Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġustizzja u Intern — Telephone

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 kien hemm 102 persuna, li bejniethom tressqu l-Qorti 730 darba fuq akkużi ta' tlajjar għall-skop ta' prostituzzjoni, filwaqt li sitt persuni oħra tressqu l-Qorti fuq akkużi li għexu minn qliegħ ta' prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija fil-każi deċiżi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u twiddiba.

Konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-konsulenti li ngħataw xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi, huma dawk li jidhru fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kien in-numru ta' irċevuti ta' pagamenti kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Id-dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-llum kien:- 1999 Lm197,583 2000 Lm 40,359 2001 Lm 27,673 2002 Lm323,205 2003 Lm778,898 2004 Lm 55,216 2005 Lm314,099 2006 Lm193,702 2007* Lm 1,500 In-numru ta' irċevuti ta' pagamenti għall-kiri ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-llum kien: 1999 4,301 2000 4,134 2001 3,806 2002 4,068 2003 4,636 2004 4,142 2005 3,916 2006 3,819 2007* 401 *sad-29 ta' Jannar.

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Novembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta’ serq li f’31 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up10 Pick Pocketing46 Snatch & grab7 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ dgħajjes1 Serq ta’ karozzi51 Serq minn karozzi227 Serq minn residenzi52 Serq minn barijiet/lukandi26 Serq minn fabbriki1 Serq minn ħwienet30 Serq ieħor314

Pulizija — Rapporti ta' reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family4 Arson7 Attempted offences95 Bodily harm94 Computer misuse2 Damage220 Drugs9 Forgery6 Fraud13 Illegal immigration10 Prostitution5 Sexual offences5 Theft770 Threats and private violence4 Trafficking of persons1 Violence against public officers7

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’24 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up2 Pick Pocketing77 Snatch & grab7 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ karozzi40 Serq minn karozzi202 Serq minn residenzi58 Serq minn barijiet/lukandi22 Serq minn fabbriki8 Serq minn ħwienet36 Serq ieħor293

Pulizija — Rapporti ta' reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 14-il persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson16 Attempted offences78 Bodily harm81 Computer misuse2 Damage239 Drugs8 Forgery5 Fraud15 Illegal immigration5 Sexual offences3 Theft750 Threats and private violence8 Violence against public officers7

Korp tal-pulizija — Membri sospiżi mis-servizz

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tneħħew mis-servizz fil-korp tal-pulizija membri, f'kull grad, wara proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, mill-1999 sal-lum? Jista', għal kull każ ta' tkeċċija, jgħid ta' liema akkużi kienu nstabu ħatja u għalhekk ġew imkeċċija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej: SpetturSurġentKuntistabbli Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri kriminali u nstabu ħatja--12 Tneħħew minħabba l-interess pubbliku212 Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina)--1

Korp tal-pulizija — Membri li ngħataw piena

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'piena, li ma tkunx tkeċċija, ingħataw membri tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u fuq liema akkużi ngħatat dik il-piena u dawn mill-1999 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Akkuża Piena Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni Lm50 multa u twissija ta’ tkeċċija Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni Twiddiba Nuqqas ta’ ndafa; traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni Twiddiba Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni Multa ta’ tlett ijiem paga Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni Sospensjoni ta’ ħamest ijiem bla paga u twissija ta’ tkeċċija Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni Sospensjoni ta’ ġurnata bla paga Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni Sospensjoni ta’ jumejn bla paga Disubbidjenza t’ordnijiet; dħul f’postijiet b’liċenzja; korruzzjoni; simulazzjoni ta’ mard; telf ta’ reputazzjoni Sospensjoni ta’ tlett ijiem bla paga Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; kondotta insubordinata jew oppressiva; simulazzjoni ta’ mard; kondotta ta’ preġudizzju għal bon ordni Ċanfira iebsa Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni Multa ta’ jumejn paga Ksura ta’ fiduċja; telf ta’ reputazzjoni Multa ta’ ħamest ijiem paga

Ġustizzja u Intern — Mobile Phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Fuel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Immigranti llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti llegali s-sena l-oħra u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 waslu Malta 1,780 immigrant irregolari, li ddikjaraw li kienu minn dawn il-pajjiżi: Afghanistan 1 Gambia 1 Mauritania 2 South Africa 1 Algeria 9 Ghana 85 Morocco 158 Sudan 67 Benin 2 Guinea Bissau 2 Niger 40 Syria 1 Burkina Faso 19 Guinea 4 Nigeria 55 Tanzania 1 Cameroon 3 India 1 Pakistan 1 Togo 22 Chad 13 Iraq 7 Palestine 4 Tunisia 17 Congo 7 Ivory Coast 58 Papua New Guinea 1 Zimbabwe 1 Egypt 312 Kurdistan 1 Senegal 2 Eritrea 368 Liberia 1 Sierra Leone 15 Ethiopia 143 Mali 40 Somalia 311

Moħqrija fuq annimali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' moħqrija fuq annimali s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet erbatax-il persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li jinkludu moħqrija fuq annimali. Disgħa nstabu ħatja, fejn sitta ġew immultati, tnejn ġew mogħtija twiddiba u wieħed ġie mogħti Lm10 amenda. Persuna instabet mhux ħatja, filwaqt li l-każ ta' l-erbgħa l-oħra għad mhux deċiż.

Immigranti llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq flus il-korp tal-pulizija fuq żamma ta' immigranti llegali s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma diġa’ kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-eżiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari. Madankollu, ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża kienet: IkelLm248,538 Spejjeż għar-ripatrijazzjoniLm98,598 Spejjeż oħraLm42,124 TotalLm389,260

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju Konġunt — Finance section

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jiżdiedu n-nies fil-joint office, speċjalment fil-finance section, għaliex ilhom ħafna b'nuqqas ta' staff? Kemm hemm nies jaħdmu fil-joint office u kif inhuma mqassmin? Kif suppost li hu l-complement?

Response (BORG, TONIO)

Il-Joint Office jifforma parti mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern u għaldaqstant l-amministrazzjoni u l-finanzi tas-sezzjonijiet kollha li jaqgħu fiha, huma ġestiti mill-istess Taqsima. Ninsab infurmat illi preżentament, mal-Joint Office hemm jaħdmu 43 persuna u dawn huma mqassmin kif ġej: Amministrazzjoni Direttur Assistent Direttur 2 Skrivani Customer Care persuna waħda Sezzjoni tal-Ġbir tal-Kera 4 persuni Registry 6 persuni Sezzjoni Amministrazzjoni tal-Proprjeta' 6 persuni Sezzjoni Kuntratti 4 persuni Sezzjoni Verifika u Rikonċiljazzjoni 4 persuni Sezzjoni Teknika 8 persuni Sezzjoni Skema ta' Fidi ta' Ċnus persuna waħda Messaġġiera 5 persuni Minn dan it-total, persuna waħda qiegħda fuq Parental Leave filwaqt li 7 oħra jaħdmu siegħat imnaqqsa. Mhux magħruf kemm suppost li hu l-complement peress li mhix il-prassi fis-Servizz Pubbliku li dipartiment jingħatalu numru fiss ta' ħaddiema li għandu jkollu.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-joint office jiċċaqlaq minn Sa Maison u jekk iva, fejn se jmur? Meta hemm il-ħsieb li jsir dan iċ-ċaqlieq? Liema sezzjonijiet/dipartimenti tal-joint office se jibqgħu Sa Maison u liema se jiċċaqilqu?

Response (BORG, TONIO)

Hemm il-ħsieb li d-dipartiment tal-Joint Office fl-intier tiegħu, jiċċaqlaq mill-uffiċċju li għandu f'Sa Maison għall-fond li qabel kien jospita' l-iskola tal-Pilar fil-Belt Valletta. Huwa l-ħsieb li dan iseħħ fis-sena kurrenti malli x-xogħlijiet neċessarji jitlestew fil-fond li sejjer fih il-Joint Office.