Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-gradi fid-dipartiment tas-saħħa fi skala 6 li jintitolhom għall-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-Diviżjoni tas-Saħħa hemm żewġ gradi fi skala 6 li minħabba nuqqas ta` staff professjonali/tekniku ġew awtorizzati mill-Ministeru tal-Finanzi li jitħallsu ta` l-overtime. Dawn huma Manager Radiographer (In Theraphy) u Principal Scientific Officer (Radiation Physicist). Barra minn dawn hemm tobba li jaħdmu fl-Isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn xi persuni li għaddew w ingħataw l-appointment ta' security officer fid-divizjoni tas-saħħa għadhom qed jagħmlu xogħol ta' fattigi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda persuna fil-grad ta` Security Officer fid-Dipartiment tas-Saħħa li qed tagħmel xogħol ta` fattiga.
Il-persuni li ġew maħtura Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa ser jintbagħtu jaħdmu xogħol relatat mal-grad il-ġdid tagħhom mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid x'isir mid-data li tinġabar mill-ischool medical service?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-data fuq il-ħidma ta` l-iSchool Health Service tinġabar f'rapport manwali kull xahar u dan jingħaqad f'wieħed fl-aħħar tas-sena. Dan it-tagħrif jinżamm fl-uffiċċju ta` dan id-dipartiment bl-għan li jiġi awditjat ix-xogħol tas-servizz u jiġu ppjanati kampanji tat-tilqim fl-iskejjel. Huwa ppjanat li dan is-servizz tas-sorveljanza fl-iskejjel ikun kompjuterizzat fil-ġejjieni qarib u b'dan il-mod it-tagħrif ikun aktar aċċessibli.
Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu, kemm saru testijiet tal-bajjiet f'Wied il-Għajn, San Tumas, f'Delimara (fil-Kalanka), f'Marsaxlokk u f'Birżebbuġa? Meta saru u x'riżultati kien hemm f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħala parti mill-programm ta` monitoraġġ tal-kwalita` ta` l-ilma baħar ġabru total ta` 228 kampjuni mill-lokalitajiet imsemmija b'eċċessjoni ta` Dellimara (fil-Kalanka, peress li mhux wieħed mill-postijiet inkluż f'tali program). Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm dsatax (19) –il Bord, Kumitat, Kummissjoni, Entitajiet Governattivi eċċ. fi ħdan id- Dekasteru tas- Saħħa. Dawn huma:
Board/Committee
Chairperson/President/Chief Executive
Diretturi
Konsulent Legali
Council of Health
Dr. Louis Deguara
N/A
N/A
Medical Council
Judge Victor Caruana Colombo
N/A
N/A
Nursing and Midwifery Board
Dr. Dennis Soler
N/A
N/A
Board for the Professions Supplementary to Medicine
Dr. Mark Fenech
N/A
N/A
Pharmacy Board
Dr. Martin Fenech
N/A
N/A
Hospital Management Committee – SLH
Ms. Roseanne Camilleri
N/A
N/A
General Services Board
Dr. Raymond Busuttil
N/A
N/A
Mental Health Review Tribunal
Hon. Victor Caruana Colombo
N/A
N/A
Burials Board
Dr. Malcolm Micallef
N/A
N/A
Clean Air Board
Dr. Malcolm Micallef
N/A
N/A
Ta’ Braxia Committee
Dr. Malcolm Micallef
N/A
N/A
Committee on Smoking and Health
Dr. Malcolm Micallef
N/A
N/A
Mt. Carmel Hospital Management Team
Dr. Andrew Amato Gauci
N/A
N/A
Sexually Transmitted Infections Preventive Committee
Dr. Malcolm Micallef
N/A
N/A
National Steering Committee on Diabetes
Dr. Joseph Azzopardi
N/A
N/A
Bioethics Consultative Committee
Profs. Maurice M. N. Cauchi
N/A
N/A
National Commission for Mental Health
Profs. M. T. Camilleri Podesta
N/A
N/A
Zammit Clapp Hospital Management Team
Profs. Frederick Fenech
Mr. Emanuel Attard
Muscat Azzopardi & Associates
Mr. Edwin Cauchi
Dr. Anthony Fiorini
Mr. Saviour Gambin
Mr. Joseph Micallef
Foundation for Medical Services
Dr. Joseph Pace (President)
Mr. Albert A. Attard
Muscat Azzopardi & Associates
Mr. Emanuel Attard ( Chief Executive)
Dr. Ray Busuttil
Dr. Ray Xerri
Dr. Natasha Azzopardi Muscat
Arch. Paul Camilleri
Mr. Emanuel C. Micallef
Mr. Saviour Sciberras
Jista' l-Ministru jgħid għaliex pażjenti mill-isptar Monte Carmeli li qed jintbgħatu d-Dipartiment tal-Emergenza fl-isptar San Luqa qed idumu jistennew siegħat twal biex jiġu investigati bħal ma ġara nhar il-Ħamis, 30 ta' Awissu 2001 fejn pazjent mibgħut mis-sala 5 tal-irġiel akkumpanjat minn żewġ infermiera dam aktar minn tmien siegħat biex wasal lura l-isptar Monte Carmeli fl-10.30 ta' filgħaxija
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa matul din is-sena kemm tqassmu siringi b'xejn mill-isptarijiet u ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jelenka kemm ingħataw f'kull post separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` siringi li tqassmu b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa f'Malta matul din is-sena sa Ottubru huma dawn:
MONTH
FLORIANA
QORMI
GZIRA
PAOLA
COSPICUA
MOSTA
RABAT
TOTAL
Jannar
1900
1128
3250
3631
900
1344
746
12899
Frar
900
636
2725
3300
800
1280
828
10469
Marzu
1100
898
2760
3700
1000
1469
683
11610
April
1500
847
1609
4030
800
1595
731
11112
Mejju
1400
1051
2866
3500
700
1473
765
11755
Ġ
unju
1500
860
2615
3441
500
1062
741
10719
Lulju
1900
850
2920
3500
700
1451
846
12167
Awwissu
2150
791
2947
3800
700
1236
819
12443
Settembru
2100
828
3025
3800
1000
1588
761
13102
Ottubru
1450
1144
3127
4100
1100
1497
775
13193
Infurmat ukoll li n-numru ta` siringi li tqassmu lill-pazjenti mill-ispiżeriji tal-gvern matul din is-sena (minn Jannar sa Ottubru 2001) huwa indikat hawn taħt:
2001
(Jannar sa Ottubru)
Siringi ta` l-insulina 0.5cc
Siringi ta l-insulina 1cc
B'Kara
12000
100
Furjana
21400
3200
Gż
ira
20000
100
Luqa
26200
700
Mosta
25000
10000
Paola
45000
18000
Qormi
23700
300
Sptar Sir Paul Boffa
680
85
Sptar San Luqa
37000
1000
Sptar Ġ
enerali t'Għ
awdex
39000
4500
TOTAL
249980
37985
Jista' l-Ministru jara li jsir t-tqassim ta' siringi b'xejn mill-ispiżeriji privati? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? Kemm tqassmu din is-sena? Jekk le, saru jew qed isiru xi kuntratti dwar dan biex isir ukoll tqassim b'xejn mill-ispiżeriji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mhix il-policy tad-Dipartiment li jitqassmu siringi b'xejn mill-ispiżeriji privati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux żjajjar minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa fit-tuck shops/canteen tal-iskejjel f'Malta u f'Għawdex biex jiġi żgurat li l-ikel u xorb li qed jinbiegħ lill-istudenti huwa dak rakkomandat għas-saħħa tagħhom? Kemm saru żjajjar fl-ewwel sitt (6) ġimgħat ta' din is-sena skolastika u f'liema skejjel? Instab f'xi skola li mhux qed jiġi servut ikel adegwat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika żaru disgħa w għoxrin tuckshops/canteens ta` skejjel f'Malta u Għawdex biex jassiguraw li tali postijiet jikkonformaw mal-Liġijiet ta` l-ikel u l-Iġiene. Kundizzjonijiet dwar x'tip ta` ikel jista` jiġi offrut minn tali postijiet isiru mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni. L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u n-nuqqasijiet li ġew innotati ntbatu f'rapport lill-istess Dipartiment ta` l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati fid-dekasteru tas-saħħa li bdew il-kors li jwassal għall-MBA u li huma sponsorjati f'kull każ mid-Dipartiment tas-Saħħa, mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi jew xi koperattiva fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Isptar Żammit Clapp qed jagħti "sponsorship" ta` 75% mill-ispejjeż tal-kors ta` "part time MBA" lill-General Manager filwaqt li l-Kooperattiva KOLS Ltd qiegħda tisponsorja żewġ persuni fi grad maniġerjali għall-MBA. Dawn huma:
Mr. Edward Borg - Assistant Diretor, Finance & Administration MCH
Ms. Roseanne Camilleri - Manager, Directorate of Health Policy & Planning
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 29361, jista' jgħid liema gradi fid-dekasteru tas-saħħa, li huma fuq skala ogħla minn skala 7, huma ntitolati li jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu barra l-ħin normali tax-xogħol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tas-saħħa hemm żewġ uffiċċjali fi skala 6 li jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu barra l-ħin normali tax-xogħol tagħhom wara awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi minħabba nuqqas ta` staff professjonali/ tekniku fil-grad tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid peress li jeżisti ftehim dwar kura medika bejn Malta u l-Ingilterra, u peress li l-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija illha Malta 20 sena sħaħ u peress li hija l-common law wife ta' ċittadin malti, jekk din il-persuna tibbenefikax minn kura medika b'xejn fl-isptarijiet maltin, speċjalment fejn jidħlu każi ta' emerġenza?
Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kont li ntbgħat lil din il-persuna ta' kura medika li ħadet fl-isptar San Luqa (dettalji mehmuża) jiġi kkanċellat?
Jista' jieħu l-passi wkoll biex mandat ta' qbid li sar jiġi mħassar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex id-Dipartiment tas-Sanita' jaġġixxi biex garage li hemm faċċatta tal-fond Springfield fi Triq Ġdida fi Triq il-Keffa, Swieqi jitnaddaf min ġrieden mejta u jieħu passi wkoll biex jintefa' valenu ħalli jiġu kkontrollati il-ġrieden li hemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika żaru il-garage indikat fil-preżenza tal-persuna li għamlet l-ilment. Għalkemm is-sid mhux magħruf, instab ġurdien wieħed mejjet li tneħħa fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi. Sar ukoll trattament għal kontra l-ġrieden fl-istess garage u għandu jsir trattament fl-inħawi fil-ġranet li ġejjin minn uffiċċjali ta` r-Rodent Control Section ta` l-istess Dipartiment biex il-ġrieden jiġu kkontrollati.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar programm ta' vaccination fil-pajjiż kontra l-virus tal-smallpox?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1980, minn mindu bdew jinżammu r-rekords fl-N.I.S. (National Immunisation Service) ma sar l-ebda programm ta` vaccinazzjoni kontra l-virus tas-Smallpox.
Minn sorsi li huma nteressati fl-istorja tal-mediċina f'Malta, jindika li sar vaccinazzjoni ta` dan it-tip għall-aħħar tas-snin sebgħinijiet.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum kemm saru laqgħat tal-hospital management committee fl-isptar San Luqa? Meta saru dawn il-laqgħat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mill-1 ta` Jannar sa l-1 ta` Novembru 2001 il-Hospital Management Committee fl-Isptar San Luqa ltaqa` għoxrin (20) darba, kif indikat fil-paġna li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid 1) Minn min hu ffurmat u xi grad għandhom il-ħaddiema fl-ispettorat tad-dipartiment tas-Saħħa 2) Kull ħaddiem f'dan l-ispettorat, meta beda jaħdem fl-imsemmi spettorat? 3) Kull ħaddiem fl-ispettorat kemm ħadem siegħat ta' overtime u kemm kien il-ħlas, ta' dan l-overtime, xahar b'xahar minn meta bdew jaħdmu fl-ispettorat sa' l-aħħar ta' Awissu 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ impjegati li qed jiffurmaw l-Inspectorate Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa. Wieħed qiegħed fi Skala 11 u l-ieħor fi Skala 14. Għal xi żmien kien hemm uffiċċjal ieħor li kien jagħmel parti mill-imsemmija Inspectorate Unit u li kien fi Skala 10. Dawn it-tlett uffiċċjali bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat fit-30 ta` Settembru 2000.
L-ammont ta` sigħat u flus mħallsa, xahar b'xahar minn meta dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu huwa kif elenkat hawn taħt:
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 10
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Settembru 2000
4.5
16.2
Ottubru 2000
26
112.24
Diċembru 2000
32.5
138.61
Jannar 2001
26
93.63
Frar 2001
24.25
114.78
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 14
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Ottubru 2000
69.25
210.63
Novembru 2000
49.5
159.91
Diċembru 2000
54
171.45
Jannar 2001
46.5
178.96
Frar 2001
58
202.64
Marzu 2001
43.5
152.524
April 2001
54
189.416
Mejju 2001
59
205.95
Ġunju 2001
43
153.08
Lulju 2001
14
51.76
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 11
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Ottubru 2000
76
259.59
Novembru 2000
53
192.17
Diċembru 2000
56.75
201.67
Frar 2001
49.5
197.75
Marzu 2001
49
193.7
April 2001
51
198.37
Mejju 2001
52.5
208.94
Ġunju 2001
46
184.69
Lulju 2001
15
62.49
Ma kienx hemm spezzjonijiet matul ix-xahar ta` Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jara li ċertu ikel, bħal suppressat, perżut, mortadella u ħafna ikel ieħor li mimli xaħam u mluħa li mhux tajjeb għal diversi pażjenti u mpjegati fl-isptar Monte Carmeli ma jibqax jitqassam lill-pażjenti u mpjegati f'dan l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li f'dawn l-aħħar xhur sar sforz biex l-ikel ta` dan l-isptar ikompli jitjieb u jkun aktar varjat.
Biex dan il-ħsieb jintlaħaq, ġie ntrodott ħafna ikel ġdid bħal ma hu r-ravjul, cereals, chicken nuggets, chicken cordon bleu, chicken burgers, fish cakes, varjazzjoni ta` sopop u għaġin bħal għaġin il-forn u ross marinara u l-ħaruf.