B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 18875, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' konsulenza li ġie mogħti lill-perit Richard England?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal Kamra kopja tal-kuntratt ta' konsulenza konnessjoni mal-bini taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti (l-ewwel u t-tieni fazi) flimkien mal-ispazji ta' madwarr, inkluż Pjazza Ħelsien, li gie mogħti lill-Perit Prichard England kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija numru 19107?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li b'żieda għat-tweġibiet ghall-mistoqsijiet Parlamentari numru 18751 u 18763, saret spiża ta' Lm4,622, li għad m'hiex kompluta, sabiex jiġu ipprovduti facilitajiet għas-Sliema Wanderers Football Club minflok dawk li għandhom illum f'Tigne'
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir fil-prattika min-naħa tad-dipartiment responsabbli biex jiġu kkontrollati u bit-tama li jiġu meqruda l-ġrieden li hemm fl-area ta' Ta' Farsina u fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinżabru s-siġar fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi, li huma qrib il-bus shelter ta' qrib iċ-ċentru tas-saħħa, u li huma ta' inkonvenjent għar-resident ta' l-area?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-persuna li isimha qiegħed jingħata separatament li jaħdem fil-park nazzjonali f'Ta' Qali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-grad tal-persuna msemmijha huwa ta' 'Health Attendant B', li bhal issa dan qed jagħmel xogħol ta' Acting Supervisor fin-National Country Park Ta' Qali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti ta' fawran tad-drenaġġ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Fejn kienu u x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' stoppages/blockages ta' drenaġġ madwar Malta kollha matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena jammontaw għal 543. Dawn kollha jkunu ġew irranġati kważi fl-istess ġurnata li jkunu rrappurtati.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm hu stmat li ġie jiswa x-xogħol li sar fuq il-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu?
Kemm tħallas s'issa minn dan il-kont?
Kemm fadal xogħol xi jsir u kemm huwa stmat li jiswa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li xogħol minn ħaddiema tal-gvern fil-Kottonera jinsab wieqaf għax hemm nuqqas ta' materjal fosthom siment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-present ma hemm l-ebda xoghol fil-Kottonera li jinsab wieqaf minhabba nuqqas ta' siment.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili xi nformazzjoni li jista għandu sabiex ikun jista jsir l-istħarriġ meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18459 (Seduta 364).
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji barranin wrew l-interess li jiftħu wind farms f'Malta biex jipproduċu l-enerġija mir-riħ? Liema partijiet ta' Malta u Għawdex huma tajbin biżżejjed biex jipproduċu l-enerġija mir-riħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Diversi kumpaniji tkellmu mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fuq proġetti ta' wind farms. Id-dipartiment inkuraġġixxa dawn l-inizjattivi u talabhom li jitkellmu ma' l-Enemalta u mal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.
Ma naħsibx li jkun prudenti li jingħataw ukoll l-ismijiet tal-kumpaniji nvoluti.
Peress li jidher li l-proġett li kien hemm għal Pjazza Sta. Margerita, Bormla waqaf, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jitkompla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta? Jista' jgħid ukoll jekk il-pjanti oriġinali nbidlux jew se jinbidlu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-proġett ser jitkompla, pero' fuq rikjesta tal Kunsil Lokali ta' Bormla kien hemm xi tibdiliet fil-pjanti.
Bħalissa qed isir xoghol fuq il-pjanti ġodda biex jiġu ppreżentati lill-Awtorita ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni.
Peress li x-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna kien waqaf minħabba l-azzjonijiet tal-GWU, issa li dawn l-azzjonijiet tneħħew, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq il-ħajt tal-Bacir Nru.1, fil-fatt qiegħed jitkompla.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18414, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex Ġnien tal-Kmandant fiż-Zejtun jiġi restawrat?
Jista' jgħid ukoll jekk sarux diskussjonijiet jew kuntatti mal-kunsill lokali taż-Zejtun dwar x'jista' jsir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari nru.18414, jiena ninsab infurmat li ma saru l-ebda diskussjonijiet jew kuntatti bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Unit tar-Restawr, Taqsima tax-Xoghlijiet dwar ir-restawr ta' Ġnien tal-Kmandant fi]-Żejtun.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18075?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija din:
Konsulenti Barranin Qasam Tip ta' Xogħol Ħlasijiet
---------------------------------------------------------------------------------------------------------
MVA (UK) Dipartiment tal-Bini Site Surveys,'transy analysis' GBP 9,015 u
u Inġinerija u apport. Dan ix-xogħol Lm100 spejjeż
jikkomprendi jumejn ta'
'site survey' u erba' ġimgħat
għall-preparazzjoni tar-rapport
Cassar, Grech & Sezzjoni għall- Master Plan tad-Drenaġġ Lm174,000
Ebejer,KOCKS Gmbh Implimentazzjoni għat-Tramuntana ta' Malta
tal-Master Plan
tad-Drenaġġ
Cassar, Grech & Sezzjoni għall- Master Plan tad-Drenaġġ Lm280,000
Ebejer,KOCKS Gmbh Implimentazzjoni għan-Nofsinhar ta' Malta
tal-Master Plan u mistenni jkopri sas-sena 2005
tad-Drenaġġ
Dorsh Consult Sezzjoni għall- Project Management fuq Lm608,000
Implimentazzjoni il-Master Plan tad-Drenaġġ
tal-Master Plan
tad-Drenaġġ
COWI Consult Sezzjoni għall- Disinn finali ta' l-impjant Lm 35,600
Implimentazzjoni għat-tisfija tad-Drenaġġ
tal-Master Plan fit-Tramuntana u Għawdex
tad-Drenaġġ
Master Plan
tad-Drenaġġ
Theatre Projects Rehabilitation of Konsulenza għat-Teatru Ibbażat fuq spejjeż
Consultants St. James Cavalier tal-Kavallier ta' San Ġakbu u numru ta' sigħat
Frank Franjue Rehabilitation Project Konsulenza fid-dwal fuq FF 80,000
il-pavimentar ta' Triq ir-Repubblika
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju ta' l-analisi ta' l-inspectors Ingliżi li qed jagħmlu fir-rigward it-trab iswed li qed joħloq inkonvenjent fis-south ta' Malta? Jekk tlesta x'kien r-rapport li ħarġu u jekk jistax jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? X'se jsir issa min-naħa tal-gvern fuq dan ir-riżultat? Kemm sewa lill-gvern Malti biex dawn l-inspectors Ingliżi jitħallsu għal dan l-analisi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif issa il-Gvern diġa ħabbar diversi drabi dan ir-rapport se jitlesta sa l'aħħar ta' Settembru, u jsir pubbliku. Il-Gvern imbaġħad jieħu l'passi kollha possibbli skond ma' jirrizulta mill-istess rapport.
Dan ir-rapport sewa Lm6600.