Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24977 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Xkumat

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jerġa jirrevedi d-deċiżjoni li ħa dwar il-ħalib xkumat peress liċ-ċittadini qed isibu inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.
Leg 9 PQ #24930 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm hija l-ħażna tal-laħam tal-BIS fil-biċċerija fil-mument? Jista' jgħid kemm huwa l-valur tal-ħlas li jrid isir sal-lum lir-raħħala u l-biċċiera privati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Marzu, fil-cold stores tal-biċċerija, kien hemm 118-il tunellata ċanga, li kollha hija mibjugħa b'tender. Is-somma dovuta lir-raħħala u l-biċċiera privati sa l-aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm 268,645.
Leg 9 PQ #24931 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħatt ta' Felu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-investigazzjoni li saret dwar il-każ rapportat mill-ġurnal l-orizzont ta' l-Erbgħa 28 ta' Marzu 2001, f'paġna 3, dwar il-felu li nħatt bil-moħbi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-felu li ssema fil-ġurnal li rrefera għalih, iddaħħal f'Malta bil-liċenzji, bir-release order u biċ-ċertifikati skond il-kundizzjonijiet li nħarġu mis-Servizz Veterinarju.
Leg 9 PQ #24932 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar/Għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm huwa n-numru tal-merħla tal-baqar u għoġġiela fl-irziezet fil-mument f'Malta u f'Għawdex? Jista' jinfurmana kemm kien l-istess numru sa l-aħħar ta' Diċembru li għadda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-rekords tat-testijiet li jsiru fl-irziezet matul is-sena, in-numru ta’ baqar u għoġġiela f'Malta u f'Għawdex huwa skond it-tabella hawn taħt: Malta 11,936 Għawdex 1,617
Leg 9 PQ #24934 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRL — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 23390 dwar ir-residues levels tal-laħam abjad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi: Laħam Abjad (Tjur) Anticoccidials 15 il-kampjun: riżultati kollha negattivi. Sulfonamides 4 kampjuni: riżultati kollha negattivi. Quinolones 10 kampjuni: riżultati kollha negattivi.
Leg 9 PQ #24884 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Produtturi tal-Ħalib Frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-ħalib frisk oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Leg 9 PQ #24885 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Agro-Industrijalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' agro-industrijalisti li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru agro-industrijalisti oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Leg 9 PQ #24926 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Met Office — Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'pożizzjoni uffiċjali ħa l-Ministeru dwar il-ħlas ta' Lm2.10 li l-met office qed jitlob lis-sajjieda Maltin u Għawdxin? Jista' jara li din it-taxxa fuq is-sajjieda tiġi mneħħija immedjatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MIA Met Office ma jaqgħax taħt il-Ministeru tiegħi. Pero' xorta waħda l-Ministeru segwa mill-qrib dan is-suġġett. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. Interpellant illi l-MIA Met Office ħarġet stqarrija fit-30 ta' Marzu 2001, fejn huwa ċar li s-servizz kollu li kienu jingħataw is-sajjieda għadu jeżisti. L-Uffiċju Meteoroloġiku joħroġ rapport ta' tbassir tat-temp kull sitt siegħat lill-mezzi kollha tax-xandir, lit-turretta tal-palazz il-Belt u lill-Valletta Radio. L-informazzjoni hi ukoll aċċessibli minn fuq il-website tal-MIA kif ukoll permezz ta' short messaging system (SMS) tal-Vodafone. Ir-rapport tat-temp jinkludi previżjoni għal erbgħa u għoxrin siegħa jew tlett ijiem kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-baħar fuq medda ta' ħamsin mil nawtiku madwar il-gżejjer Maltin. Dan jiġi ppublikat darbtejn kuljum fuq il-website tal-MIA kif ukoll fuq l-SMS u jiġi mibdul meta u jekk ikun hemm bżonn. Barra minnhekk rapport tat-temp dettaljat għal matul il-lejl speċifikament għall-baħħara u s-sajjieda jixxandar minn fuq il-mezzi tax-xandir tal-istat kuljum bejn l-erbgħa u l-ħamsa ta' filgħaxija. L-ispiża ta' talba speċifika għar-rapport normali tat-temp issa saret 21ċ minflok il-5ċ ta' qabel. Rigward is-servizz professjonali dedikat, li jiswa Lm2.10c, dan ma kienx dirett lejn is-sajjieda. Dan is-servizz rarament kien jingħata wkoll bit-telefon mingħand il-Met Office. Il-Met Office kien jirċievi numru kbir ta' telefonati kuljum għal rikjesta tat-temp ta' kull tip min mara tad-dar sa kuntratturi ta' xogħol fuq il-baħar. L-okkażjonijiet fejn sajjieda talbu l-informazzjoni tat-tip tas-servizz professjonali kien negliġibli fl-aħħar snin.
Leg 9 PQ #24928 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Servizzi Veterinarji — Liċenzji ta' importazzjoni ta' tjur/annimali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm ddaħħlu f'Malta u f'Għawdex annimali, tjur, għasafar , eċċ. bil-liċenzji u l-permessi tad-dipartiment tas-servizzi veterinarji minn Jannar 'l hawn? Minn liema pajjiżi ddaħħlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju illi daħlu annimali u għasafar skond it-tabella segwenti: Belġju Għasafar u Ħamiem sad- 09 ta' Marzu Olanda Għasafar u Ħamiem sas- 06 ta' Marzu Italja Fniek sas- 07 ta' Marzu Spanja Għasafar sas- 26 ta' Frar Żvezja Żwiemel sa' l-20 ta' Frar Franza Żwiemel sas- 26 ta' Frar Renju Unit Għasafar u Ħamiem sas- 07 ta' Frar
Leg 9 PQ #25327 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25487 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn filwaqt li x-xerrejja tal-laħam qed jitħallew jidħlu fil-biċċerija matul il-qatla u l-bejgħ taċ-ċanga (nhar ta' Tlieta), mhumiex qed jitħallew jidħlu nhar ta' erbgħa meta ssir l-qatla tal-majjal? X'vantaġġi qed toffri din id-differenza sabiex titnaqqas l-infettivita' tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li meta twaqfet is-sistema tax-xiri tal-majjal mid-Distributuri din kient bl-iskop li fil-biċċerija jitnaqqas, minħabba hygiene, kemm jistgħa jkun id-dħul ta' persuni. Għar-rigward il-bejgħ taċ-ċanga din issir b'sistema differenti għax iċ-ċanga ma tinbiegħx bil-karkassa imma bil-biċċiet.
Leg 9 PQ #24881 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru bdiewa oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul il-perijodu msemmi, il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kemm 'il darba flimkçn jew permezz tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea għin u assista diversi korpi u ndividwi mis-setturi tal-bçdja u sajd jiffamiljarizzaw ruħhom mas-sistemi tal-Politika Komuni tal-Bçdja u dik tas-Sajd. Fil-fatt fuq viżiti ta' din ix-xorta bbenefikaw membri mill-Farmers' Wine Cooperative (flimkçn ma għassara oħra ta' l-inbid), mill-Assoċjazzjoni tal-Bdçwa, mill-Koperattiva Ċentrali tal-Bdçwa, u mill-APEX. Għajnuna simili tibqa' tingħata kull meta jkun hemm l-opportunita.
Leg 9 PQ #24882 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Produtturi tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-majjal li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-majjal oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Leg 9 PQ #24883 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Produtturi tal-Laħam Abjad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-laħam abjad li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-laħam abjad oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Leg 9 PQ #25321 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25055 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Skumat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern humiex se jibqa joffri ħalib skumat għall-bejgħ bi prezz issussidjat? Jekk iva, minn fejn se jsir? Jekk le, għaliex twaqqaf dan is-servizz u kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu min dan is-servizz s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qatt ma offra ħalib skumat bi prezz issussidjat. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien ibiegħ trab tal-ħalib xkumat u qatt ma kien bi prezz issussidjat. Dan it-trab mhux ser jibqa' jinbiegħ aktar. Dan għaliex kif diġa għidna fi stqarrija, dan it-tip ta' ħalib jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-merċa u mis-supermarkets, minn fejn hu aktar iġeniku għax ippakkjat u għandu tikketta kif titlob il-liġi. Barra minnhekk id-ditta Malta Dairy Products qed tistudja kif tista' tbiegħ dan it-tip ta' trab tal-ħalib hi stess. Ma nistax ngħid kemm kien in-numru ta' persuni li xtraw trab tal-ħalib is-sena l-oħra għax dan it-tip ta' rekord ma jinżammx.

Siġar

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilita li jinżergħu xi siġar fl-area ta' Ġuże Cardona Street fil-parti li tmiss ma Mdina Road, Ħal Qormi bil-għan li jispiċċa l-iżdingar li hemm bħalissa kif wkoll biex jifred iż-żewġ toroq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li din it-triq taqa taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Kunsill Lokali, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel it-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24866 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjan tal-gvern għal qasam tas-sajd fil-gżira ta' Għawdex għal din is-sena u s-sena d-dieħla? Kemm huma l-flus ivvotati għal dan il-pjan? Kemm hija mistennija li tgħola l-produzzjoni u liema produzzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24869 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żejtun — Bdiewa - Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jinformana għaliex bdiewa mill-inħawi taż-Żejtun ilhom għal dawn l-aħħar tliet xhur ma jirċievu ilma mill-impjant ta' San Antnin? Jista' jara li jingħataw kumpens finanzjajru għall-ħsarat kawżati minħabba dan in-nuqqas li kkawża l-qerda ta' prodotti li kellhom fuq l-uċuh tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-provista tal-ilma reċiklat mill-Impjant ta' Sant' Antnin għax-xahar ta' Jannar laħqet 1,476m3 ekwivalenti għal 29.5 miljun gallun ilma. Il-provista ta' ilma reċiklat għax-xahar ta' Frar leħqet 58m3 ekwivalenti għal 12,760 gallun ilma. Dan in-nuqqas ta' volum kien dovut għal ħsara teknika li kien hemm fuq il-main prinċipali li jissupplixxi id-drenaġġ lill-Impjant tar-reċiklaġġ ta' Sant' Antnin. Għaldaqstant l-Impjant dam wieqaf kważi x-xahar ta' Frar kollu u beda jippompja l-ilma fil-ġibjuni fl-ewwel ġimgħa ta' Marzu. Dan id-dewmien ħoloq domanda kbira mill-bdiewa peress li m'għamlitx xita u kien diffiċli biex tirkupra d-domanda li kien hemm wara li beda jaħdem l-Impjant. Mhux il-każ li jingħata kumpens minħabba dan.
Leg 9 PQ #24870 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jinformana x'ġara mill-Lm50,000 li l-Kabinett kien approva bħala kumpens lill-bdiewa, peress li minnhom kienu ngħataw biss Lm29,000? Jista' jara li l-bdiewa taż-Żejtun, li għal dawn l-aħħar tliet xhur ma kellhoms ilma minħabba l-ħsarat fl-impjant ta' San Antnin, jingħataw kumpens mill-bqija tal-flus li l-Kabinet kien approva għall-għajnuna tal-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-istimi preliminari ta' l-art li saru minħabba l-maltempata u li fuqhom saret it-talba lill-kabinett kienu għal Lm50,000, iżda l-għajnuna ngħatat biss lil dawk li ssottomettew l-irċevuti għat-tiswijiet ta' xogħolijiet li saru u li kienu kawża tal-maltempata. Flus li ġew ipprovduti għal xi għan partikolari ma jistgħux jintużaw għal xi għan ieħor. Fir-rigward għat-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24310.