Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq it-toroq: il-Ġiżi, il-Veduta, Esprit Barthet, Markiż Scicluna u Manuel Agius fil-lokalita' tal-Madliena, Ibraġġ u Swieqi għaddej u meta dawn se jitlestew? Jista' jgħidilna kemm se tkun l-ispiża ta' kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Triq Giuseppe Xuereb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Giuseppe Xuereb, Birkirkara hijiex imdaħħla fil-lista tat-toroq li għandhom isiru bit-tarmac?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Importazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi jew vetturi s-sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu ġodda u ta' liema tip kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' vetturi impurtati f'Malta. Id-Direttorat tal-Liċenzji jżomm informazzjoni fuq vetturi li jiġu reġistrati u liċenzjati biex jintużaw fit-triq.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #23276 Sitting 489 2007-01-31 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ħal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, f'Ħal-Luqa kienet se ssir mill-Gvern Ċentrali mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa beda x-xogħol fuq l-istess Triq Ġużeppi Ellul wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-Gvern Ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23376.

Tarxien — Pjazza Agatha Barbara

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22509, dan ifisser li l-pjazza Agatha Barbara se tibqa' fl-istat li hi b'detriment għat-tfal li jattendu l-iskola Maria Goretti ġewwa Ħal Tarxien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-pjazza skond il-MEPA hija mmarkata bħala Sport Facilities, għaldaqstant mhux skemata bħala triq.

Trejqa li twassal għal Chadwick Lakes

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22540 u jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-triq li tagħti għaċ-Chadwick Lakes waqt il-proġett ta’ toroq tal-Protokoll Taljan kien limitat għall-parti żgħira tat-triq li tmiss mat-triq prinċipali u dan sar minħabba li l-livelli tat-triq prinċipali nbidlu u għalhekk kien neċessarju illi jiġu pparreġġjati l-istess livelli. Dan ix-xogħol ma kienx wieħed ta’ dimensjoni kbira u għalhekk l-ispejjeż konċernati kienu żgħar ħafna. Hija prassi illi meta tiġi rikostruwita triq jiġu anke kostruwiti partijiet żgħar minn toroq illi jinfdu għal ma' l-istess triq u dan minħabba r-raġuni relatati ma’ livelli hekk kif imsemmija fis- suespost . It-tul ta’ din it-tagħqida hija ta’ madwar sittin metru u l-ispejjeż ma jaqbżux Lm3,000.

Sinjali/Tabelli tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi u jgħid l-ammont tan-nefqa għas-sinjali tat-toroq u tabelli tat-toroq tal-gvern (mhux tal-kunsilli) għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006? Jista' jgħid ukoll jekk dawn ħarġux bit-tender jew b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infuramt li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteprellant hija kif tidher hawn taħt :- 2005 Direct Order Lm247,951.00 Tender Lm15,000.00 Total 2005 Lm262,951.00 October 2006 Direct Order Lm136,365.00 Tender Lm85,290.00 Total 2006 (sa Ottubru) Lm221,655.00 Id- Direct Orders ingħataw lil Koptasin biss.

Għargħur — Triq Santa Katerina

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 22954 u jgħid: Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13758. Sadanittant dan il-każ reġa’ tressaq quddiem l-Ombudsman mir-residenti. S’issa m’hemmx deċiżjoni.

Haż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar, il-parti li tinsab bejn Triq is-Santwarju u Triq il-Kunvent, meta din il-parti tat-triq xejn ma tinsab fi stat tajjeb bin-numru ta' karozzi li qed jgħaddu, aħseb u ara meta jiżdiedu l-karozzi minħabba l-irranġar tal-bypass il-ġdida, u dan b'konsegwenza li kollha se jkollhom jgħaddu minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Triq ta' Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi rranġata t-triq l-antika ta' Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li marbut ma' l-istudji li qed isiru bħalissa fuq l-iddiżinjar mill-ġdid tal-Bypass ta’ Wied il-Għajn, qed naraw il-possibilita li t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn, tintuża bħala rotta għad-devjazzjoni tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet. Għalhekk bħalissa qed isiru l-istejjem ħalli tkun magħrufa l-ispiża tax- xogħlijiet li jridu jsiru biex tiġi rranġata t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn.

Security mal-bieb ta' Sant'Anġlu — Shelter

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' shelter għas-security li qed ikun hemm mal-bieb li jagħti għal Sant'Anġlu, peress li qed ikunu esposti għall-elementi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bi ftehim bejn il-consortium u l-kumpanija li qed tipprovdi s-servizz ta’ sigurta’ mall-bieb ta’ Sant’Anġlu, fil-futur qarib dan is-security guard ser jiġi provdut tip ta' shelter adegwat.

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa f’kontijiet tat-telefon ta’ residenzi ta’ uffiċjali governattivi għas-sena 2005 u 2006 hija kif tidher hawn taħt :- 2005 2006 Lm Lm 599 536 Għad hemm xi kontijiet għax-xhar ta’ Diċembru 2006 li għadhom ma nbgħatux. Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.

Hal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22828 u jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, Hal-Luqa kienet se ssir mill-gvern ċentrali mingħajr mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali Luqa beda x-xogħol fuq l-istess triq wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-gvern ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħatat mill-kunsill lokali Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sar xogħol ta’ extensive patching. Dan ix-xogħol ma sarx mill-gvern ċentrali. Din it-triq qegħdha nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-gvern bejn 2006-2008.

Hal Qormi — Triq Tal-Armal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22827 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Tal-Armal, Qormi, li kienet oriġinarjament inkluża fil-pjan ta' 450 triq għall-bini mill-ġdid u resurfacing?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.

Hal Qormi — Triq ir-Ragħaj

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.

Mgarr — Triq ix-Xewkija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istejjem oriġinali tat-Triq Xewkija - Mġarr li x-xogħlijiet fuqha qed isiru bħalissa? Kemm huma mistennija li se jiswew x-xogħlijiet issa? Jista' jagħtini l-iskedi ta' kwantitajiet ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.