Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trans European Transport Network

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja ta' l-istudju dwar l-integrazzjoni tas-sistemi tat-trasport f'Malta mat-Trans European Transport Network?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' Executive Summary ta' l-istudji li saru mill-konsulenti 'TINA Vienna' dwar it-Trans European Transport Network.

Paola — Santa Lucia Avenue

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir il-bankina ta' Santa Lucia Avenue Paola faċċata taċ-ċimiterju minħabba l-istat diżastruż li jinsab fiha din it-triq arterja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed jirranġa bankini simili li jkunu f'toroq arterjali, bħal ma diġa sar il-Bombi, in-niżla tal-Pieta', Triq Diċembru Tlettax u parti minn Labour Road, Ħaż-Żabbar. Il-bankina ndikata mill-Onor. Interpellant qegħda nkluża ma dawn ix-xogħlijiet.
Leg 9 PQ #34471 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Triq San Anard

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir it-tarmak jew għall-inqas levelling biż-żrar tal-parti ta' fuq ta' Triq San Anard, Tarxien li tħalliet mitluqa meta l-kumplament tat-triq ġiet irranġata kemm il-darba? Tista' titkompla s-central strip li hemm fil-kumplament tat-triq anke f'din il-parti tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija hija service road parallela ma' Triq San Anard. Id-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qedgħin jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Traffiku — Kollużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 31644 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu: Jista' jinfurmani kemm kien hemm koluzzjonijiet tat-traffiku rapportati fit-toroq Konti Ruġġieru, St Mary, St Publius, Kola Xara, Ferris u College Str, ir-Rabat matul Novembru 2001, Diċembru 2001 u Jannar 2002? Jista' jinvestiga x'qed jikkawża dawn il-kolluzzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 31644, jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma kellu ebda rapport li l-kollużżjonijiet li saru fil-perjodu msemmi kellhom xi aspett straordinarju, kemm fin-numru kif ukoll fl-għamla tagħhom li jirrikjedu li ssir xi nvestigazzjoni.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir laqgħa bejn il-kumitat ta' azzjoni tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru, Rabat, Malta u t- traffic planning? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se ssir? Jista' jara l-possibbilta` li nkun parteċipant f'dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma hemm l-ebda talba għal xi laqgħa bejn il-Kumitat ta' Azzjoni tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru, Rabat u Traffic Planning.

Santa Venera — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli d-dipartiment konċernat jara li tiġi rranġata t-triq tal-mini ta' Santa Venera għax għandha bżonn patching u jiġu rranġati l-ispralli tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq kontinwament ikun għaddej b'xogħol ta' manutenzjoni bħal dak indikat mill-Onor. Interpellant fit-toroq arterjali u distributorji kollha. Ix-xogħol imsemmi qiegħed fil-proċess li jsir.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar ix-xiri ta' karozzi tal-linji ġodda? Intlaħaq xi ftehim dwar l-importazzjoni ta' dawn il-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li żewġ karozzi tal-linja ġodda daħlu fis-servizz, waħda ġiet impurtata u l-oħra mibnija lokalment. Ħamsa u għoxrin (25) sid ieħor iffirmaw il-kuntratt tax-xiri għall-karozzi ġodda, waqt li bħalissa hemm ħames sidien oħra fil-proċess li jiġi finaliżżat il-kuntratt tax-xiri.

San Gwann — Triq Baruza

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing fi Triq San Ġiljan, San Gwann mit-tarf ta' Triq it-Trunċiera t-twila, San Gwann 'il quddiem għall-konvenzjenza tar-residenti ta' l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt il-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

San Gwann — Triq San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tiġi asfaltata Triq Baruza, San Gwann billi issa ma hemm ebda bini għaddej fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Triq iċ-Ċinju — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il-mistoqsija tiegħi dwar Triq iċ-Ċilju l-Mosta li saret f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238.

Triq Alwetta — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il-mistoqsija tiegħi dwar Triq Alwetta l-Mosta li saret f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238.

PTA — Żejtun - Triq l-Isqof E. Galea

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir skeda tal-ħinijiet li fihom tgħaddi l-karozza tal-linja minn Triq l-Isqof E. Galea, Żejtun fil-bus stop li tinsab quddiem l-istitut tas-sorijiet Ġesu Nazzarenu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għadha għaddejja bil-proċess ta' twaħħil ta' skedi tal-ħinijiet fil-lokalitajiet kollha. Il-lokalita', bus stop, li għalih irrefera l-Onor. Interpellant huwa nkluż f'dan il-proċess.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja liċenzjati biex jaħdmu fuq ir-rotot f'Malta u f'Għawdex? Dawn kollha fil-fatt joperaw fuq ir-rotot f'pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 32053, jien infurmat li uħud minn dawk liċenzjati f'Malta ma joperawx fuq ir-rotta għax m'humiex f'kundizzjoni tajba, waqt li f'Għawdex jaħdmu b'sistema ta' roster ta' tmien karozzi kuljum.
Leg 9 PQ #34362 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum ma sarux Environment Assessment/Statement fuq talba tal-Ministeru jew Dipartimenti.

Bċejjeċ tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bajjiet li dan is-sajf se jkunu ipprojbiti li jidħlu fihom bċejjeċ tal-baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bajjiet riservati bħala swimmers' zones ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-Gvern Nru. 17237 ta' l-14 ta' Mejju 2002.

Gżira — Triq Manoel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex it-trasport jibda jitla' flok jinżel Triq Manoel, il-Gżira sabiex jiġu evitati l-bosta nċidenti li ġraw dan l-aħħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Triq Manoel hija diviża b'Rue d'Argens, parti tinżel lejn Rue d'Argens u l-parti l-oħra mix-Xatt tal-Gżira titla' lejn Rue d'Argens. Qed nassumu li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dik il-parti li tinżel lejn Rue d'Argens. Minn stħarriġ li sar, kemm mid-Direttotrat għall-Maniġġ tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Gżira, mhux vjabbli li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f'din il-parti minħabba l-fatt li:- 1. it-traffiku li jkun nieżel minn Triq Sliema, li hi triq distributorja u għalhekk esposta għal ħafna traffiku, jinqasam fuq Triq Manoel minn Triq Luqa Briffa li t-tnejn li huma jesporġu għal Rue d'Argens 2. irid jinbidel it-Traffic Management ta' Triq Reid u Misraħ Turu Colombo. Biex jiġu evitati nċidenti tat-traffiku, id-Direttorat għall-Maniġġ stat-Traffiku kien approva l-installazzjoni ta' 35Km/h Speed Limit signs fiż-żona u dan sabiex il-veloċita tal-vetturi tkun aktar ikkontrollata.

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ħa t-tender biex issir it-Triq Matteolo Saliba Żurrieq u meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt għax-xoghlijiet fi Triq Matteolo Saliba ż-Żurrieq għadu kif ingħata lid-ditta Alfred Schembri & Sons u l-kuntrattur qiegħed jagħmel il-preparamenti neċessarji biex jinbeda x-xogħol.

Marsascala — Triq is-Salini - Karozza tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jwassal talba li saret minn residenti fi Triq is-Salini, Marsascala sabiex il-karozza tal-linja bin-numru tar-rotta 22 tgħaddi minn din l-istess triq peress ukoll li f'din it-triq joqogħdu għadd ta' residenti anzjani?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-rotta preżenti Nru. 22 ma tinkludix Triq is-Salini. Din ir-rotta ġiet miftehma bejn id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill tal-lokalita'.

Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti biex isir wiċċ ġdid f'dawn it-toroq ġewwa Ħaż-Żabbar? Triq il-Marloċċ; Triq Leli Tabone; Trid ir-Redentur; Triq G. Agius Muscat; Triq Sant'Awturu; Triq Spadaro u Triq Nikol Biancardi; Triq it-Tut u tal-Pier housing estate.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed jiddiskuti proposta tal-Kunsill biex jiġu rranġati dawn it-toroq, u x-xogħol fihom ikun jista' jsir wara li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi.

Wied il-Għajn — Triq il-Munxar

Question

Jista' l-Ministru permezz tad-dipartiment tat-toroq jgħid min suppost jirranġa Triq il-Muxar, Wied il-Għajn li fiha joqgħodu għadd ta' residenti u tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jirranġaha d-dipartiment tat-toroq fid-dawl tal-fatt li baqgħat ma saritx mill-kunsill lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpelllant għad fiha żvilupp xi jsir kif ukoll xogħol għat-tqegħid ta' servizzi. Id-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.