Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19921 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sistema tad-drenaġġ — fosos

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri speċifiċi qed jittieħdu biex fil-postijiet fejn fadal il-fosos dwar jitqabbdu mas-sistema tad-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-maġġoranza tal-fosos huma jew teknikament diffiċli inkella mhux ekonomikament vijabbli li jingħaqdu mas-sistema ta’ drenaġġ. Madanakollu l-Korporazzjoni qegħda tagħmel l-istudji neċessarji sabiex dawn jiġu integrati mas-sistema. Sadanittant il-fosos qegħdin u se jibqgħu jitbattlu b’mod regolari mingħajr ebda spejjeż fuq il-konsumatur.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Problema ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fil-kanen tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-individwu kkonċernat.

Stallar ta’ meter ta’ dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta’ meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-individwu kkonċernat.

Baħar iċ-Ċagħaq — tniġġiż tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn kien ġej it-tniġġiż tal-baħar f’Baħar iċ-Ċagħaq li ġie rappurtat għal żmien twil tul is-sajf 2015? Rapporti fil-media wrew li t-tniġġiż ma kienx ġej mill-park fil-viċin imma mix-xogħlijiet li kienu qed isiru fuq it-Triq tal-Kosta? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan hux minnu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni migbura mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fil-5 t’Awwissu kien iddikkjara li ż-żona tal-bajja Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq ma kinitx rakkomandata għall-għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ fil-baħar. L-izbroff tad-drenagg kien identifikat u l-problema giet solvuta. L-izbroff ma kienx gej mill-park imsemmi. Madanakollu jidher li ghadu gej ilma minn sors iehor mhux identifikat. Sakemm jinstab minfejn hu s-sors u ikun zgurat li ma hemm ebda periklu, ghawm f’din il-bajja ghadu mhux rikomandat.

tniġġiż fil-baħar — rapporti ta' mard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ mard (fosthom infezzjonijiet) li kienu kkawzati mit-tniġġiz fil-baħar? X’tip ta’ mard kien u mil-liema żoni tal-għawm ittieħed dan il-mard?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal liema perjodu qed tirreferi.

Tilqima tal-Meningits B

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17571, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ħadu t-tilqima tal-Meningitis B sena b’sena minn Jannar 2013 sa Settembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17571.

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17566, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’kollox li jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa? Min huma dawn il-persuni? X’inhi l-pożizzjoni tagħhom u kemm hu s-salarju tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17566

Sptar Mater Dei – Pazjenti fil-kuriduri

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W387, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fil-kuriduri jew f’dawn iż-żoni tal-Isptar Mater Dei (Medical Imaging Corridor, Pediatric Corridor (mhux tfal), Pediatric Day Care (mhux tfal), Day Surgery Recovery) matul Lulju u Awwissu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W387

Sptar Mater Dei — anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W388, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kien hemm aktar minn 140 pazjent anzjan fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jittieħdu għall-kura f’dar jew fi sptar tal-anzjani?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W388.
Leg 12 PQ #19209 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħaddiema impjegati ma’ kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema impjegati ma’ kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex f’Settembru 2015? F’liema oqsma kienu qed jaħdmu dawn il-ħaddiema fl-Isptar u ma’ liema kuntratturi? Kif ingħata x-xogħol lil dawn il-kuntratturi u b’liema rati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 18050

Sptar Monte Carmeli – numru ta’ pazjenti psikjatriċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant ghat-tabella t’hawn taht: Numru ta' Eta' MEDJA SENA Pazjenti psikjatrici IRGIEL NISA ta' l-Irgiel tan-Nisa 2004 1036 657 379 38 43 2005 1248 863 385 35 45 2006 1096 714 382 54 43 2007 1415 939 476 37 45 2008 1256 860 396 37 46 2009 1220 848 372 38 46 2010 1135 835 300 39 45 2011 1278 884 394 37 43 2012 1450 1055 395 38 43 2013 1304 910 394 35 43 2014 1431 989 442 38 43 Sad 29 ta' Settembru 2015 1087 724 363 34 44

Sptar Monte Carmeli — admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ admissions fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 19272.

Boreholes – meters stallati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew stallati meters mal-boreholes tal-bdiewa mill-aħħar ta’ Marzu 2014 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu ta' bejn l-aħħar ta' Marzu 2014 u l-aħħar ta' Settembru 2015 ġew installati 1445 (elf, erba’ mija, ħamsa u erbgħin) meter mal-boreholes tal-bdiewa.

Pjan nazzjonali dwar l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan nazzjonali dwar l-ilma li tħejja minn din l-amministrazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport “It-twettiq tal-Baġit 2015” li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19631 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ammont ta’ ilma provdut mill-WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' ilma li qed jiġi provdut kuljum, mid-diversi sorsi tal-WSC, liema ilma mbagħad jitpoġġa għall-użu divers li jkollu bżonn għall-ħtiġijiet ta' kuljum il-konsumatur? Kemm hu l-ammont ta' ilma li qed jiġi msoffi mis-sistema ta' tisfija tad-drenaġġ, kuljum? Kif jista jiġi spjegat id-differenza li hemm bejn iż-żewġ ammonti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produzzjoni mill-Impjanti tar-Reverse Osmosis hija madwar 52,605 (tnejn u ħamsin elf, sitt mija u ħamsa) metri kubu kuljum; dik mill-ilma tal-Pjan hija 22,272 (tnejn u għoxrin elf, mitejn,tnejn u sebgħin). Fir-rigward tal-ilma sekondarju, renaġġ ittrattat kuljum huwa ta 25.13 (ħamsa u għoxrin punt wieħed, tlieta) miljun metri kubu fis-sena, fil-waqt ilma użat għall-irrigazzjoni huwa 1.09 (wieħed punt żero, disgħa) miljun metri kubu fis-sena. Id-differenza bejn dak ittrattat u dak użat huwa li filwaqt li d-drenaġġ huwa ppurifikat fuq bażi kontinwu matul is-sena qabel ma jintrema fil-baħar, huwa biss fiż-żmien l-istaġuni xotti, illi jintuża għall-irrigazzjoni.
Leg 12 PQ #19632 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Mellieħa – Santa Marija Estate – xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-WSC tagħmel ix-xogħol neċessarju fuq is-sistema tad-drenaġġ li hemm f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa, biex din is-sistema tkun qed tassigura li ma jkunx hemm kontaminazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandi jidher li min naħa tal-WSC m'hemm l-ebda xogħol pendenti xi jsir f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa. Il-problemi ta' kontaminazzjoni ġejjin mill-"private house connections". Il-każ għadda għand id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.
Leg 12 PQ #19633 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Swimming pools reġistrati mal-WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' swimming pools li għandha reġistrati magħha l-Water Services Corporation? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi mod li l-ilma li jintuża minn dawn il-pools jerġa' jiġi utilizzat, għal skopijiet oħra, fosthom dawk agrikoli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reġistrazzjoni tas-swimming pools ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Water Services Corporation iżda tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. In-numru ta’ swimming pools reġistrati huwa ta’ 4080 (erbat’ elef u tmenin). B’mod ġenerali l-Gvern huwa favur ir-reuse ta’ kull riżors tal-ilma.
Leg 12 PQ #19634 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Fosos irreġistrati mal-WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fosos li hemm reġistrati mal-Water Services Corporation? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hemm tali fosos li huma reġistrati mal-WSC lokalità lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta' 536 (ħames mija, sitta u tletin) fossa reġistrati mal-WSC, imqassmin f'48 (tmienja u erbgħin) lokalita' differenti.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-individwu kkonċernat.