permanenti
ghar-Riforma tal-Ligi -- NIL --
(giet xolta fil-31.3.99)
Kummissjoni ghar-Revizjoni
tal-Ligi -- NIL --
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq l-Għarnuq fil-Fgura ngħatat t-tarmak sa nofsha u mhux kollha (il-first phase)?
Hemm ħsieb li titkompla u jekk iva, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kisi ta` toroq ġodda bit-tarmac, m`hiex responsabbilita` tal-Kunsilli Lokali jew tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali. Ghaldaqstant nissuggerixxi li l-mistoqsija issir lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba li qed jagħmlu residenti anzjani li joqogħdu fl-inħawi tat-taraġ (li fih 130 tarġa) li minn Hanover jagħti għal Eagle Street, Bormla biex dan it-taraġ isirlu r-railings tal-ħadid?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li din it-talba tintlaqa' anke minħabba li f'dawn l-akwati hemm ħafna persuni ta' eta' kbira?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru kollu tal-Gustizzja u Gvern Lokali jinghata servizz minn tlett konsulenti li huma:
1) L-Avukat Anthony Cutajar li ġi ngaġġat fid-Dipartiment
tal-Kunsilli Lokali, f`Mejju ta` din is-sena.
Ir-remunerazzjoni ta` Dr Cutajar hi ta` LM100 fix-xahar plus VAT. Dr Cutajar qed jassisti d-dipartiment billi l-persuna li qabel kienet taghti l-pariri Legali ġiet trasferita f`dipartiment ieħor fuq talba taghhom.
2) L-Avukat Victor Borg Grech, li ġie ngaġġat bħala konsulent
legali fil-Qorti f`Mejju tal-1996. Ir-remunerazzjoni ta` Dr Victor Borg Grech hi ta` LM100 fix-xahar u hi VAT Exempt.
3) L-Inginier Joseph Muscat, li ġie ngaġġat bħala konsulent
tekniku fil-Qorti f`Settembru tal-1996. Ir-remunerazzjoni tas-Sur Muscat hi LM100 fix-xahar plus VAT.
Oltre dawn il-konsulenti, il-Ministeru ghandu wkoll is-servizzi tas-Sur Maurice Caruana bħala Advisor fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Is-Sur Caruana ġie ngaġġat b`effett mis-27 ta` Ottubru 1997 u r-remunerazzjoni tieghu hi dik ta` LM5,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministru biex jgħin isolvu l-problemi li qed isibu ma' wiċċhom il-kunsilli lokali li meta jiġu biex jiksu t-toroq fejn hemm bżonn jinbidlu l-mains u l-house connections qed isibu lill-Water Services Corporation tgħid li mhux se tbiddilhom għax m'għandhiex flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma li l-Onor. Interpellant illi fil-prezent qed isir esercizzju komprensiv mid-Dipartiment tat-toroq biex jigu determinati l-prijoritajiet li ghandhom l-`players` kollha li ghandhom x`jaqsmu ma tiswijiet fit-toroq u fosthom il-Kunsilli Lokali u l-WSC. Jien infurmat li meta dan l-esercizzju jispicca jkun jista jsir tqabbil tal-prioritajiet differenti ezistenti u l-problema msemmija mill-Onor. Interpellant tigi meghluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji mit-12 ta' Mejju, 1987 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: (1) X'kienet l-okkażjoni? (2) Kemm kien it-tnaqqis?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghmel id-domanda tieghu lill-Onor. Ministru tal-Intern peress illi jien infurmat li r-rekords relattivi jinżammu mill-awtoritajiet tal-Habs.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Communication Co-ordination
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu salarju u x'benefiċċji tgawdi l-persuna nkarigati mill-Communication Co-ordination fil-ministeru tiegħu? Dan huwa civil servant jew ġie ngaġġat b'kuntratt mill-Ministru? Jekk ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' mpjieg tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-salarju u l-benefiċċji tal-`Communication Co-ordinator` kif ukoll il-kundizzjonijiet ta` mpieg tieghu huma skond il-memorandum mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra mill-Prim Ministru aktar kmieni din is-sena u msejjah `Engagement of Staff for Private Secretariats`.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Ex-ġurnalista
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema kariga ngaġġa lill-ex-ġurnalista tal-ġurnal "The People" li ismu qed jintbagħat separatament fil-ministeru? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex f'xi kunsill lokali? Jekk fl-affermattiv, ta' liema kunsill u f'liema kariga? Dan kunsill lokali ta' lokalita' li fuqha jikkontesta l-elezzjoni l-Ministru? Peress illi l-ministeru huwa responsabbli mill-kunsilli lokali, jista' jgħid jekk dan jagħtix lok għal konflitt ta' interess ta' l-istess persuna tal-Ministru fil-ħidma politika tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuna indikata hi mpjegata bhala Communication Co-ordinator u hu l-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Msida li, kif nahseb jaf l-Onor. Interpellant, ma jifformax parti minn xi distrett distrett li jiena nikkontesta. Ir-risposta ghall-ahhar parti tad-domanda hi fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11617 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jara li jsir tindif ta' munzelli ta' ħmieġ li qed jiġbor kwantita' kbira ta' ġrieden, fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta`gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirriferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunjsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li f'kawża ta' filjazzjoni u paternita' l-imħallfin jingħataw il-poter jordnaw li jsiru testijiet tad-DNA, u dan sabiex naġġornaw il-proċedura maż-żmenijiet? Jaħseb il-Ministru f'dan is-sens li għandha ssir liġi idonea biex tiġi regolata din it-tip ta' prova?
Response (GATT, AUSTIN)
`Nirreferi ghall-artikoli 70 u 100A tal-Kodiċi Civili li jitkellmu dwar il-poteri tal-Qrati fil-kazi indikati mill-Onor. Interpellant.`
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu 1995 u f'Marzu 1998?
Jista' l-Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li ssottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kummissjoni Elettorali.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kellhom jagħmlu dawk il-barranin li għandna f'Malta jbiegħu prodotti ta' pajjiżhom, li huma armati fit-toroq speċjalment dawk li hemm fil-Furjana? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' din ix-xorta fl-1999 sal-lum? Mil-liema pajjiż ġew? Kemm qed iħallsu għal dawn il-permessi?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ghoti jew ħruġ ta` permessi lil bejjiegha barranin mhix responsabbilta` ta` dan il-Ministeru. Ghaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus f'għajnuna legali mill-Gvern fis-snin 1995,1996,1997 u 1998? Jista' wkoll taħt forma separata u mingħajr ma jissemmew ismijiet jiġu annessi listi tad-dħul tal-persuni li pperċepew dawn wieħed wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u risposta tinghata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba numru ta' kotba llustrati u sbieħ li kienu ġew konfiskati matul l-gwerra u li kienu jinsabu għal numru ta' snin fl-arkivji tal-Qorti l-Belt humiex miżmuma f'post tajjeb u jekk iva, fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi ghad hemm xi riċerki xi jsiru, ir-risposta tinghata aktar tard.