Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar għall-anzjani

Question

Possibbli l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm sodod għall-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani u d-djar ta' l-anzjani tal-gvern? Teżisti informazzjoni kemm hemm sodod għall-anzjani għand il-privat, inklużi tal-knisja, u jekk iva kemm hu l-ammont?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu n-numru ta' sodod għall-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani u d-djar ta' l-anzjani tal-gvern. SVPR 1053 Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla 131 Dar ta' l-Anzjani ta' Floriana 47 Dar ta' l-Anzjani ta' Gżira 28 Dar ta' l-Anzjani ta' Msida 63 Dar ta' l-Anzjani ta' Mosta 65 Dar ta' l-Anzjani ta' Mtarfa 120 Dar ta' l-Anzjani ta' Żejtun 165 Casa Arkati 23 Villa Messina 56 Casa Serena 34 Total 1785 In-numru ta’ sodod għall-anzjani fid-djar liċenzjati għand il-privat, inkluż tal-knisja hu ta’ elf erbgħa mija u disgħa u erbgħin (1449).

Miscarriages

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk f'każ ta' miscarriage qabel l-24 ġimgħa ta' tqala, jekk tabib joħroġ ċertifikat tal-mewt, tistax issir difna normali minn undertaker f'ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dfin ikun permess mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li jsir, meta l-mejjet ikollu burial permit maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.

St Luke's

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18007 u ġentilment jgħid kemm hu t-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz fl-isptar San Luqa matul l-2005, kemm jekk bħala in-patients kif ukoll bħala out-patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizzi fl-Isptar San Luqa matul l-2005 ma' jistax jingħata bħala numru wieħed. L-istatistika tinġabar bħala numru ta' persuni li għamlu użu mid-diversi tipi ta' servizzi li jvarjaw minn eżamijiet sempliċi għal interventi ta' operazzjoni maġġuri. Qed nagħti lista ta' wħud mis-servizzi u kemm pazjenti għamlu użu minnhom matul l-2005. Total No. Registered Registered In-patient admissions 44534 Registered Day cases 13723 Registered Out-patient Attendances 235419 Registered A&E Attendences 107213 Surgical Operation Episodes (includes Catheterisation Lab Interventions) 32000 Renal Dialysis Sessions 14486 Radiology Examinations 78740 Physiotherapy Sessions (includes In and Out Patient Sessions) 119373 Occupational Therapy Treatment Sessions 8160 Speech and Language Services Sessions 4530 Hyperbaric Unit 841

St Luke's — Casualty

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fil-casualty ta' St Luke's matul Jannar u Frar 2006? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta pazjenti li daħlu fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa matul Jannar u Frar 2006 huwa kif ġej: Jannar 8,842 Frar 8,786 In-numru totali ta' pazjenti li daħlu fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa għal dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej: 2001 110,141 2002 109,189 2003 111,034 2004 110,328 2005 111,236

Każi ta' food poisoning

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' ikel velenuż li sofrew ċittadini Maltin u turisti matul l-2005 u dan wara li jew iddaħħlu l-isptar jew inkella għax kellhom jirrikorru għal xi xorta ta' kura? Kemm kien hemm każi f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każi reġistrati ta' food poisoning li soffrew ċittadini Maltin u turisti matul l-2005 li jew iddaħħlu jew inkella kellhom jirrikorru għal xi xorta ta' kura fl-Isptar San Luqa kien ta' 240. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jireferi il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dentisti u Tobba

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17269 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u jgħid kemm hemm tobba u dentisti li jservu speċifikament fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Dawn jaraw ukoll tfal fl-iskejjel tal-knisja u indipendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa joffri servizz ta' prevenzjoni tas-saħħa fi skejjel tal-gvern, tal-knisja u indipendenti. Is-servizz huwa offrut minn 6 dental hygienist u 10 tobba.

Gżira — Poliklinika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk riċentement kienx hemm xi nuqqas ta' stock ta' polio drops fil-poliklinika tal-Gżira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan l-aħħar kien hemm problema fejn l-aġent naqas milli jissuplixxi polio drops. Ninsab infurmat illi issa l-istock ta' polio drops wasal u s-sitwazzjoni dalwaqt terġa' għan-normal

Każi quddiem il-kunsill mediku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il każ ġie quddiem il-kunsill mediku għall-investigazzjoni dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin daħlu wieħed u erbgħin (41) każ għand il-Kunsill Mediku u dawn huma mqassmin hekk: Sena Nru. ta' Każijiet 2001 7 2002 5 2003 10 2004 12 2005 7

Kunsill mediku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il sejbien ta' ħtija kien hemm mill-kunsill mediku fil-konfront ta' dawk li tressqu quddiemu f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-każijiet kollha li tressqu quddiem il-Kunsill Mediku f'dawn l-aħħar ħames snin, s'issa kien hemm każ wieħed fejn it-tabib ġie misjub ħati.

Dipartiment tas-sanita' — Importazzjoni ta' tiġieġ difrostjati

Question

Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kumpanniji li nqabdu mid-dipartiment tas-sanita' jiddifrostjaw tiġieġ impurtati skond kif ġew rappurtati f'rapport ta' l-esperti ta' l-FAO lill-Gvern Malti? X'miżuri ttieħdu kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005, waqt spezzjonijiet li saru minn Spetturi tas-Saħħa, instabu sebat iħwienet tal-laħam f'Malta, fejn kien qiegħed isir iddifrostjar ta' tiġieġ. It-tiġieġ in kwistjoni ġew issiġillati u wara ingħataw volontarjament u distrutti mill-istess Spetturi. F'każ minnhom, is-sid tal-ħanut ittella' l-qorti għaliex instab li kien sar tbagħbis mas-siġilli li kienu għamlu l-Ispetturi tas-Saħħa. F'Għawdex ma nstab l-ebda każ simili.

Proġett "Anzjani u Tfal għal Xulxin"

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma r-riflessjonijiet jew konklużjonijiet li jistgħu isiru wara l-proġett esperiment “Anzjani u Tfal għal Xulxin” tas-sajf 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li b’ referenza għal mistoqsija Parlamentari 14327 li l-għan ta’ dan il-proġett kien li jqarreb lit-tfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. F’dan il-proġett ittellgħu numru ta’ attivitajiet dwar esperjenzi li għaddew minnhom l-anzjani. Barra min dan, kien hemm numru ta’ professjonisti mir-residenza li żaru Ċentri ta’ Skolasajf biex ikellmu lill-istudenti dwar l-anzjani u l-operat tad-djar ta’ l-anzjani. B’riżultat ta’ dan il-proġett sar ħafna bdil ta’ idejat miż-żewġ partijiet u kien suċċess. Tant hu hekk, li f'Settembru ittellgħat wirja f’San Vinċenz fejn it-tfal u l-anzjani esibew xogħol li kien sar waqt dawn iż-żjarat. B'riżultat ta' dan il-proġett beda proġett ieħor bl-isem Nibnu Pont li qed isir b'kollaborazzjoni mal-Malta Girl Guides li huwa mifrux kemm f'San Vinċenz kif ukoll fil-Homes kollha li l-Gvern għandu fil-Komunita'. Fl-istess ħin għadhom għaddejjin diskussjonijiet mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex tfal minn skejjel tal-Gvern ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw f'proġett simili.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Triq M Grima

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat l-ilment tal-ġirien fi Triq M Grima, Bormla li qed jilmentaw għall-intejjen ta' klieb u qtates ġejjien mill-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra daħlu tlett (3) ilmenti rigward żamma ta' annimali (klieb) fi stat ħażin ta' ndafa fil-post indikat. L-ilmenti kollha ġew investigati minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u f'każ wieħed biss instab akkumulu ta' ħmieġ u għalhekk inħareġ avviż biex jitnaddaf minnufih. Waqt spezzjoni li saret wara, ġie vverifikat li l-akkumulu kien tneħħa. Ninforma li fil-post dejjem instabu żewġt iklieb u l-ebda qtates, kif allegat, filwaqt li ninforma li uffiċjali mis-sezzjoni ta' kontra l-ġrieden ta' dan id-Dipartiment għamlu diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden fi Triq M.Grima, Bormla, matul is-sena. Fit-23 ta' Marzu 2006, reġa' sar trattament ieħor u dan l-ilment ser jiġi segwit kif ikun hemm bżonn. Navża li l-ilmenti dwar intejjen ma jitqiesux bħala riskju sanitarju, iżda bħala inkonvenjent għall-ġirien u għalhekk tali Mistoqsija tista' tiġi referuta lill-Ministru ikkonċernat. Fil-21 ta' Marzu, 2006 reġa sar attenat biex issir spezzjoni oħra ġol-fond indikat mill-Ispetturi tas-Saħħa, iżda l-post instab magħluq. Il-każ ser jibqa' jiġi segwit sabiex issir l-ispezzjoni neċessarja.

Saħħa Pubblika — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali (tobba jew ta' professjoni oħra) jaħdmu fid-direttorat responsabbli għas-saħħa pubblika, promozzjoni u informazzjoni dwar is-saħħa? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minnhom? Kemm minn dawn l-impjegati huma rġiel u kemm huma nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

St Luke's

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hu t-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz fl-isptar San Luqa matul l-2005, kemm jekk bħala in-patients kif ukoll bħala out-patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra ladarba tkun lesta.

Dipartiment tas-Saħħa — Vetturi

Question

Billi mistoqsija parlamentari 15488 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hemm karozzi tad-dipartiment u/jew ministeru tas-saħħa li huma jew bil-ħsara jew m'għadhomx jintużaw? F'kull każ, x'marka hi l-karozza u kemm ilha wieqfa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt: Tip ta' Vettura Nru ta' Reġistrazzjoni Kundizzjoni V/W-Ambulanza GVN 239 Ma tintużax * V/W-Ambulanza GVN 240 Ma tintużax * V/W-Ambulanza GVN 246 Ma tintużax * Transit-Ambulanza GVN 385 Ma tintużax * Transit-Van GVH 278 Ma tintużax * Mazda-Saloon EAP 034 Ma tintużax * Vauxhall Nova- Hatchback GVN 227 Ma tintużax * Bedford-Truck GVH 281 Ma tintużax * Ducato-Ambulanza GVN 036 Bil-ħsara- wieqfa mill-25/09/05 Ducato- Ambulanza GVN 470 Bil-ħsara- wieqfa mis-07/11/05 V/W-Ambulanza GVN 237 Ma tintużax- bord fil-futur Seat Wiqfa minn Ġunju 2005 Transit Wieqfa minn Ġunju 2005 Transit Wieqfa minn Ottubru 2005 Seat Wieqfa minn Sena u nofs Coach Wieqfa minn Sentejn Transit Wieqfa Sena Leyland Wieqfa minn Sena u nofs Sonata Wieqfa minn Sena u nofs Iveco Wieqfa 8 xhur Daewoo Wieqfa minn Sena u nofs * Nota: il-vetturi mmarkati bis-sinjal * jindikaw dawk li diġa mbiegħu b'tender u dalwaqt jitneħħew mill-Garage. Din l-informazzjoni miġbura sal-15 ta' Novembru 2005.

Inkjesta dipartimentali dwar pazjenti

Question

Billi mistoqsija parlamentari 15486 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm saru inkjesti dipartimentali rigward pazjenti u/jew kura li ngħataw pazjenti mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? F'kull każ, x'kienet ir-raġuni ta' l-inkjesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa l-aħħar tas-sena 2005 saru tlett inkjesti dipartimentali, tnejn fl-Isptar San Luqa u waħda fl-Isptar Monte Karmeli. Dawn kienu kif ġej: 1. Il-ġenituri ta' tifla allegaw li t-tifla tagħhom ingħatat doża iktar milli suppost ta' mediċina waqt li t-tifla kienet pazjenta fl-Isptar San Luqa. 2. Il-ġenituri ta' tifla allegaw li t-tifla ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed fl-Isptar San Luqa. Din l-inkjesta twaqqfet peress li l-ġenituri talbu l-Qorti biex tagħmel hi. 3. Rigward allegata imġieba mhux professjonali ta' infermier fl-Isptar Monte Karmeli.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'

Question

Billi mistoqsija parlamentari 16675 għadha mhijiex risposta wara xahrejn, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2005, Vot taħt id-dekasteru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' kemm kien id-dejn u l-valur ta' prodotti jew servizzi li tagħhom riċevuti kienu għadhom ma waslux fid-dipartiment konċernat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Vetturi

Question

Billi mistoqsija parlamentari 16674 għadha mhijiex risposta wara xahrejn, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hemm karozzi mixtrija jew mikrija fid-dekasteru tiegħu li m'għandhomx "number plate" GM jew GVN jew li jindika li jappartjenu lid-dipartiment tas-saħħa? X'tip ta' karozzi huma? X'inhu n-number plate? Min qed jagħmel użu ta' dik il-vettura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.