Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1218 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Prim Ministri barranin — Stediniet għal żjara f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm stediniet pendenti li saru mill-gvern Malti lill-Prim Ministri barranin biex iżuru pajjiżna? Liema hum?

Response (BORG, JOE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi stediniet uffiċċjali lill-Prim Ministri barranin isiru mill-Gvern Malti f'ċirkostanzi u mumenti politiċi opportuni intisi biex jissaħħu u jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet internazzjonali ta' Malta. F'dan il-kuntest, inviti formali għal żjarat f'Malta nħarġu lill-Prim Ministri tad-Danimarka, ta' l-Eġittu, tal-Libja u ta' New Zealand. Hemm ukoll diversi inviti pendenti oħra illi s'issa għadhom ma ġewx magħmula b'mod formali.
Leg 10 PQ #1219 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

President tar-Repubblika — Żjarat statali lejn pajjiżi barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm żjarat statali pendenti tal-President tar-Repubblika lejn pajjiżi barranin? Kemm minnhom ġew ikkonfermati u jekk fl-affermattiv, meta mistennija jsiru?

Response (BORG, JOE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-President tar-Repubblika għandu numru ta' żjarat statali pendenti u minnhom s'issa ġiet konfermata waħda. Din hija ż-żjara statali lejn l-Italja u hija mistennija li sseħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 10 PQ #1220 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Albanian committee on adoptions

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jiġi rinegozjat il-ftehim bejn l-Albanian committee on adoptions u l-counterpart tiegħu f'pajjiżna? Jekk iva, fiex wasal dan il-proċess?

Response (BORG, JOE)

Il-ftehim li jirregola l-addozzjonijiet bejn Malta u l-Albanija li kien iffirmat fit-30 ta' Lulju tas-sena 1996, għadu fis-seħħ u mhux qed jiġi rinegozjat.
Leg 10 PQ #1221 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Western Mediterranean Forum

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi proposti lill-Gvern Malti biex jappoġġja sehem minn aktar pajjiżi tal-Mediterran fil-5+5 (Western Mediterranean Forum)? Jekk iva, minn min saru, liema pajjiżi jikkonċernaw u x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti?

Response (BORG, JOE)

Waqt il-Presidenza Libjana tal-5+5, is-Segratarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għar-relazzjonijiet Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali, Abdel Rahman Shalgam kitibli (fit-18 ta' Frar 2003) fejn ippropona li jiddaħħlu l-Eġittu u l-Greċja f'dan il-Forum. Fir-risposta tiegħi, jien indikajt li l-kwistjoni tat-tkabbir ta' dan il-Forum għandha titqies fil-kuntest ta' fora reġjonali oħra eżistenti. Jien issuġġerejt inoltre li din il-kwistjoni, kif ukoll il-kriterji li a bażi tagħhom jikkwalifikaw membri ġodda fil-preċess jistgħu jkunu ndirizzati informalment waqt il-laqgħa ministerjali li jmiss.
Leg 10 PQ #1222 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill Ewropew — Final comprehensive motoring report

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom isiru jew saru Peer Reviews mill-Kummissjoni Ewropea dwar Malta bi tħejjija għall-Final Comprehensive Motoring Report li għandu jiġi sottomess lill-Kunsill Ewropew sitt xhur qabel l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Dawn il-Peer Reviews liema setturi jkopru u meta saru u/jew se jsiru?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni li tirrigwarda l-Peer Reviews li saru s'issa ingħatat fil-Mistoqsijiet numri 990 u 991. S'issa hija prevista viżita oħra dwar il-Peer Review on Veterinary and Phyto f'Settembru li ġej in konnessjoni mal-Final Comprehenive Monetoring Report.
Leg 10 PQ #1213 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Statements

Question

Bejn is-sena 2002 u s-sena 2003 s'issa, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm statements ta' l-Unjoni Ewropea li Malta allineat ruħha magħhom fil-Ġnus Magħquda u fl-OSCE?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija numru 1213, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #1214 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Londra — Uffiċjal għoli

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li fl-ambaxxata Maltija ta' Londra hemm uffiċjal għoli li saru rapporti dwaru li qed jibgħat ħafna pakketti personali Għawdex u l-Awstralja minn fuq dahar l-ambaxxata, li juża regolarment it-taxi a spejjeż ta' l-ambaxxata flok it-trasport pubbliku, li juża d-duty officers mobile phone biex iċempel lill-familjari f'Għawdex u li juża ħafna ink cartridges aktar milli jagħmlu impjegati/uffiċjali oħrajn?

Response (BORG, JOE)

Jiena tajt struzzjonijiet sabiex il-kontenut tar-rapporti li waslu lill-Onorevoli Interpellant jiġi indagat. Mill-informazzjoni li twasslitli, jirriżulta illi - L-uffiċċjal għoli li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hu nkarigat mill-Kummerċ, l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, Informazzjoni, l-Istampa, Medikali u l-Komunita' Maltija fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra. Huwa jkopri ħafna xogħol li fost oħrajn jinkludi l-użu estensiv bil-posta, attendenza ta' laqgħat uffiċċjali wara l-ħin tax-xogħol, u l-pubblikazzjoni ta' tlett newsletters f'isem l-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra u l-METCO, f'Malta. (a) mhux minnu li qed jintbagħtu xi pakki personali minn xi uffiċċjal fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra indirizzati Għawdex jew l-Awstralja, u li l-ispiża għalihom qed tkun koperta mill-Kummissjoni jew mill-Ministeru; (b) l-użu ta' taxi huwa ġustifikat meta l-vettura tal-Kummissjoni ma tkunx tista' tintuża biex twassal l-uffiċċjali għal appuntamenti fuq xogħol li jkollhom barra mill-uffiċċju; (c) l-użu tal-mobile phone ta' l-uffiċċju għal sejħiet Malta huwa ferm limitat kif jidher fil-kontijiet dettaljati li jinsabu f'idejn il-Ministeru, u anki hawn ma jirriżultax li s-sejħiet in kwistjoni saru għal skopijiet personali (d) l-użu ta' ink cartridges minn uffiċċjal partikolari fil-Kummissjoni huwa ġustifikat minħabba l-fatt li dan l-uffiċċjal huwa nkarigat mill-istampar ta' sikwit ta' fuljetti informattivi għall-użu ta' kummerċjanti, industrijalisti u individwi oħra interessati fit-tixrid ta' tagħrif kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 10 PQ #1215 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Uffiċjali fil-karigi ta' directors general

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx uffiċjali fil-karigi ta' directors general fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Fl-istruttura tal-Ministeru tiegħi, kif inhija mqassma sal-lum, ma jeżisti ebda post approvat fil-livell ta' Direttur Ġenerali fuq Skala 3 ta' l-iskala ta' salarji għal Uffiċċjali Pubbliċi.
Leg 10 PQ #1216 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Studenti Maltin/Ċiniżi — Mutual recognition of academic degrees

Question

Minħabba l-istudenti Maltin u Ċiniżi li jistudjaw fl-universitajiet rispettivi tagħhom, jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix mutual recognition of academic degrees bejn l-Universita' ta' Malta u l-awtoritajiet edukattivi Ċiniżi li jaf bih il-ministeru?

Response (BORG, JOE)

Bħal issa, Malta għaddejja f'negozjati maċ-Ċina fuq ftehim dwar mutual recognition of academic degrees.
Leg 10 PQ #1217 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Korea t'Isfel — Kuntatti diplomatiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti diplomatiċi saru mal-Korea t'Isfel f'dawn l-aħħar xhur? Hemm xi ħsieb ta' koperazzjoni bilaterali ekonomika bejn iż-żewġ pajjiżi?

Response (BORG, JOE)

F'dawn l-aħħar xhur il-kuntatti li saru mal-Korea t'Isfel kienu jinkludu n-nominazzjoni ta' Konslu Onorarju għal Malta fil-Korea t'Isfel kif ukoll iż-żjara ta' l-Ambaxxatur Salvu Borg fi tmiem it-terminu tiegħu bħala Ambaxxatur mhux residenti għall-Korea t'Isfel, li ma' tulha kellu laqgħat mal-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ u diversi uffiċċjali għolja fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ. Rigward il-koperazzjoni bilaterali ekonomika bejn Malta u l-Korea t'Isfel, f'Ġunju li għadda delegazzjoni ekonomika mill-Korea t'Isfel żaret Malta fejn kellha diversi laqgħat bil-għan li jissaħħu r-rabtiet kummerċjali u l-possibilitajiet ta' investiment ġdid fis-settur industrijali u l-qasam tat-teknoloġija. Il-programm ta' din iż-żjara kien jinkludi 'seminar' organiżżat mill-METCO. Hemm ukoll il-ħsieb li jinbdew diskussjonijiet dwar il-possibilita ta' twaqqif ta' Kummissjoni Mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 10 PQ #1193 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Sptar Mater Dei — Offerta għal xiri ta' apparat mediku

Question

Fit-taħdidiet li kellek mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan Frattini tqajmet f'xi kuntest il-kontestazzjoni li hemm dwar it-tender għall-apparat mediku għall-isptar il-ġdid? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti kapitali li waqgħu lura minħabba d-dewmien fir-ratifika tal-Protokol Taljan? X'kienu l-punti ewlenin li tqajmu f'din il-laqgħa mal-Ministru Taljan?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta ghall-ewwel mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni mistoqsija irrid nghid illi huwa ovvju li l-progetti kapitali li ser jinvolvu l-uzu tal-fondi taht il-protokoll Taljan jistghu biss jitwettqu meta jigi fis-sehh l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar l-istess protokoll kien l-iter li ghad jonqsu dan il-protokoll sabiex jigi ratifikat mill-Italja, u jkun jista` jigi fis-sehh. (Din hija t-twegiba finali ghal din il-mostoqsija wara li dik li originarjament inghatat f'`seduta 25 giet korretta permezz ta` dokument imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 26 tal-15 ta` Lulju 2003. Risposta originali: Huwa ovvju li l-proġetti kapitali li ser jinvolvu l-użu tal-fondi taħt il-protokoll Taljan jistgħu biss jitwettqu meta jiġi fis-seħħ l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar il-protokoll Taljan kien l-istess li għad jonqsu dan il-protokoll sabiex jiġi ratifikat mill-Italja, sabiex ikun jista jiġi fis-seħħ.

Vapuri u bastimenti tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba saret biex vapuri u bastimenti militari jidħlu fl-ibħra u l-portijiet Maltin f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li fis-sena 2002 ingħataw 90 permess sabiex vapuri u bastimenti navali barranin jkunu jistgħu jżuru Malta. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet miċħuda. Dawn il-bastimenti ġew minn dawn il-pajjiżi: Belġju Franza Ġermanja Greċja Indja Irlanda Italja Kanada Olanda Polonja Renju Unit Spanja Stati Uniti ta' l-Amerka Tunisia Turkija Bejn Jannar 2003 sa issa, ingħataw 77 permess sabiex vapuri u bastimenti navali barranin iżuru Malta. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet mċħuda. Il-bastimenti li ġew din is-sena, kienu minn dawn il-pajjizi: Danimarka Finlandja Franza Ġermanja Italja Marokk Olanda Renju Unit Rumanija Spanja Stati Uniti ta' l-Amerka Tunżija Turkija

Ajruplani militari — Spazju ta' l-ajru Malti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-talba saret biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2002, ingħataw 461 permess biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet miċħuda. L-ajruplani li ġew fis-sena 2002, kienu minn dawn il-pajjiżi: Afrika ta' Isfel Albanija Alġerija Arabja Sawdija Awstrija Belġju Bulgarija Ċina Danimarka Eġittu Emirati Għarab Magħquda Franza Ġermanja Iran Italja Jugoslavja Kanada Korea ta' Fuq Kroazja Libja Lussemburgu Malasja Marokk Mawretanja NATO Norveġja Olanda Oman Renju Unit Repubblika Ċeka Russja Sirja Slovakkja Slovenja Spanja Stati Uniti ta' l-Amerika Sudan Tunisija Bejn Jannar 2003 sa issa, ingħataw 452 permess biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti. Minn dawn, l-ebda talba ma ġiet miċħuda. L-ajruplani li ġew din is-sena, kienu minn dawn il-pajjiżi: Alġerija Arabja Sawdija Belarus Bulgarija Danimarka Franza Ġermanja Greċja Italja Kanada Kuwajt Libja Malasja Marokk Monako Namibja Oman Pakistan Portugall Renju Unit Rumanija Russja Spanja Stati Uniti ta' l-Amerika Sudan Svizzera Tuneżija Turkija Ukranja Urugwaj Sa l-aħħar tas-sena 2002 ajruplan li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu u jerġa' jgħaddi mill-ispazju ta' l-ajru Malta fi triqtu lura fl-istess ġurnata jgħodd bħala permess wieħed. Fl-ewwel parti ta' l-2003 f'dawn iċ-ċirkostanzi dawn bdew jitqiesu bħala żewġ permessi. Reċentement is-sistema reġgħet ġiet bħalma kienet fl-2002.
Leg 10 PQ #943 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Protocol finanzjarju — Italja

Question

Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal formalment il-protocol finanzjarju u tekniku ma' l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Il-Ħames Protokoll dwar Assistenza Ekonomika, Teknika u Finanzjarja bejn Malta u l-Italja, li kien iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2002, ġie ratifikat minn naħa Maltija fit-23 ta' Jannar 2003. Sabiex jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll jeħtieġ li jiġi ratifikat ukoll mill-Gvern Taljan. Bħalissa, l-awtoritajiet Taljani għaddejjin bil-proċess meħtieġ sabiex il-Protokoll ikun ratifikat ukoll minn naħa ta' l-Italja. Fil-fatt, wara li l-Protokoll ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri Taljan u ġie ffirmat mill-President Taljan, issa jinsab quddiem il-Senat u l-Kamra tad-Deputati Taljani għall-approvazzjoni tiegħhom, u wara li jitlesta dan il-proċess tar-ratifika da parti ta' l-Italja, il-protokoll jidħol fis-seħħ.
Leg 10 PQ #944 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta u Ċipru — Maritime Control Centre

Question

Il-Gvern Malti ġie kkonsultat mill-Gvern Taljan dwar l-allegata proposta tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Frattini biex Malta u Ċipru jwaqqfu Maritime Control Centre għas-south east tal-Mediterran biex iżommu fihom l-immigranti illegali? Jekk iva, x'kienet ir-rejazzjoni tal-Gvern Malti dwar dan?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Gvern Malti kien avviċinat mill-Gvern Tljan dwar il-proposta li ġiet imsemmija fl-intervista li ġiet mogħtija mill-Onorevoli Franco Frattini Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, lill-Corriera della Sera, fl-edizzjoni tal-24 ta' Ġunju, 2003. Din tikkonċerna proposta Taljana li jitwaqqfu fost oħrajn ġewwa Malta u Ċipru ċentri ta' detenzjoni temporanji fejn jiġu miżmuma immigranti illegali li jinqabdu f'operazzjonijiet fil-baħar u li mbagħad jiġu mibgħuta lura lejn pajjiżhom. F'dan ir-rigward il-Gvern Malti, filwaqt li tenna x-xewqa tiegħu li tkompli tikber dejjem aktar il-koperazzjoni tajba li diġa' hemm bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, wassal l-oppożizzjoni tiegħu lill-Gvern Taljan fir-rigward tal-propsta Taljana u fakkar li f'Malta, minkejja ċ-ċokon u ir-riżorsi limitati tagħna, diġa' hawn 5 ċentri ta' detenzjoni li fihom qed jinżammu preżentement madwar 500 persuna. Fuq aspetti oħra tal-propsta li jolqtu ko-ordinazzjoni aħjar fis-sorveljanza ta' l-ibħra ta' madwarna, il-Gvern wera l-appoġġ tiegħu fil-prinċipju.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħti huwa 59. L-ispiża tas-servizz tat-telefonati ta' l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kienet ta' LM12,965.30 li minnhu tħallas LM12.156.51. Tajjeb li nsemmi li dawn il-figuri jinkludu wkoll dawk ta' l-Ambaxxati Maltin f'pajjiżi barranin.
Leg 10 PQ #910 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MEUSAC — Importazzjoni ta' mediċini

Question

Billi kien hemm xi korpi kostitwiti ewlenin li kienu kontra l-parallel importation, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-MEUSAC kienx hemm reazzjoni kuntrarja għad-deċiżjoni tal-UE li tesiġi li l-parallel importation tal-mediċini hija permessa wara s-sħubija ta' Malta fl-UE bil-għan li jkun hemm kompetizzjoni akbar u prodotti irħas?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala regola ġenerali il-parallel importation ilu permess f'Malta is-snin twal u dan bis-saħħa ta' deċiżjonijiet tal-Qrati tagħna fuq din il-materja. Fir-rigward tal-mediċini nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-minuti tal-laqgħat tal-MEUSAC dwar il-Moviment Ħieles tal-Prodotti kif ukoll dik dwar il-Kompetizzjoni, ma jirriżultax li kien hemm korpi kostitwiti li riedu jirreġistraw l-oġġezzjoni tagħhom, jekk kellhom, fil-minuti relattivi.
Leg 10 PQ #938 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Persuni ta' nazzjonalita' Libjana — Introduzzjoni ta' visa

Question

Billi bejn issa u s-sħubija formali ta' Malta fl-UE se jkollha tiġi ntrodotta l-visa lil ċittadini mil-Libja, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri amministrattivi fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli biex tkun tista' tipproċessa b'effiċjenza l-applikazzjonijiet għal visa lejn Malta minn ċittadini Libjani għal skop ta' turiżmu jew xogħol? Jista' jgħid jekk l-Ambaxxata Maltija fi Tripli tistax tesentdi s-servizz tagħha fi bliet oħrajn fil-Libja billi ċittadini Libjani li ma jirrisjedux fi Tripli jkollhom jivjaġġaw mijiet ta' mili lejn Tripli biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom u dan ġranet qabel jistgħu jkunu jafu jekk l-applikazzjoni tagħhom ġietx milqugħa jew rifjutata?

Response (BORG, JOE)

Peress li sa mhux aktar tard mill 1 ta' Mejju 2004, ċittadini Libjani se jkollhom bżonn visa biex jiġu Malta, l-Ambaxxata Maltija ġewwa Tripli qiegħda tiġi attrezzata, kemm f'sens ta' impjegati, kif ukoll f'termini ta' infrastruttura, sabiex tkun tista' tilqa' b'mod effiċjenti u sistematiku l-influss mistenni ta' ċittadini Libjani li jkunu se jżuru 'l pajjiżna, u li għal dak il-għan jkollha bżonn tinħareġ visa mill-Ambaxxata Maltija fi Tripli. Minbarra l-visa normali, ċittadini Libjani li jżuru Malta ta' spiss, se jkunu jistgħu jibbenefikaw billi jingħataw multiple entry visa. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet barranin ser jeżamina kif ser ikun il-flow ta' aplikazzjonijiet għall-visa, u minn liema bliet fil-Libja jiġu. Fuq kollox, il-Ministeru se jara li l-applikanti kollha jinqdew sew, malajr u mingħajr tfixkil. Kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu għall-bidu se jiġu ndirizzati mill-ewwel, u ser nagħmlu dak kollu possibbli sabiex is-servizz tal-ħruġ tal-visa ikun wieħed effiċjenti u effikaċi.

Affarijiet Barranin — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' karozzi li qegħdin jintużaw mill-Ministeru tiegħi hu ta' 62. Minn dawn, 59 huma proprjeta' tal-Gvern, li minnhom 58 huma karozzi saloon u li jinkludu l-karozzi uffiċċjali kollha ta' l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, u vettura vann oħra li tintuża mill-International Institute on Ageing (INIA). Il-Ministeru tiegħi juża wkoll 3 vetturi mikrija bil-ġurnata: waħda tintuża mill-Head tas-Segretarjat tiegħi, oħra minn konsulent fil-Ministeru u l-oħra mill-Uffiċċju ta' l-MIC. B'referenza għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 340 nixtieq nippreċiża illi n-numru ta' karozzi proprjeta tal-Gvern użati mill-Ministeru tiegħi huma ta' 59 kif intqal fuq u mhux 58 kif indikat f'dik ir-risposta. Bi svista ma ġietx magħduda karozza saloon li tintuża mill-INIA oltre il-vann fuq imsemmija.
Leg 10 PQ #929 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ipproċessar ta' visas — Kummissarju tal-pulizija/Assistent kummissarju

Question

Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux ser jibqa f' idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija mill-Onorevoli Ministru għall-Ġustizzja u Intern għall-Mistoqsija Parlamentari numru 928.