Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija fil-perjodu ndikat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi, dawn il-Kumpaniji ingħataw xogħol li fihom intefqet is-somma medja ta €609 kull darba.
F'kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi, dawn il-Kumpaniji ingħataw xogħol li fihom intefqet is-somma medja ta €393 kull darba.
F'kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8723, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba sħiħa għall-informazzjoni mitluba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija li qed tirreferi għaliha, diġa ingħatat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jitlob mir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ngħataw għall-użu minn kumpanija waħda partikolari, parti mill-art u l-moll tal-ex Malta Shipbuilding fil-Marsa, għall-finijiet ta’ ħatt u tagħbija minn vapuri? Jista’ jgħid l-allokazzjoni tal-art u l-moll sarux wara sejħa pubblika u fuq liema kundizzjonijiet? Jista’ jikkonferma li l-attività li qed tagħmel din il-kumpanija hija f’kompetizzjoni mal-attività tal-cargo terminal operators l-oħrajn bħal Valletta Gateway Terminals u l-Malta Freeport? Jikkonferma l-Ministru li l-użu tal-moll tal-Malta Shipbuilding għall-ħatt u tgħabija tal-merkanzija minn vapur ta’ din il-kumpanija partikolari qed isir b’esklużjoni ta’ vapuri oħrajn peress li Transport Malta ħarġet ordni biex il-moll ma jintużax għall-ħatt u tgħabija ta’ merkanzija ħlief minn din il-kumpanija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kienet ikkonċediet lil-kumpanija bħala esklużjoni u hija suġġetta għal numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li din tista tgħabbi biss merkanzija fuq il-vapuri tagħha.
L-allokazzjoni ta’ din l-art saret mill-Bord tad-diretturi tal-kumpanija. Fir-rigward tal-moll saret allokazzjoni minn Transport Malta.
L-attivita’ li qed tagħmel il-kumpanija m’hiex f’kompetizzjoni mal-attivita’ tal-Cargo Terminal Operators u oħrajn, minħabba l-konċezzjoni speċifika kif miftiehem ma’ Transport Malta.
L-użu tal-moll tal-Malta Shipbuilding minn din il-kumpanija partikolari, mhux qed isir b’esklużjoni ta’vapuri oħrajn, kif diġa’ msemmi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-operat tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-lum, b’mod partikolari l-istat finanzjarju tagħha, x’kuntratti għandha, mingħand min tixtri l-materjal li mbagħad jiġi mibjugħ fis-suq Malti jew jiġi transhipped, kemm ilhom fis-seħħ dawn il-kuntratti, xi proċeduri u kontrolli jiġu adottati għax-xiri u l-bejgħ, speċifikament – iżda mhux biss – jekk il-kuntratti jingħatawx sejħiet għall-offerti/quotations, kif jiġu determinati l-prezzijiet u minn min u jekk isirx due diligence bir-reqqa fuq il-kumpaniji barranin li jsir ix-xiri mingħandhom? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-kumpanija tiġi privatizzata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija toffri servizz ta’ ħażna ta’qmugħ u ma tixtrix prodotti hi.
Nixtieq inżid ukoll li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant hija ta’ natura sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u liċenzja li l-Maltco għandha sabiex tħaddem il-Lotterija Nazzjonali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interepllant hija ta’ natura kunfidenzjali. L-obbligu ta` kunfidenzjalita` toħroġ minn artiklu 20 tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor u wkoll mill-liċenzja nnifisha. Għalhekk, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed isegwi l-operat tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li fiha l-Gvern għandu sehem, u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni finanzjarja kurrenti ta’ din il-kumpanija, fejn wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni u x’se jsir mill-ishma li għandha l-kumpanija fil-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u kull interess ieħor li jista’ jkollha fl-istess kumpanija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-kumpanija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fi stat ta’ likwidazzjoni u bħalissa għadu għaddej il-proċess.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma’ ingħata l-ebda xogħol lill-individwu imsemmi bejn l-1998 u Marzu 2013.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-Kumpanija msemmija bejn l-2011 u Marzu 2013.
Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi saru ħmistax-il PR u media event li fihom intnefqet is-somma medja ta’ €730 għal kull event u x-xogħol ingħata skont il-proċeduri tal-procurement tal-gvern.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi saru sebgħa PR u media events li fihom intnefqet is-somma medja ta’ €760 għal kull event u x-xogħol ingħata skont il-proċeduri tal-procurement tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il safra saret minn Marzu minn membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji, inkluż impjegati u konsulenti tal-istess Awtorità? Min attenda, f’liema dati, f’liema pajjiżi, x’kien l-iskop tas-safra u x’kienet in-nefqa f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1887 li jien ippreżentajt fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar kuntratti ta’ konsulenzi mill-Ministeru wara l-11 ta’ Marzu 2013? Hemm xi diffikulta partikolari biex ikun hemm elenku ta’ dawn il-konsulenzi mill-11 ta’ Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ma hemm l-ebda diffikulta li jingħata l-elenku, tant u hekk li qed inpoġġi l-elenku fuq il-Mejda tal-Kamra.