Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti ta' l-MCAST li huma apprendisti u jirċievu ħlas ta' 50c fis-siegħa huwiex ħlas tajjeb u skond ir-regolamenti? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li studenti li huma apprendisti ngħalqitilhom l-ismart card?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti ta' l-MCAST li huma apprentisti ma jitħallsux bis-siegħa iżda maintenance grant u ammont ta' darba fuq l-iSmartcard skond il-każ kif indikat mill-Maintenance Grant Board u l-avviżi legali 165 ta' l-1999 u 372 ta' l-2005.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar statistika ta' kemm isselfu kotba mil-libreriji pubbliċi tal-lokal, jiġifieri dawk li huma taħt ir-responsabbilta' u mmaniġjati mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid ukoll meta dawk il-libreriji pubbliċi li għadhom ma daħlux fis-sistema komputerizzata se jsiru aċċessibbli on line?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa sar 43 ftehim ta' Kooperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kusilli Lokali rispettivi.
Informazzjoni ta' dawn it-43 librerija li turi kemm isselfu kotba minn dawn lil libreriji pubbliċi maqsuma bejn dawk Reġjonali (jiftħu mit-Tnejn sas-Sibt mill-impjegati tad-Dipartiment) u dawk Friegħi (jiftħu xi siegħat fil-ġimgħa) ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi edukattivi u ta' taħriġ għandhom ippjanati l-ETC għaż-żgħażagħ bla xogħol li huma fl-eta' ta' bejn is-16-il sena u l-24 sena? X'inhuma l-kwalifiki edukattivi (jew nuqqas tagħhom) ta' dawn iż-żgħażagħ? Kemm minnhom ma jafux jaqraw u jiktbu? Kemm minnhom huma bla sengħa? X'qed isir għal dawn iż-żewġ tipi ta' żgħażagħ mill-ETC?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat l fl-aħħar ta’ Novembru 2006, kien hemm 2,072 żgħażagħ fl-eta’ ta’ bejn is-16-il sena u l-24 sena, jirreġistraw għax-xogħol mal-KXT. Minn dawn, 1,955 huma litterati filwaqt li 117 huma illiterati.
Il-kwalifiki edukattivi ta’ dawn iż-żgħażagħ huma kif ġejjin:
Livell ta' edukazzjoni
Total
Working Knowledge / Operator
396
Competent / Skilled Operator
942
'O' Level / City & Guilds
511
Intermediate
18
'A' Level / Engineer by Experience
101
Diploma
71
Graduate / Graduate Engineer
33
Total
2,072
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig toffri diversi inizzjativi w servizzi għaż-żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol, kif inhu elenkat hawn taħt;
Job Search Seminar,
li huwa seminar ta' nofs ta' nhar li jinghata fiz-zmien hmistax liz- zghazagh kollha li jibdew jirregistraw. F' dan is-
seminar
jinghataw informazzjoni kif wiehed ifittex ix-xogħol u wkoll dwar is-servizzi li toffri l-Korporazzjoni. Wara dan is-
seminar
kull zaghzugh u zaghzugha jkollhom appuntament personali ma'
employmemt advisor
fejn dan/din jigi offrut
Personal Action Plan
sabiex jigu ggwidati u moghtija aktar informazzjoni fuq il-karriera li jkunu ghazlu.
Żgħażagħ li jkunu qed jirreġistraw jiġu offruti numru t' opportunitajiet ta' xogħol li tkun infurmatha bihom il-Korporazzjoni, kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, dawn jigu mgharrfa permezz ta’ ittra, sms, jew e-mail.
Kull zaghzugh ikollu wkoll l-opportunita’ li jattendi
Job Club
fil-lokal tieghu/taghha fejn hawnhekk ghal sitt (6) gimghat shah, darbtejn fil-gimgha jkollhom ic-cans sabiex ma grupp zghazagh bhalhom jaghmlu ezercizzji ta’ tfittxija ghall-impjiegi, jigu wkoll organizzati zjajjar f’xi azjendi w kumpanijji tax-xoghol.
Barra minn hekk id-Divizjoni tas-Servizzi tal-Impjiegi torganizza minn zmien ghall-zmien diversi
seminars
ibbazati fuq tlitt ijiem fejn f' dawn is-
seminars
wiehed ikun jista’ jidhol iktar fid-dettal dwar il-karriera maghzula taz-zghazagh.
Id’ f’id mal-Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali w l-Appogg, l-KXT toffri wkoll servizz ta’
Social Worker
lil numru ta' zghazagh.
Apparti minn dan kollu imsemmi hawn fuq, kull sena l- Korporazzjoni toffri l-opportunita lil numru ta' zghazagh sabiex jippartecipaw fi progetti tal-
Leonardo
jew
Youth Programme
.
Matul il-perjodu li zghazagh jkunu qed jfittxu mpjieg, dawk minnhom li ma jkunu qatt hadmu jew qatt ma ghamlu xoghol fil-preferenza tax-xoghol li jkunu qed ifittxu, jew jkunu ilhom iktar minn 6 xhur jirregistraw, ikunu eligibbli li jippartecipaw fi skemi bhall-
Job Experience Scheme
jew
Active Youth Scheme
. Fis-sena finanzjarja li ghaddiet (Ott 2005 – Sett 2006) il' fuq minn 270 zaghzugh/a li hadu sehem f' dawn l- iskemi, l' fuq minn nofshom dahlu fl-impjieg.
Fil-granet li gejjin il-Korporazzjoni ser tkompli tkabbar in-numru ta' skemi li ghandha fejn permezz tal-
Fondi Strutturali 2007 – 2013
taht il-Fond Socjali Ewropew ser jigu mnhedija skemi ohrajn li joffru ghajnuna finanzjarja ta' nofs il-paga minima ghal numru ta' gimghat lill-
employers
li jhaddmu zghazagh li jkunu qed jirregistraw.
Il-KXT qed tkompli toganizza
programmi ta’ tahrig
, skemi w inizjattivi li jghinu liz-zghazagh jtejbu l-hiliet taghhom sabiex jsibu mpieg adekwat. Il-programmi li qed jigu organizzati w li hemm ippjanati, jvarjaw minn hiliet bazici li jghamlu tajjeb ghan-nuqqas ta’ kwalifiki edukkattivi fostom programmi fil-kitba u qari, uzu ta’ numri w tahrig fl-uzu tal kompjuters. Programmi ohra huma fil-hiliet teknici , ohrajn relatati mal-ospitalita’ u tahrig f’ xoghol f-ufficju li jghinu lill partecipanti jakkwistaw dawk il-kompetenzi necessarji biex jahdmu f’xi xoghol partikolari.
L-iskemi ohra jvarjaw min skemi ta’
Apprendistat u
Traineeships
.
Il-
Basic Employment Passport Scheme
., huwa ddisinjat specifikament ghall-zghazagh li jiefqu mill-iskola ezatt kif jghalqu sittax-il sena.
L KXT toffri wkoll skemi specjalizzati ghal zghazagh li qattaw parti minn hajjithom f’xi istituzzjoni –
Youths in Institutional Care
.
L-korsjiet qosra
li toffri l-ETC huma elenkati fis-sit elettroniku tal-Korporazzjoni:
http://www.etc.gov.mt/course/course_list.aspx
Could the Hon. Minister kindly provide a reply for parliamentary question 23032 regarding: What is the policy of the University of Malta regarding part-timers? How many part-timers Accademic/Non Accademic are in employment and how many are above the age of 61? What is their respective age and grade?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu ma wasalx tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti tal-MCAST ma ġewx informati qabel ma applikaw li ma kenux sejrin jingħataw stipendju meta dawn biddlu l-course of studies tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22909, Seduta 481.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar u lokal b'lokal fuq l-ewwel u t-tieni parti matul is-sena 2006?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel tal-gvern li huma mmexxija mill-iskola stess u kemm ingħataw b'kuntratt? Jista' jelenka liema huma dawk li ngħataw b'kuntratt u lil min? F'kull każ, saret sejħa għal offerti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tuck shops fl-iskejjel tal-Gvern li huma mmexxija mill-iskola stess huwa ta' tlettax (13) filwaqt li sittax (16)-il tuck shop ingħataw b'kuntratt.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel tal-Gvern li t-tuck shop tagħhom ingħata b'kuntratt u l-isem tal-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt. F'kull kaz saret sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22929 u jgħid kemm tħallsu flus lill-iskejjel tal-Knisja għas-snin 2005 u 2006 separatament? Kemm kienet is-somma vvotata fil-budget għal kull sena u jekk kienx hemm xi varjazzjoni? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm kienet f'kull każ? Jista' jgħid ukoll meta tħallsu u kemm kien il-ħlas f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena 2005, l-ammont li tħallas lill-iskejjel tal-Knisja kien ta' Lm11.5 miljuni. L-ammont li tħallas tul is-sena 2006 kien ta' Lm12.75 miljuni.
Is-somma vvutata fil-budget għall-2005 kienet ta' Lm 11.5 miljuni, u s-somma vvutata fil-budget 2006 kienet ta' 11.75 miljuni. Minn dan joħroġ li fil-2006 kien hemm varjazzjoni (zieda) ta' miljun lira. Din iz-zieda kienet ġiet approvata mill-Ministeru tal-Finanzi.
Informat ukoll li l-ħalasijiet lill-iskejjel tal-Knisja isiru kull xahrejn b'mod proporzjonali għall-ammont ivvutat kull sena, jiġifieri 1/6 kull xahrejn ta' l-ammont approvat kull sena. Kien hemm zmien preċedenti meta l-ħlasijiet kienu jsiru kull xahar, u l-ammont kien ikun ta' 1/12 tas-somma approvata għas-sena finanzjarja partikolari.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22825, jista' l-Ministru jgħid min kienu t-13-il persuna l-oħra li applikaw għall-post ta' CEO tas-Segretarjat tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-prattika li jsiru magħrufa pubblikament ismijiet ta' applikanti li ma jkunux intagħzlu għall-post li għalih ikunu applikaw.
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma daħalx mill-entijiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tweġiba tingħata b'xi Seduta oħra wara li l-ġbir tat-tagħrif ikun komplet.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22816 u jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien hemm assenteiżmu fl-iskejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti separatament? Ittieħdu passi bil-qorti kontra xi ġenituri?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-ewwel term skolastiku 2006-2007 kienu saru 4 rapporti u 2 każi minnhom ittieħdu passi bil-qorti. Dawn iż-żewġ każi kienu it-tnejn fi skejjel tal-Knisja.
It-tagħrif mitlub dwar l-assentieiżmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dwar Diċembru għadu qed jinġabar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22815 u jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi skejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll kontra kemm-il ġenitur ittieħdu passi bil-Qorti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel term skolastiku 2006-2007 kienu ittieħdu 137 każ il-qorti minn skejjel Primarji u 733 minn skejjel Sekondarji. L-ammont ta' assenteiżmu għall-perjodu mitlub qed jiġi kompilat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Min qed jagħmel ix-xogħol u kemm ġej jiswa u x'xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għal offerti f'kull każ? Meta huwa maħsub li l-pixxina terġa' tiftaħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fil-Pixxina Nazzjonali għaddej għalkemm ix-xogħol fuq il-kolonni għadu ma bediex.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min qed jagħmel ix-xogħol, ix-xogħol li qiegħed jagħmel kemm ġie jiswa, u n-numru ta' sejħa għall-offerti f'kull kaz. Il-Pixxina ser tiftaħ fil-5 ta' Frar 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn Jannar tas-sena 2005 sa l-14 ta' Jannar 2007 mill-kunsill Malti għall-isport għall-billboards? X'kien l-iskop ta' dawn il-billboards?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport nefaq is-somma ta' Lm890.90 f'billboards minn Jannar tas-sena 2005 sa' l-14 ta' Jannar 2007. Dawn il-billboards saru biex jippromwovu il-programmi li jiġu organizzati mill-Kunsill Malti għall-iSport, fosthom SkolaSport u Summer on the Move.