Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37668 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavalier ta' San Ġakbu — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport awditjat tad-dħul u ħruġ tal-Kavalier ta' San Ġakbu minn kemm ilu jopera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess tal-verifika tlesta mill-awdituri u hekk kif ir-rapport jiġi finalizzat jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37669 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħ'Attard - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħiet għall-offerti jew direct orders sar xogħol ta' twittija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard tul ix-xahar ta' Ottubru, 2002? Jista' jgħid b'mod dettaljat kemm sewa x-xogħol li sar u min kienu l-kuntratturi li wettqu dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda xogħo ta' twettija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard.
Leg 9 PQ #37670 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kemm użat mill-faċilita' ta' Lm15 miljun self li għamlet mill-APS Bank? Fuq xiex nefqet dawn il-flejjes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bilanċ "overdrawn" tal-faċilita` fil-11 ta' Diċembru kien ta' Lm363,928.80. Dawn il-flus intużaw kollha fuq spejjeż ta' natura kapitali fuq skejjel.
Leg 9 PQ #37672 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jingħata s-servizz tad-dawl kif suppost fl-iskejjel primarji tal-Gżira, Wied il-Għajn u s-Siġġiewi biex it-tfal ikunu jistgħu jużaw il-computer li ilhom imċaħħdin minnu mill-bidu tas-sena skolastika? X'ikkawża l-qtugħ tas-servizz tad-dawl f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37755 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sillabu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda l-eżerċizzju biex jitnaqqsu ċertu topics mis-sillabu ta' l-iskejjel primarji? Jista' jgħid min ideċieda u min ta l-parir, il-ġenituri, l-għalliema jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li hemm wisq tagħlim fil-qasam primarju? Jista' jgħid x'raġunijiet għandu jekk jikkonkludi li kienu l-ġenituri u l-għalliema li riedu jnaqqsu t-tagħlim li hemm illum? Jaħseb il-Ministru li huwa aħjar li jiġu ngaġġati aktar għalliema milli jnaqqas mit-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kwestjoni ta' sillabi hi regolata mid-Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu.
Leg 9 PQ #37571 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fl-iskola tal-kindergarten ta' Triq Brittanja, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għadha ma ħaditx deċiżjoni fuq dan ix-xogħol minħabba li għadha tistenna l-eżitu ta' rapporti nterni li jolqtu wkoll din il-Kindergarten.
Leg 9 PQ #37631 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi Żgħar — Track ta' l-atletika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36111, jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslu l-affarijiet wara l-ħruġ tat-tieni tender? Jekk ġie aġġudikat, jista' jgħid min ingħata x-xogħol u b'kemm? Jista' jagħti wkoll dettalji ta' offerti oħra li ġew mitfugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36976 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #37632 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youthnet — Ħlasijiet u benefiċċji

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa l-kordinatur tal-proġett Youthnet li l-applikazzjonijiet għalqu fit-12 ta' Lulju 2002? Kemm kien hemm persuni li applikaw u min kienu? Xi kriterji ntużaw sabiex saret l-għażla? Jista' jgħid x'beneficcji u jew ħlas għandha l-persuna magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett Youthnet qiegħed jiġi kordinat minn Ms Maria Muscat. Applikaw 4 persuni - Maria Muscat, Steve Ellis, Fiona Pace u Paul A. Falzon. L-avviż biex issir is-sejħa għall-applikazzjonijiet deher fil-gazzetti lokali u l-għażla saret minn Bord maħtur apposta mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. L-applikanti riedu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet: * ikunu ċittadini ta' Malta * ikollhom - degree fil-Youth Studies - 5 snin esperjenza fix-xogħol fil-qasam taż-żgħażagħ - esperjenza f'servizzi relatati ma' Internet / Web Il-persuna magħżula għandha remunerazzjoni ta' Lm3 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 6 siegħat.
Leg 9 PQ #37646 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gzira — Ħsara fis-soqfa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika qattrux is-soqfa tal-bini ta' l-iskola primarja tal-Gżira? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37647 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Dun Frans Camilleri/soqfa

Question

Jista il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika daħalx ilma mis-soqfa tal-bini ta' l-iskola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37648 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika kienx hemm drabi fejn qattru xi soqfa fil-bini ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa? X'passi se jittieħdu fil-każ li iva?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37651 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' Wied il-Għajn — Flood lighting

Question

Jistgħu jintlaqgħu t-talbiet li għamlu l-Kunsillieri u s-Sindku ta' Wied il-Għajn għal sistema ta' flood lighting tal-grounds ta' l-iskola primarja tal-lokal? Jekk le hemm xi ħsieb li jitwaħħlu dwal oħra mal-bini ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-proġett li qed tieħu ħsieb l-FTS hemm maħsub żvilupp tal-play area ta' l-iskola, inkluż dwal meħtieġa.
Leg 9 PQ #37657 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Studenti bid-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi trattament speċjali jingħataw studenti bil-problema tad-dyslexia beix jagħmlu l-eżamijiet mid-Difficult Learning Section jew taqsimiet oħrajn tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-arranġament speċjali li jingħataw lill-istudenti bid-dyslexia jiddependu minn kemm tkun serja l-kundizzjoni. Dan jiġi deċiż wara li l-istudent/a jkun assessjat mill-SpLD Unit (Dyslexia). Jistgħu jingħataw wieħed jew aktar minn dawn l-arranġamenti li ġejjin: * Scribe * Reader when requested * Reader All * Use of Table Square
Leg 9 PQ #37658 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Studenti bid-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hijiex il-prattika tad-Difficult Learning Section tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li ma jirrikonoxxix ċertifikati mediċi ta' speċjalisti privati li jiċċertifikaw id-dyslexia u b'hekk sabiex issir din iċ-ċertifikazzjoni l-affarijiet jitwalu għad-detriment ta' l-istudent konċernat? X'inhi l-prattika adottata minn din it-taqsima f'dawn il-każijiet? Kemm hawn każijiet ta' dyslexia fost studenti rikonoxxuti minn din it-taqsima?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar kull każ ta' dyslexia fl-iskejjel, il-prattika tad-Dipartiment tal-Kurrikulu (SpLD Unit) bħalissa hija li, meta jkun hemm ħjiel serji ta' problemi ta' tagħlim, il-ġenituri jirreferu l-każ lill-Kap ta' l-iskola. Min-naħa tagħhom il-kapijiet jgħaddu l-każ bl-evidenza kollha miġbura lil dik it-taqsima speċjalizzata, jiġifieri, jew l-iSchool Psycological Service jew lill-SpLD. Skond il-każ, it-taqsima SpLD tagħmel l-assessment. Għall-iskopijiet ta' dan l-assessment, l-uffiċjali ta' l-SpLD jieħdu konsiderazzjoni anke taċ-ċertifikati ta' tobba spejalizzati flimkien ma' l-evidenza mibgħuta mill-ġenituri u mill-kapijiet ta' l-iskola. Bħalissa hemm madwar 300 każ ta' dyslexia fost studenti rikonoxxuti minn din it-taqsima.
Leg 9 PQ #37504 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37592 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Tfal ta' klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal tal-klandestini fl-iskejjel ta' l-istat? F'liema skejjel qegħdin, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36809.
Leg 9 PQ #37594 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-knisja — Tfal ta' klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal tal-klandestini fl-iskejjel tal-knisja? F'liema skejjel qegħdin, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37444 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 36612?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 443 applikazzjoni pendenti li fil-maġġor parti daħlu fl-2001 u 2002, u li 100 minnhom daħlu dawn l-aħħar xahrejn mal-ftuħ ta' l-iskejjel.
Leg 9 PQ #37445 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 36613, jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa l-Istatementing Moderating Panel bejn it-30 ta' Ottubru, 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002? Kem ra tfal? Kemm għandu każi pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn it-30 ta' Ottubru 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002 l-Istatementing Moderating Panel iltaqa' 6 darbiet u ra 34 tfal. Każi pendenti għandu 443.
Leg 9 PQ #37452 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tilqim

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel it-tfal Maltin qed ikollhom jieħdu xi tilqim għax magħhom hemm tfal tal-klandestini? Min qed iħallas għat-tilqim tat-tfal Maltin? Privatament jew mill-fondi pubbliċi? Huwa ġust li hemm tfal li l-ġenituri tagħhom qed jintalbu li jħallsu privatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li tfal Maltin ġew imlaqqma għax magħhom hemm tfal tal-klandestini.