Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa transfers fil-Korp tal-Pulizija mill-5 ta' Settembru 1998 sat-30 ta' April 2001 b'referenza għal kull taqsima?
Response (BORG, TONIO)
B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24820, ninsab infurmat illi bejn it-28 ta` Marzu u t-30 ta` April 2001, kien hemm 14-il membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp. Kif diġa` kelli kemm il-darba okkażżjoni li ngħid, it-tibdil ta` membri tal-Korp minn sezzjoni għal oħra jsir fl-aħjar interess ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li fil-ġranet li għaddew idaħħlu fil-Korp tal-Pulizija 14-il membru, (għaxra rġiel u 4 nisa) li kienu diġa spiċċaw mill-Korp u li ġew reinstated?
Jista' jgħid fuq liema kriterju qiegħda tiġi implimentata l-policy tar-reinstatement fil-Korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Fil-21 ta` Marzu 2001, wara li ġie eżawrit il-proċess ta` reinstatement, reġgħu ddaħħlu lura fil-Korp tal-Pulizija disgħa t`irġiel u ħames nisa.
Il-kriterji tar-reinstatements huma -
(1) li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin;
(2) li jkunu taħt il-50 sena;
(3) li ma jkunux ġa pensjonanti bil-25 sena servizz, jew baqgħalhom 5 snin biex jagħlqu 25 sena servizz għall-irtirar;
(4) li ma jkunux instabu ħatja ta` offiżi kriminali;
(5) li ma jkunux instabu ħatja ta` xi offiżi serji taħt ir-regolamenti dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;
(6) li ma jkunux ġew sottomessi għal dixxiplina interna għal aktar minn darba kull 12-il xahar u għal 10 darbiet fis-servizz kollu;
(7) li ma jkunux ħadu iktar minn 24 ġurnata sick-leave kull sena (esklużi korriment fuq xogħol, perijodi fi sptar u sick-leave biex wieħed jiġi boarded out).
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba kontravenzjonijiet dwar il-kaċċa matul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 u 2001 sallum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti minħabba kontravenzjonijiet dwar kaċċa hu kif jidher hawn taħt:
1996
1997
1998
1999
2000
66
120
67
173
326
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ex-pulizija li kienu telqu mil-Korp u reġgħu applikaw biex jidħlu? Hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jidħlu? Jekk iva, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li l-proċess ta` reinstatement fil-Korp tal-Pulizija għadu kif ġie eżawrit, kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986 f`din l-istess seduta, m`hemmx talbiet pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabilitajiet tal-Car Park Attendants? Jista' jgħid per eżempju jekk dawn humiex responsabbli f'każ ta' ħsara ta' xi vetturi waqt li din tkun ipparkjata? Kemm hrmm car park attendants f'pajjiżna bħalissa f' Malta u f'Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-doveri u responsabilitajiet ta` car park attendant huma dawk elenkati fir-regolament 65 tar-Regolamenti ta` l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur. Infurmat ukoll illi fil-preżent hawn 47 persuna li għandhom liċenzja ta` car park attendant, 46 f`Malta u 1 f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` impjegati fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern li qegħdin fuq parental leave hu ta` 24 li minnhom, 2 huma rġiel u li l-bqija (22) huma nisa. Għal dawk fiċ-Ċivil, l-iskali huma hekk:
Scale 11 - 2 Scale 12 - 3 Scale 14 - 7
Scale 15 - 2 Scale 16 - 1 Scale 18 - 1
Scale 19 - 2
Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar 5 huma fil-gradi Tekniċi/Klerikali u 1 Professjonista.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-barklori għandhomx bżonn ta' xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv kemm hemm barklori li huma liċenzjati?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jressaq id-domandi tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tal-karrozzini għandhomx bżonn xi liċenzja mid-Dipartiment tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm karrozzini liċenzjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hawn 88 persuna li għandhom permess tal-Pulizija għall-karozzini.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni irrapurtati nieqsa illum u kemm ilhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`dawn l-aħħar 31 sena hemm 39 persuna li ġew irrappurtati nieqsa u ma nstabux. L-iktar każ antik imur lura sas-7 ta` Frar 1970, filwaqt li l-iktar wieħed reċenti kien fis-6 ta` Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?
Response (BORG, TONIO)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandu l-kuntrattur li kkapparra biċċa art qrib il-bieb tat-tempju tal-Ġgantja u jdawwarha f'junk yard b'makkinarju u inġenji goffi, iħammġu biż-żjut u jimplew il-post bi bċejjeċ ta' ħadid u caravans? Huwa xieraw dan l-użu ta' dan il-post hekk qrib it-tempji tal-Ġgantija? X'passi se jittieħdu biex il-liġi titħares?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li f`dan il-post kien qed jinżamm mingħajr permess makkinarju agrikolu antik f`żewġ egħlieqi. Karozza li kienet qed tinżamm f`għalqa minnhom tneħħiet mis-sid immedjatament, filwaqt li nħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq fil-konfront ta` l-okkupant ta` l-għalqa l-oħra sabiex ineħħi l-makkinarju kollu mill-għalqa (Ref: ECF571/01). Sa llum fadal biss biċċa waħda ta` makkinarju. Is-sit qed jiġi spezzjonat regolarment u aktar azzjoni tkun tista` tittieħed fin-nuqqas li l-okkupant ta` l-art ma josservax l-ordni mogħtija lilu fl-Avviż imsemmi.
Infurmat ukoll illi kemm il-Pulizija kif ukoll it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed jieħdu l-passi neċessarji biex din l-art tiġi żgumbrata mill-makkinarju li hemm fiha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi stands jbiegħu matul il-festi fl-irħula qed isibu ħafna ostakoli mill-pulizija meta jiġu biex jarmaw f'ċerti postijiet mingħajr ma jingħataw l-ebda raġuni sempliċiment "għax hekk ħarġet l-ordni " u dan meta ħallsu Lm10 kull festa biex jarmaw, lill-pulizija għall-permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn dejjem kienet il-proċedura li meta l-pulizija toħroġ permessi għall-bejjiegħa minn post jew mobile kiosk matul il-ġranet tal-festa, ikun indikat il-post fejn dawn jistgħu jarmaw. Infurmat ukoll li ma kien hemm ebda tibdil f’din il-proċedura.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura għal ċittadin, mingħajr ma jikxef l-identita' tiegħu, biex jirraporta bini llegali bil-għan li jittieħdu 'l passi mingħajr ma jbati konsegwenzi personali?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċedura stabbilita sabiex jiġi mressaq xi tip ta` rapport lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar hija waħda minn dawn l-alternattivi msemmija hawn taħt:
Bil-miktub u mibgħut bil-posta
Bil-miktub u mibgħut permezz ta` l-
e-mail
Permezz tat-telefon fuq in-numru 231159 (
answering machine
) li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali 24 siegħa kuljum.
Hija prerogattiva ta` l-individwu jagħtix ismu jew le. Fil-każi fejn l-individwu jagħżel li jiddentifika ruħu, l-identita` tiegħu xorta waħda tiġi trattata b`mod kunfidenzjali.
Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, din tinvestiga kull rapport anki jekk ikun anonimu u fil-każijiet li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti, il-Pulizija tikkopera ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru matul l-1999 u sena 2000?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta` Mobile Phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta` l-Intern matul l-1999 u s-sena 2000 kien kif jidher hawn taħt.
1999
Ministeru
5
Segretarjat Parlamentari
4
Segretarjat Permanenti
1
Servizz tas-Sigurta`
2
Sigurta` fl-Ajruport
1
Reġistrazzjoni Ċivili
1
TOTAL
14
2000
Ministeru
5
Segretarjat Parlamentari
4
Segretarjat Permanenti
1
Servizz tas-Sigurta`
3
Sigurta` fl-Ajruport
1
Reġistrazzjoni Ċivili
1
TOTAL
15
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess mill-PA għall-iżvilupp ta' l-Impjant tal-Multigas ġewwa Ħal Kirkop ġiex mibgħut bil-post jew ġiex mogħti bl-idejn lill-applikant nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejja 2001, ftit ħin wara li dak in-nhar stess ġie approvat mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jista' jgħid jekk iddaħħlux impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'overtime biex seta' jsir dan? Jekk iva, kemm kellhom jiddaħħlu impjegati?
Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-proċedura li ġiet segwita ssirx għal kull permess approvat? Jekk le, x'kienet ir-raġuni li f'dan il-każ sar hekk?
Kemm kien hemm każi minn Novembru 1998, fejn ġiet użata l-istess proċedura u min kienu l-applikanti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess għall-iżvilupp ta` l-Impjant tal-Multigas ġewwa Ħal Kirkop inħareġ dakinhar stess li ġie approvat mill-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fit-3 ta` Mejju, 2001.
Dakinhar kien hemm żewġ impjegati li kienu qed jaħdmu overtime.
It-tagħrif mitlub tal-każi, minn Novembru 1998 sa llum, fejn ġiet użata l-istess proċedura hu kif ġej:-
Nru ta` l-applikazzjoni Applikant
PA 4997/00 Is-Sur Vincent J. Bartolo
PA 3635/99 Is-Sur Louis Muscat
Ta` min jgħid li bejn Settembru`96 u Novembru`98 din il-proċedura intużat ukoll fi tmien (8) każi oħra.
Peress li ftit ilu ħarġet legal notice għas-sidien tal-klieb li jħammġu toroq u ma jnaddfux, jista' jgħid jekk din tapplikax wkoll għas-sidien taż-żwiemel u annimali oħra? Jistaż jgħid jekk sa issa inqabdux sidien tal-klieb li kienu fit-toroq u kien bla boroż tal-plastic? Kemm kien dawn u kemm weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Regolamenti ta` l-2000 dwar il-Kontroll tal-Klieb, li tagħhom qiegħed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi kien hemm għaxar persuni li nqabdu mill-Pulizija bi ksur ta` dawn ir-regolamenti. Tnejn minnhom kellhom il-każ tagħhom deċiż u weħħlu multa, filwaqt li l-każi l-oħra għad m`humiex deċiżi.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet l-applikazzjoni li għandha riferenza CEA/NAT/39/99 rigward applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ġiet miċħuda u l-persuna konċernata ġiet informata b`din id-deċiżjoni permezz ta` ittra mibgħuta fil-25 t`April, 2000.
Fir-rigward tal-problemi li tikkawża lir-residenti u l-bdiewa tal-inħawi l-miżbla li hemm fil-parti tat-Triq ta' Għajn Tuffieħa u li tibda minn Triq SIr Themi Zammit, Mgarr, jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi talba għall-estensjoni ta' din il-miżbla quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jara li ssir laqgħa mar-residenti ta' l-inħawi u l-bdiewa sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tisma l-ilmenti tagħhom dwar din il-miżbla u l-impatt ħażin li din qed tħalli fuq saħħithom meta titqabbad?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm applikazzjoni pendenti (PA 700/01) għal kostruzzjoni ta` Waste Disposal Depot. Dan jikkonsisti f`sit fejn fih jinġabar l-iskart b`mod organizzat u temporanju, sabiex wara jiġi trasferit lejn il-Magħtab jew għal riċiklaġġ. F`dan is-sit mhux ser isir ħruq ta` materjal u l-użu prinċipali ta` dan id-depot hu intiż għal bdiewa nfushom sabiex jiddisponu minn kwantitajiet konsiderevoli ta` plastic li jiġġeneraw fl-industrija tal-biedja stess.
L-avviż ta` l-applikazzjoni ħareġ fl-24 ta` Marzu 2001 u r-residenti kellhom ħmistax-il ġurnata (iż-żmien stipulat statutorjament) biex jagħmlu l-kummenti tagħhom lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni u kemm iddaħħlu persuni l-isptar minħabba overdose ta' droga f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi ta` mwiet minħabba overdose ta` droga investigati mill-Pulizija bejn l-1 ta` Jannar 1996 u t-30 ta` April 2001 kienu kif ġej:-
1996
1997
1998
1999
2000
2001
3
5
6
4
5
5
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena, minħabba suiċidji?
Response (BORG, TONIO)
Apparti ċ-ċifra li kont tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19801, ninsab infurmat illi kien hemm 8 każijiet ta` suwiċidju oħra sal-31 ta` Marzu 2001.