Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-MIC sponsorja parti mill-ispejjeż tax-xandir ta' l-għoti tal-oscars fuq Net TV? Kemm ġie jiswa dan l-isponsorship? Sponsorship bħal dan kif jinwadra fix-xogħol tal-MIC?
Response (BORG, JOE)
Il-fatt li dehru riklami tal-MIC waqt ix-xandira taċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-Oscars fuq NET TV, programm li jiġbed udjenza mdaqqsa, bl-ebda mod ma jikkostitwixxi xi forma ta' sponsorship.
Inoltre nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32732.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm tħallsu flus f'riklami u programmi ta' informazzjoni li tħallsu mill-MIC lill-ġurnali, stazzjonijiet tar-radio u stazzjonijiet tat-televizjoni matul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u xahar b'xahar lil kull mezz differenti ta' komunikazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisers mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li għandhom it-titolu ta' ambaxxatur u f'kull każ x'jisimha l-persuna? X'tip ta' konsulenza tintalab mingħand it-tali persuna/i? Għal-liema perjodu ta' żmien dawn is-servizzi huma meħtieġa u f'kull każ minn qiegħed jawtorizza dawn l-impjiegi? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux ħsieb jaħtar lil din jew dawn il-persuna jew persuni bħala ambaxxatur residenti barra l-pajjiż?
Response (BORG, JOE)
Fil-Ministeru, persuna waħda taħdem bħala advisor (is-sur Salv Stellini) li żammet it-titolu ta` Ambaxxatur. Żewġ persuni oħra (is-sur Alfred Zarb u Dr Stephen Calleya) għandhom l-istatus ta` Ambaxxatur. L-ingaġġ ta` dawn in-nçs, li huwa fuq bażi part time, huwa approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-kontribut li jagħtu kull wçħed minn dawn l-uffiċċjali huwa speċifikat fil-kuntratti tagħhom, u jçħu in kunsiderazzjoni l-ispeċjalizazzjoni partikolari ta` kull wçħed minnhom.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kull ċittadin Malti, mhux neċessarjament xi ħadd minn dawn it-tlieta minn nçs biss, li jkollu jew li jkollha l-kwalitajiet u l-abbiltajiet meħtçġa bçx tirrappreżenta denjament lil Malta f'ambaxxata barra l-pajjiż jista` jiġi ikkunsidrat għan-nomina ta` Ambaxxatur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi residenti Malta u ambaxxaturi residenti barra l-pajjiż? X'etajiet għandhom kull ambaxxatur? Kemm minn dawn l-ambaxxaturi huma maħtura bħala political appointees?
Response (BORG, JOE)
Hemm għaxar (10) ambaxxaturi residenti Malta u għoxrin (20) ambaxxatur residenti barra minn Malta, li minn dawk residenti barra minn Malta hemm erbatax (14) political appointees waqt li kif ġeneralment kçnet il-prassi, dawk residenti Malta huma kollha political appointees. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-çħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Nixtçq inżçd ngħid li hemm ukoll tlett advisers, li wçħed minnhom għandu t-titolu ta` ambaxxatur filwaqt illi t-tnejn l-oħra għandhom status t'ambaxxatur. F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-interpellanza numru 32792.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2001 sal-llum kienx hemm Ambaxxaturi Maltin li niżlu Malta fuq xogħol uffiċjali jew vaganza privata f'kull każ li ġie mħallas mill-fondi pubbliċi? Kemm-il darba niżlu Malta u għal liema raġuni?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru matul dawn l-aħħat tliet snin mill-Gvern Malti għal għajnuna teknika u lil liema pajjiżi saru dawn il-talbiet? Jista' l-Ministru jelenka l-għajnuna teknika li rnexxielu jġib il-Gvern Malti permezz tal-ħidma diplomatika matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BORG, JOE)
Matul dawn l-aħħar tliet snin, saru diversi talbiet lil, u ġew mistħarrġa numru ta’ opportunitajiet għal għajnuna teknika mingħand, diversi pajjiżi. Dawn it-talbiet saru jew f’forma ta’ arranġamenti ad hoc, jew taħt provvedimenti ta’ ftehim, protokoll jew strument ieħor diġa` ezistenti. Din li ġejja hija lista mir-rekords tal-Ministeru tiegħi, ta’ pajjiżi li laqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet ta’ Malta.
· Iċ-Ċina
Fl-isfond tal-laqgħat tal-Joint Mixed Economic Commission li bdiet tiltaqa kull sena mill-1999, il-Gvern Malti rċieva żewġ għotjiet ta’ 3 miljun RMB (madwar Lm160,000) il-waħda (f’Settembru tas-sena 1999 u f’Lulju tas-sena 2001) mingħand il-Gvern Ċiniż għal għajnuna teknika. Ġie miftiehem li dawn l-għotjiet jiġu wżati għal xiri ta’ tagħmir għal Malta Drydocks u għal xogħol ta’ dredging fil-Malta Shipbuilding.
F’Gunju tas-sena 2001 ġie ffirmat ftehim bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Armata Ċiniża għal għotja ta’ assistenza militari b’valur ta’ 3 miljun RMB.
· L-Egittu
Erba` membri tal-Korp tal-Puliżija Malti ħadu sehem f’taħriġ fil-Kajr waqt li żewġ uffiċjali attendew kors dwar l-investigazzjoni kriminali u tnejn oħra pparteċipaw f’kors dwar il-ġlieda kontra id-droga u l-kuntrabandu matul l-1999 u l-2000.
· Il-Gappun
Fis-sena 2000, saru diversi talbiet għas-servizzi ta’ esperti fl-isfond ta` l-Expert Dispatch Programme tal-Japanese International Co-operation Agency (JICA). Dawn saru mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, mill-Maltacom, mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, u mill-Ministeru ta` l-Agrikultura u Sajd, fl-oqsma segwenti: information technology and multimedia production; advanced intelligent network services; information technology; plant biotechnology and plant quarantine.
Fl-isfond tal-JICA Expert Dispatch Programme, konsulent Gappuniż dwar l-investiment provda s-servizzi tiegħu lill-Malta Development Corporation minn Jannar ta’ l-1998, sa Jannar tas-sena 2001. Espert Gappuniż tat-telekomunikażżjonijiet kien assenjat mal-Maltacom f’Jannar tas-sena 2000 għal perjodu ta’ xahar. Espert Gappuniż dwar il-produzzjoni tal-programmi kien assenjat mal-Public Broadcasting Services f’Settembru tas-sena 2000 għal perjodu ta’ xahrejn..
Diversi korsijiet qosra ta’ taħriġ fuq bażi individwali ntalbu fl-isfond tal-JICA Individual Training Programme. Bejn is-sena 1999 u 2002 il-korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu għaxra: 1999 (2), 2000 (3), 2001 (3), 2002 (2).
· Il-Germanja
Żewġ kadetti navali ta` l-AFM ingħatatilhom borża ta’ taħriġ għal perijodu ta’ sentejn. Inkisbet ukoll għajnuna f’ċerti oqsma tekniċi għall-universita’ u fl-istandardization metrology.
· L-Italja
Taħt il-provvedimenti tar-IV Protokoll Finanżjarju, Malta kompliet tibbenefika minn għajnuna teknika f’diversi progetti siewja għall-pajjiz (inkluż l-aħħar tranche ta’ Lit. 24 biljun bħala kontribut għal bilanċ tal-pagamenti ta’ Malta). Fost il-proġetti li bbenefikaw minn dan il-finanżjament hemm il-Power Station ta’ Dellimara, ir-riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes, it-twaqqif tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, it-twaqqif taċ-Ċentru għall-Istudju tar-Restawr b’Bighi u r-restawr ta’ fortizzi u fortifikazzjonijiet.
Bi ftehim mal-forzi armati ta` l-Italja, 21 uffiċjal Malti pparteċipaw f’diversi korsijiet ta’ speċjalizzazzjoni fil-qasam militari fl-Italja.
· L-Izrael
Mingħand l-Israeli Technical Co-operation Institute (MSHAV), Malta bbenifikat minn 30 borża ta’ studju f’diversi suġġetti tekniċi u speċjaliżżati f’istituzzjonijiet ta’ tagħlim avvanzat. Il-benefiċjarji Maltin segwew korsijiet fil-kura tas-saħħa u nursing, fil-labour studies, l-isvilupp tar-riżorsi umani u fl-edukazzjoni tat-tfal.
· Ir-Renju Unit
Ingħatat assistenza teknika permezz ta’ korsijiet għall-kadetti Maltin fl-akkademja ta’ Sandhurst.
· Singapore
Ċittadini Maltin ħadu sehem f’diversi korsijiet qosra ta’ taħriġ li ntalbu fl-isfond tal-programm ta’ koperazzjoni tal-Management & Training Services Division. Bejn is-sena 1999 u 2002 il-korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu tmienja u għoxrin: 1999 (1), 2000 (3), 2001 (18), 2002 (6).
· L-Istati Uniti ta’ l-Amerka
Fuq talba ta’ Malta, il-Gvern Amerikan approva fl-2000 għajnuna teknika ta’ valur ta’ $13 miljun fuq perjodu ta’ sentejn għax-xiri ta’ tagħmir ta’ search and rescue għal Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll għax-xiri ta’ tagħmir għas-serviżżi tad-Dwana.
· l-Isveżja
L-Agenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Svediża bagħtet f’ Malta lil Hans Roland Lindgren, espert Svediż fuq l-ambjent, biex jgħin fl-implementazzjoni ta’ liġijiet fuq l-ambjent. Din iż-żjara seħħet matul Lulju tas-sena 2000.
Żewġ uffiċjali mill-AFM ipparteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ mmexxija mill-iSWEDINT (Swedish Armed Forces International Training Centre).
Nixtieq inżid li barra minn hekk, mill-informazzjoni li ksibna mid-Direttorat għall-Politika Reġjonali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien hemm ukoll għajnuna teknika bilaterali li għandha x’taqsam mall-proċess tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Din l-għajnuna teknika bilaterali hija oltre l-għajnuna teknika minn Pajjiżi Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja li tiġi mogħtija mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-fondi mogħtija lil Malta qabel tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja bħala pre-accession assistance. Bħalissa Malta qed tirċievi għajnuna teknika bilaterali mingħand ir-Renju Unit, l-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Franza u n-Norveġja. Din l-għajnuna teknika qed tingħata f’dawn is-setturi:
IR-RENJU UNIT
Generali
· Taħriġ fis-sengħa tan-negożjar
· Taħriġ dwar ko-ordinament u ko-operażżjoni bejn id-dipartimenti tal-gvern
Agrikoltura
Espert fuq ir-Risorsi Umani.
Pjan għal-Iżvilupp Rurali.
Programm ta’ taħriġ fil-Pjan għal-Iżvilupp Rurali.
Programm ta’ taħriġ fil-
Common Fisheries Policy
u
Common Agricultural Policy
.
Apikultura.
Servizzi Veterinarji.
Gustizzja u Affarijiet Interni
Taħriġ għal Ġudikatura fl-oqsma relatati mal-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Taħriġ għal Ġudikatura fuq
drafting
tal-liġijiet.
Ambjent
Twaqqif ta’ l-
Environment Protection Agency
(EPA).
Species Action Plan
għal Malta.
Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol
Saħħa u Sigurta` - Għajnuna sabiex tiġi implimentata d-Direttiva ta’ SEVESO II.
Saħħa u Sigurta` fuq il-post tax-xogħol għal
Works Division
(
Risk Assessment
).
Politika Barranija u ta’ Sigurta` Komuni (CFSP)
Espert fuq il-CFSP.
Kontroll fuq l-esportazzjoni.
Unjoni Doganali
Ristrutturar tad-Dipartiment tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi.
Trasport
Taħriġ għal Investigaturi ta’ l-Inċidenti ta’ l-Ajruplani. (Dipartiment ta’l-Avjazzjoni Ċivili)
ĠERMANJA
Ambjent
Immaniġġjar ta’ skart.
SPANJA
Agrikoltura
Drafting
tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta’ Malta.
FRANŻA
Lecturers
provduti lil SDO biex torganiżża diversi seminars dwar il-Politika Soċjali,
Market
Surveillance
, Politika Reġjonali, Saħħa Pubblika, Gustiżżja u Affarijiet Interni kif ukoll fil-
Competition Policy
.
ITALJA
Taħriġ fl-Italja ta’ uffiċjal mill-
Consumer and Competition Division
, (Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi) ma` l-
Autorita’ Garante della Concorrenza
.
NORVEĠJA
Ambjent
Għotja ta’ makkinarju għall-kontroll tal-ħruġ ta’ dħaħen
hydrocarbon
mill-installazzjonijiet ta’ l-Enemalta.
Din l-għajnuna ma tinkludix għajnuna mogħtija lil Malta mill-Unjoni Ewropeja taħt il-protokolli finanzjarji u l-pre-accession assistance u għajnuna oħra mingħand organiżżazzjonijiet multilaterali bħall-Ġnus Magħquda, il-Kunsill ta’ l-Ewropa, il-Commonwealth, l-Organiżżjoni għall-Ikel u Agrikoltura (FAO), l-Organiżżazzjoni għas-Sigurta` u Ko-operazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u l-Agenzija Internazzjonali għall-Energija Atomika (IAEA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża għar-restawr tal-faċċata tal-bini 'Palazzo Parisio', li fih hemm il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Kemm tammonta l-ispiża għall-manutenzjoni tal-lift li jinsab fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002? Kemm-il darba waqaf jaħdem dan il-lift?
Response (BORG, JOE)
Il-kuntratt għax-xogħol ta` restawr tal-faċċata tal-bini Palazzo Parisio, l-Uffiċċju Ewlieni tal-Ministeru tçgħi, ngħata wara sejħa pubblika għal offerti. L-ammont tal-kuntratt huwa ta` Lm 64,822.65.
Dwar il-lift, l-ispiża għall-manutenzjoni tçgħu għall-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002 tlaħħaq Lm1,916.64. Fl-istess perjodu, il-lift waqaf 131 darba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlassijiet li l-MIC iħallas għas-slot li għandu fil-program televiżiv tal-PBS stedina?
Response (BORG, JOE)
Il-MIC ma ntalbitx ħlas għas-slot msemmija, li tikkonsisti f'intervista qasira ma' uffiċċjal tal-MIC mill-preżentatur jew preżentattriċi tal-programm. L-intervista tittratta suġġett ta' attwalita', b'rabta ma' l-Unjoni Ewropea, li tkun ta' nteress għat-telespettaturi in generali.
Irrid ngħid illi stazzjonijiet televiżivi u tar-radju lokali oħrajn, ħlief għal Super One, jistiednu lill-MIC b'mod regolari sabiex jagħmlu slots simili fil-programmi tagħhom, bl-iskop li jżommu lill-pubbliku Malti u Għawdxi dejjem aġġornat. Dawn is-slots ikunu wkoll bla ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġunijiet li fil-laqgħat tal-MEUSAC ir-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda ma qablux mat-42 proposta għall-arrangamenti speċjali dwar is-settur tal-biedja lokali li l-Gvern se jinnegozja ma' l-UE? Għaliex il-Gvern ma rrispettax il-pozizzjoni ta' dawn ir-rappreżentanti tal-bdiewa u estenda aktar id-diskussjoni fil-pajjiż?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ngħid lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix korretta. Qabel il-laqgħa tal-MEUSAC, kienu saru żewġ turni ta' taħdidiet formali mar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala dwar proposti li kien fassal il-Gvern għal arranġamenti speċjali fil-qasam tal-biedja. Dawn iż-żewġ turni saru oltre taħdidiet oħrajn mhux uffiċċjali li nżammu ma' uffiċċjali tal-Gvern.
Wara dawn it-taħdidiet saret il-laqgħa tal-MEUSAC li għaliha kienu mistiedna r-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala, korpi kostitwiti, organiżżazzjonijiet mhux governattivi u rappreżentanti tal-Gvern. Il-laqgħa ħadet il-ħin tagħha u sar qbil dwar numru ta' tibdiliet għall-pożizzjoni li ġew miftiehma u aċċettati. Il-pożizzjoni ta' Malta li kienet tirrifletti t-tibdiliet kollha ssuġġeriti waqt il-laqgħa tal-MEUSAC, ġiet aċċettata mill-Kumitat tal-Kabinett tal-Ministri u ppreżentata lil-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-kummenti tagħha.
Il-pożizzjoni ta' Malta li ġiet diskussa fil-MEUSAC ma kinietx tinkludi dik il-parti li tirrigwardja it-tneħħija tal-levies u l-programm li jrid jipprepara l-Gvern biex itaffi l-impatt ta' l-arranġamenti ġodda, filwaqt li jagħti ċans lill-bdiewa u raħħala sabiex iwettqu r-ristrutturazzjonijiet meħtieġa. Peress li dan id-dokument kien għadu mhux lest f'dak l-istadju, ir-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala ma xtaqux li jikkonkludu l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-biedja mingħajr ma jkun sar qbil fuq il-parti li tirrigwardja l-levies. Ix-xewqa tar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala kienet li l-qbil għandu jkun fuq il-pakkett kollu, cioe' kemm fuq il-pożizzjoni miftiehma kif ukoll fuq il-proposti li kien għad iridu jiġu mressqa. Sar ftehim, pero', li f'każ ta' qbil fuq id-dokument li għad irid jiġi diskuss dwar il-levies, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jerġa jiġi diskuss mill-ġdid l-ewwel dokument, cioe' dak li kien tressaq quddiem il-MEUSAC. Għalhekk il-Gvern altru milli rrispetta il-pożizzjoni ta' dawn ir-rappreżentanti tal-bdiew u raħħala.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ministeru tiegħu għaddejja investigazzjoni interna dwar impjegat f'dan il-ministeru li qed jiġi investigat għaliex huwa allegat li ma rritornax lura lill-ministeru cash advance (jiġifieri flus mogħtija lilu bil-quddiem) għal viżita barra minn Malta, li jlaħħqu l-ammont ta' 600 lira maltija?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma illi twaqqaf Bord Investigattiv fil-Ministeru sabiex jistħarreġ dwar is-somma flus, kif indikata mill-Onorevoli Interpellant, li ngħatat għal skop ta' safra uffiċċjali li baqgħet ma seħħitx. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iċ-ċentru ta' informazzjoni tal-gvern (MIC) ħallas lill-istazzjon tat-television tal-partit nazzjonalista f'reklami waqt ix-xandira tal-għoti ta' l-oscars li saret fl-25 ta' Marzu bejn is-sagħtejn u s-seba' ta' fil-għodu?
Response (BORG, JOE)
Huwa obbligu tal-MIC illi jirreklama s-servizzi li joffri lill-pubbliku b'mod li jilħaq udjenza l-aktar vasta u wiesa' possibbli. Dakinhar, il-MIC xtara pakkett ta' reklami mingħand NET TV għal waqt is-serata għas-somma tal LM 500 (ħames mitt lira Maltin), li kienet ferm anqas mill-valur kummerċjali tar-reklami meħuda waħedhom.
Reklami u spots ta' informazzjoni tal-MIC jidhru regolarment f'bosta programmi fuq kull stazzjoni televiżiv lokali. L-uniku stazzjoni li waqqaf reklamar simili kien Super One TV. Sakemm ittermina l-arranġament ta' reklami li kellu mal-MIC Super One TV kien tħallas sittax-il elf u ħames mitt lira Maltin (LM 16,500) mingħand l-istess MIC għar-reklamar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta dan l-aħħar kien hwan l-ambaxxatur ġdid tal-Israel, urieħx it-tħassib tal-Gvern Malti għas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani?
Il-Gvern Malti għamel xi pressjoni għat-twaqqif tal-ġlied f'fora internazzjonali?
Response (BORG, JOE)
Il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti dwar il-qagħda mwiegħra u l-iżviluppi nkwietanti li jseħħu kuljum fil-Lvant Nofsani hija magħrufa. Din il-pożizzjoni issostni l-ħtieġa li jiġu rrispettati r-Riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-reġjun, li jkun rikonoxxut l-Istat Palestinjan u li tiġi garantita s-sigurezza ta' l-Israel.
Meta, fi Frar 2002, l-Ambaxxatur ġdid ta' l-Israel żar Malta sabiex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, kellu laqgħat, fost oħrajn, kemm mal-Prim Ministru kif ukoll miegħi. Ma setax jonqos li l-Gvern juri t-tħassib tiegħu għat-tensjoni li teżisti fir-reġjun minħabba fil-ġlied kontinwu li għaddej, kif isir ukoll f'kull okkażjoni f'fora internazzjonali fejn ikun relevanti li jitqajjem dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li l-Ambaxxati jużaw sabiex jixtru oġġetti artistiċi bħal pitturi etċ?
Response (BORG, JOE)
Ir-riżorsi finanzjarji li għandu l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex jixtri xogħolijiet artistiċi li jitqiegħdu fl-Ambaxxati u Residenzi Uffiċċjali barra minn Malta huma limitati. Jekk xi Ambaxxatur jidentifika xi xogħol artistiku li jħoss li jkun addattat għall-Ambaxxata jew għar-residenza uffiċċjali, isiru l-kuntatti meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk l-oġġett artistiku għandux jinxtara mill-Gvern Malti għal dan l-iskop. Kull akkwist bħal dan jiġi deċiż skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Minħabba li, kif għidt, niddisponu minn riżorsi limitati, xiri ta' dan it-tip huwa rari.
Kien hemm xi każijiet fejn xogħolijiet artistiċi ġew mislufa mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għall-użu fl-Ambaxxti barra minn Malta. F'kull każ, jinżamm inventarju akkurat tax-xogħolijiet kollha li jkunu nkisbu mill-Ministeru b'dan il-mod.
Inoltre kien hemm ukoll każijiet fejn xi Ambaxxaturi ħadu magħhom barra minn Malta xi pitturi jew kwadri propjeta tagħhom personali biex jarredaw ir-residenza uffiċċjali tagħhom fil-pajjiż li fih jirrappreżentaw lil pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet fil-mewt tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jidhru separatament?
Jista' jikkonferma li wieħed miż-żewġ persuni Libjani li kienu qegħdin jinżammu mill-pulizija libjana in konnessjoni ma' dan il-każ inħeles mill-arrest?
Jista' jgħid x'sehem taw il-pulizija maltija fl-investigazzjoni ta' dan il-każ?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li, wara li l-awtoritajiet Libjani kienu bagħtu rapport dwar l-investigazzjonijiet magħmula mill-Pulizija Libjana rigwardanti l-mewt tal-persuna li d-dettalji tagħha qedħdin jidhru separatament, l-awtoritajiet Maltin qed jistennew rapport aktar ddettaljat mingħand l-istess awtoritajiet Libjani.
Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet Maltin qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiksbu kull tagħrif dwar dan il-każ mingħand l-awtoritajiet Libjani kemm jista jkun malajr.
Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmilhom lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera lill-privat li tħallset mill-ambaxxati u residenzi uffiċċjali ta' membri tal-Korp Diplomatiku barra minn Malta matul is-sena 2001:
Entita
Ammont ta' Kera
Ambaxxati u residenzi uffiċċjali tal-korp diplomatiku
LM 719,495.66
Apparti dawn, il-Ministeru m'għandux proprjeta oħra mikrija mingħand il-privat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?
Kemm għat-tindif?
Response (BORG, JOE)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni ddettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta' Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-MIC is-sena l-oħra fuq advertising?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra l-MIC nefqet LM 142,154 fuq advertising fil-gażżetti u magazines, fuq it-TV, ir-radju, l-internet u ċ-ċinema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-MIC illum x'xogħol għandhom. X'rimunerazzjoni u perks oħra għandhom?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tnax il-persuna, minbarra l-kap li jaħdmu mal-MIC. Erbgħa minnhom huma Information Officers, tlieta huma Media Officers, erbgħa oħra Support Officers u waħda Administrative Assistant. Dawn l-impjegati jitħallsu s-somma ta' LM 75,892.05 fis-sena bħala salarji u
LM 22,510.01 f'
a
ll
owances
bejniethom.