Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – post fejn jiltaqgħ l-ulied tal-inmates
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn jiltaqgħu ulied l-inmates meta dawn jattendu bħala viżitaturi ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wlied l-inmates taħt is-seba’ snin li jattendu bħala viżitaturi ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiltaqaw fil-playroom li saret fl-2014 u it-tfal ta’ eta akbar jiltaqaw fil-visiting areas normali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ftit tal-ġimgħat ilu l-Korp tal-Pulizija ingħata 30 arma tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu l-Forzi Armati ta’ Malta ingħataw munizzjoni għall-armi tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista’ jgħid jekk għal din id-donazzjoni saritx talba mill-Gvern Malta jew inkella kenitx offerta tal-Gvern Ċiniż lill-Gvern Malti/Korp tal-Pulizija/AFM?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nomenklatura tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan is-CPD? Jista' jgħid f'liema skala tal-Gvern hu impjegat l-individwu u x'inhuma l-perkaċċi li ġġorr il-kariga tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 15319.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa fl-aħħar tas-sena 2015? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija bejn is-sena 2008 u sena 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi mis-sena 2008 sa 2013 ġew ingaġġati erba’ mija wieħed u tletin (431) il-kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija.
Korp tal-Pulizija –kundizzjonijiet ta’xogħol aħjar
Question
Jista’ l-Ministru jispjega b’mod konkret kif qed jaħdem favur kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-membri tal-Korp tal-Pulizija, wegħda li għamel dan il-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif wiegħed il-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2013 ,ir-rata fuq l-‘extra duty’ nizzlet għal 15%, il-membri f’Korpi dixxiplinati għandhom il-possibilità li jidħlu membri f’unjin u kien hemm emendi fil-liġi fiz-zieda ta’ pieni għal perusni li jheddu u jaggredixxu uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru ġdid ingħaqad mal-Korp tal-Pulizija, minn Spettur ‘il fuq, minn Marzu 2013 ‘il hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum ġew ingaġġati sitt (6) membri fil-Korp li kellhom ir-rank ta’ Spettur ‘il fuq. Dawn kienu Supretendent li ġie re-instated u ħames Spetturi li tnejn (2) minnhom kienu re-instated.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jingħatawx taħriġ kontinwu matul is-sena? Jekk iva, jista’ jispjega jekk dan it-taħriġ isirx biss internament jew jekk hemmx xi konnessjoni mal-Univeristà ta’ Malta jew saħansitra barra minn pajjiżna? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi tibdil f’din il-leġiżlatura sabiex jissaħħaħ dan it-taħriġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ kull meta jkun meħtieġ. Jekk tinħass il-ħtieġa, jingħataw ukoll taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni f’suġġetti bħal fl-Immigrazzjoni jew fuq il-Vjolenza Domestika. Il-Korp jaħdem ukoll f’partnership mal-Universita’ ta’ Malta fuq ċertu korsijiet bħal dak tad-Diploma in Policing sabiex jiġu appuntati spetturi tal-Pulizija. Fuq livell reġjonali u internazzjonali, membri tal-Korp jattendu wkoll għall-korsijiet residenzjali organizzati mis-CEPOL, il-EUROPOL, il-FRONTEX kif ukoll f’kulleġġi jew akkademji tal-pulizija barranin oħra. Infurmat ukoll li membri tal-Korp jieħdu sehem fi programmi ta’ skambjar fuq livell reġjonali bħal dawk imniedija mis-CEPOL magħruf bħala The European Police Exchange Programme kif ukoll f’web seminars edukattivi fuq diversi suġġetti tal-Pulizija. Din il-leġislatura qed taħseb biex issaħħaħ aktar l-Akkademja tal-Pulizija, fosthom billi jiġi ntroddot, wara nuqqas ta’ ħafna snin, Direttur tal-Istudji, li xogħlu jkun it-tfassil ta’ kurrikula ġenerali u speċjalizzati għall-membri kollha tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri ħa dan il-Gvern sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna kif ukoll tiżdied il-preżenza tal-pulizija fit-toroq tagħna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala miżuri sabiex titnaqqas il-kriminalita', id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, apparti l-investigazzjonijiet, jagħti taħriġ speċifiku fil-crime prevention lil diversi kunsilli lokali, kif ukoll fl-iskejjel li jitolbu l-għajnuna tal-Pulizija.
Din is-sena flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilità, dan id-dipartiment ta taħriġ lill-anzjani li jattendu ċ-ċentri ta' matul il-jum f'diversi lokalitajiet biex jiddentifikaw istanzi ta' abbuz u jkunu jafu x'għandhom jagħmlu u fejn għandhom jirrikorru.
Min-naħa tat-taqsima tar-Rizorsi Umani tal-Korp, minn Marzu 2013 infetħu zewġ ingaġġi għal kuntistabblijiet u ingaġġ għall-spetturi. Daħlu numru ta’ Kuntistabbli tar-Rizerva.
Dalwaqt jinfetaħ ukoll ingaġġ ieħor għall-kuntistabblijiet. Illum hemm 1,033 membru tal-Korp li jagħmlu xogħol fid-distretti ta’ Malta u Għawdex.
Korp tal-Pulizija – xiri ta’ vetturi u muturi moderni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013 ‘il hawn, inxtrawx vetturi jew muturi moderni għall-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi matul il-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 sas-sena 2015 inxtraw sebgħin vettura u muturi għal-uzu tal-Korp tal-Pulizija, kif jidher fit tabella t’hawn taħt.
Sena
Vetturi
Muturi (Scooters)
Total
2013
12
2
14
2014
4
10
14
2015
42
-
42
Total
70
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet tal-appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija – membri trasferiti għas-Central Visa Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm talbiet u min kienu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li talbu li jiġu trasferiti għas-Central Visa Unit u kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jista’ jippreżenta l-lista ta’ membri tal-Korp li t-talba tagħhom intlaqet?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid f’liema perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li fil-31 ta’ Diċembru 2015 kienu bit-termination leave?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ninsab infurmat li sal-31 ta’ Diċembru, 2015, kien hemm sitta u erbgħin (46) membru tal-Korp bil-pre-retirement leave.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li fil-31 ta’ Diċembru 2015 kienu bit-termination leave?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett (3) Uffiċjali u erbgħa u għoxrin (24) membru regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu bit-termination leave.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw mill-korp fil-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni skont ir-rank tagħhom u l-kwantità għal kull rank?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Settembru 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015 kien hemm seba’ (7) membri tal-Korp illi rriżenjaw mill-Korp tal-Pulizija. Dawn huma kif jidhru hawn fit-tabella t’hawn taħt:
Spettur
1
Kuntistabbli
4
Kuntistabbli Mara
1
Kuntistabbli tar-Rizerva
1
Total
7
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — fuel għall-karozza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21683 u jgħid x'kienet in-nefqa fi fuel għall-karozza uffiċċju tiegħu bħala Ministru kif ukoll għas-second car tiegħu matul l-2015, xahar b'xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi :
L-ispi¿a fuq fuel għall-karozza uffiċjali uzata fil-perjodu msemmi minni kienet ta’ medja ta’ € 34 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 27 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena bħala Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ma nagħmilx uzu mit-tieni karozza.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm-il rekluta ġdid/a kellna fil-Korp tal-Pulizija? Kemm żdied il-complement tal-Korp s’issa, taħt din il-leġiżlatura?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-lum, kien hemm 229 il-rekluta ġdid fil-Korp. Taħt din il-leġislatura, il-‘compliment’ tal-Korp żdied b’451. Dawn kienu mqassma kif ġej:
· Rekluti – 229
· Re-instatements – 81
· Kuntistabbli tar-Riżerva – 138
· Spetturi tal-Pulizija (kandidati minn barra l-Korp) - 3
Korp tal-Pulizija – Rapid Intervention Unit — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri li jagħmlu parti mir-Rapid Intervention Unit fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk dan l-ammont żdiedx minn kif kienu qabel fl-iskwadra mobbli u fl-iSpecal Assignment Group rispettivament? Kemm-il vettura hemm illum li qed jintużaw fuq ronda mir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-31 ta’ Diċembru 2015, fis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit kien hemm mija, tnejn u tletin (132) membru. Bħalissa dan hu tmintax (18) il-membru tal-Korp inqas milli kien meta l-SAG u l-Mobile Squad ingħaqdu flimkien fl-Lulju 2013. In-numru ta’ vetturi li jintużaw għar-rondu mill-RIU huwa ta’ tletin (30).
Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdil kien hemm fl-Akkademja tal-Pulizija minn Marzu 2013 sal-lum? X’taħriġ jingħata lil kull min jattendi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-tibdil sinifikanti li kien hemm fl-Akkademja tal-Pulizija kien it-trasferiment tal-operat minn Sta Venera għall Ta’ Kandja. Kien hemm tibdil tal-Kmandant wara li spiċċa da ta’ qablu u inħatar direttur responsabbli mill-Operations – HR & Police Academy. Ma’ din it-tweġiba qiegħed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tlett tabelli li juru it-tahrig li sar fl-Akkademja minn Marzu 2013 sa Settembru 2015.