Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22680 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Comparative Analysis

Question

Jista' l-Ministru jagħmel comparative analysis ta' l-items individwali ta' kif inbidlu mis-sena 2000 għal din is-sena d-duties, l-excise, il-levies u l-VAT f'mod komparattiv kif ħriġt inti stess bħala Ministru fl-1995? Sar xi impact analysis tal-effett tagħhom fuq l-industrija lokali? Ma' min saru konsultazzjonijiet? In-negozjanti Maltin jafu kif ser jiġu milqutin minn dan kollu? Għalkemm roħs ta' miljun lira huwa n-net result previst, tista' tagħtina indikazzjoni tal-effett globali fuq il-konsumatur u fuq il-cost of living meta tikkonsidra l-effetti kollha li iġġib magħha change in duties?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li billi t-tibdil m'huwiex estensiv bħal ma sar fl-1995 meta nbidlet radikament is-sistema ta' tassazzjoni ndiretta, ma nħossx il-bżonn li jiġi ppublikat ir-rapport indikattiv kif qed jgħid l-Onorevoli Membru. Saru diskussjonijiet mil-FOI dwar tibdil li kien ippjanat li jsir u kif dan jaffettwa l-industrija. It-tibdil għandu jkollu effett marġinali ħafna.
Leg 9 PQ #22748 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Capital Outflows

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-capital outflows mill-pajjiż sena b'sena mill-1997 sas-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri għas-snin mill-1997 sal-1999 huma ppubblikati fir-Rapporti Annwali rispettivi tal-Bank Ċentrali u ngħataw ukoll fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16465 f'Seduta 306 is-sena li għaddiet. Il-figura proviżorja għas-sena 2000 hi ta' Lm46 miljun. Ta' min jinnota li fil-bidu tas-sena 2000 il-gvern kompla bil-politika tiegħu li jitneħħew jew jitnaqqsu l-kontrolli fuq il-kambju u għalhekk żdiedu l-opportunitajiet għar-residenti maltin sabiex jinvestu flushom barra l-pajjiż.
Leg 9 PQ #22853 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Freeport Terminal — Faċilitajiet Sanitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċjali tad-Dwana li jaħdmu fil-guard room tal-freeport terminal għad ma ġewx mogħtija ll-faċilitajiet sanitarji? Ma jidhirlux li dan il-fatt illum aktar minn qatt qabel jmur kontra l-liġi l-ġdida dwar il-Health and Safety?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għamel arrangamenti biex il-Customs Assistants li jkunu xogħol fil-'gate' tal-Malta freeport jagħmlu użu mill-faċilitajiet sanitarji li hemm fl-uffiċċju tad-Dwana li qiegħed biss erba' passi 'l bogħod mil-Guard Room. Pero' xorta qiegħdin isiru taħdidiet mal-management tal-Malta Freeport dwar il-possibilita' li jiġu pprovduti faċilitajiet sanitarji fil-'Guard Room' tal-Assistenti tad-Dwana li hemm fil-bieb tal-Freeport. Ma jidhirx li l-fatt li wieħed jimxi ħames metri għall-faċilitajiet disponibbli għandu jitqies li jmur kontra l-'Health and Safety.
Leg 9 PQ #22789 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC/MID-MED — Pitturi

Question

Peress li l-Mid Med Bank kellu waħda mill-aqwa esebizzjonijiet ta' inkwadri ta' artisti Maltin li għandhom valur patrimonjali bla limitu, x'ġara mill-istess pitturi meta l-Mid Med Bank ġie akkwistat mill-HSBC? Sar xi inventarju? Saret xi restituzzjoni biex l-istess pittura tibqa' fil-Gżejjer Maltin? Dan il-wirt patrimonjali kien jifforma parti mill-ftehim meta l-Gvern ta' Malta biegħ il-Mid Med Bank lill-HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-kwadri huma parti mill-assi tal-Mid-Med Bank. Kull esportazzjoni ta' oġġetti bħal dawn minn Malta hi suġġetta għall-proċedimenti tal-Antiquities (Protection) Act.
Leg 9 PQ #22792 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Funds Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti f'funds barranin, liema flus ġew maħruġa minn Malta, kull fund separatament matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi dominju privat u mhux governattiv.
Leg 9 PQ #22815 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MCED

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ma ilqajtx talba tal-korpi kostitwiti biex jiddiskutu miegħek il-kwestjoni tal-fringe benefits billi allegatement dan is-suġġett ma kienx ġie diskuss fi ħdan l-MCED ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-kuntrarju għal dak li qed jallega, jiena ltqajt ma' kapi kostitwiti nhar il-Ġimgħa 22 ta' Diċembru fuq is-suġġett ta' fringe benefits u kif imwiegħed, sar meeting mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ġew finalizzati d-dettalji kollha.
Leg 9 PQ #22816 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Loans u Overdraft

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li il-Gvern għandu ħsieb li jwaqqaf kumpannija li tiġbor flimkien il-loans u overdrafts kollha li għandhom il-kumpanniji parastatali? Hemm il-ħsieb li jsiru xi negozjati dwar dan ma' xi finance houses barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jistudja options differenti dwar kif jistgħa jiġi organnizzat il-finanzjament eżistenti f'kumpaniji parastatali. Dan biex jiġu negozjati kundizjonijiet aħjar u biex jissaħħaħ il-kontroll kif isir dan is-self. S'issa m'hemm ebda ħsieb li jsiru negozjati ma' xi' finance house barranija għalkemm din l-eventwalita' m'hix eskluża jekk ikun meqjus li dan jista' jkun ta' benefiċċju għall-pajjiżna.
Leg 9 PQ #22818 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Satellite Dishes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati satellite dishes sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob jista' jsiba fil-pubblikazzjonijiet tat-'Trade Statistics'.
Leg 9 PQ #22828 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li rritornaw il-ktieb tal-VAT lill-VAT Department xahar b'xahar mill-1997 'l hawn? Jista' wkoll jgħid kemm kienu dawk li rritornaw il-cash register tagħhom lura lejn id-dipartiment tal-VAT, xahar b'xahar mill-1997 'il hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni reġistrati li talbu biex jinqatgħu mir-reġistru tal-VAT bejn Jannar 1997 u Diċembru 2000 hu kif ġej: Talbiet għ al-De-reġ istrazzjoni Xahar 1997 1998 1999 2000 Jannar 176 300 249 421 Frar 179 216 193 297 Marzu 122 320 172 223 April 123 316 238 208 Mejju 128 300 230 167 Ġunju 113 196 170 157 Lulju 146 137 198 102 Awissu 198 222 174 226 Settembru 436 263 203 210 Ottubru 400 185 283 189 Novembru 362 268 311 187 Diċembru 407 273 298 154 Total 2,790 2,996 2,719 2,541 Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, persuni reġistrati mhumiex obbligati li jirritornaw il-cash register tagħhom lura fid-Dipartiment peress li dan huwa propjeta’ tagħhom.
Leg 9 PQ #21800 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru set-offs mid-dipartiment tat-taxxi sena b'sena mill-1998 'l hawn ma' taxpayers li jagħtu lill-gvern iżda li fl-istess waqt kienu għadhom qed jistennew ħlasijiet mill-gvern lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma kellu l-ebda set-off diretta minn bilanċi dovuti lil xi taxpayers minn xi dipartiment ieħor tal-Gvern biex titħallas it-taxxa dovuta. Kien hemm madankollu xi każijiet fejn saru arrangamenti bejn id-Dipartiment li kellu jagħti flus lil xi fornituri ta’ prodotti jew servizzi u l-persuna jew kumpanija konċernata fejn, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi, inbidlu ċ-ċekkijiet bil-bilanċi rispettivi.
Leg 9 PQ #22680 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Comparative Analysis

Question

Jista' l-Ministru jagħmel comparative analysis ta' l-items individwali ta' kif inbidlu mis-sena 2000 għal din is-sena d-duties, l-excise, il-levies u l-VAT f'mod komparattiv kif ħriġt inti stess bħala Ministru fl-1995? Sar xi impact analysis tal-effett tagħhom fuq l-industrija lokali? Ma' min saru konsultazzjonijiet? In-negozjanti Maltin jafu kif ser jiġu milqutin minn dan kollu? Għalkemm roħs ta' miljun lira huwa n-net result previst, tista' tagħtina indikazzjoni tal-effett globali fuq il-konsumatur u fuq il-cost of living meta tikkonsidra l-effetti kollha li iġġib magħha change in duties?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22723 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Liġi tal-Mandat ta' Partenza

Question

Peress li Gvern preċedenti Nazzjonalista kien neħħa il-liġi tal-mandat ta' partenza, jista' l-Ministru jgħid x'prekawzjonijiet u x'passi jieħu d-dipartiment tal-VAT biex jassigura li kulmin huwa reġistrat mad-dipartiment u li għandu ammonti ta' pagamenti dovuti lid-diparitment tal-VAT, ma jkunux jistgħu jaħarbu mill-pajjiż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT joħroġ regolarment Demand Notices sabiex ammonti dovuti minn persuni reġistrati jiġu mħallsa. Dawn in- notices għandhom saħħa ta’ titolu eżekuttiv sabiex il-proċeduri legali jitħaffu u f’każ li persuna tibqa’ ma tħallasx, dawn il-proċeduri jistgħu iwasslu sa’ mandati ta’ qbid b’sekwestru u saħansitra bejgħ bis-subbasta. Dawn il-passi jistgħu jittieħdu kontra kemm persuna reġistrata kif ukoll kontra kull segretarju, manager, direttur, likwidatur, uffiċċjal prinċipali ta’ kumpanija, kif ukoll kontra kull eredi, eżekuttiv testamentarju, jew kuratur. F’każ li persuna ma tibgħatx denunzja jidħlu proċeduri kriminali biex din tintbgħat flimkien mal-pagamenti dovuti, jekk ikun il-każ. F’każ ta’ ħtija, l-Qorti apparti l-multa, tista’ tordna wkoll penali oħra ta’ Lm6 kulljum sakemm din il-persuna tibgħat id-denunzja mal-ħlas dovut.
Leg 9 PQ #22748 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Capital Outflows

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-capital outflows mill-pajjiż sena b'sena mill-1997 sas-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22749 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar laqgħa li hemm ippjanata għal Marzu 2001 bejn l-OECD u dawk il-ġurisdizzjonijiet - fosthom Malta - li ipprovdew advanced commitments lill-istess OECD?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta qed tiehu f'sehem f'laqgħat li qed isiru bejn l-OECD u l-ġurisdizzjonijiet li ipprovdew l-'advance commitments' lill-istess OECD bl-iskop li jiġu diskussi dawk il-"key issues" li iqumu fil-kuntest ta' bdil ta' informazzjoni. Il-laqgħa ta' Marzu hija intiża għal dan l-iskop.
Leg 9 PQ #22750 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Double Taxation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi attentati ġodda biex jkun hemm double taxation agreement mill-ġdid ma' l-Istati Uniti aktar u aktar billi diversi ġurisdizzjonijiet oħrajn bħal Guernsey qed ifittxu li jagħmlu dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti tal-Amerika kienu avvicinati f’Settembru li ghadda f’tentattiv li jigi negozjat Double Taxation Agreement gdid mal-Istati Uniti. Sa issa ghad m’hemmx zviluppi fuq din il-proposta.
Leg 9 PQ #22475 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej : Dipartiment Riż mi Nefqa LM Kuntrattur Ministeru 250 456.00 Image Systems Ltd Taxxi Interni 45* 5 84.53 10.00 Galaxy Ltd Arrowswift Ltd Dwana Cost Centre 1 - 500* Cost Centre 2 - 100 600* Cost Centre 4 - 325* 4,406.00 Galaxy Ltd Arrowswift Ltd VAT Xejn Lottu Xejn Teżor Xejn Kuntratti Xejn * Dawn huma karti kkuluriti u ma jiġux bil-'watermark'.
Leg 9 PQ #22290 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul min taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa fuq il-petrol, lead free petrol u diesel matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa tas-sisa matul is-sena 2000 kien kif ġej: Petrol Lm9,146,700 Lead free petrol Lm5,620,521 Diesel Lm7,178,464
Leg 9 PQ #22291 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT fuq tuck shops tal-iskejjel u l-canteens tal-fabbriki matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2000 il-provvista ta’ ikel, kif imfisser fit-Taqsima Tlieta tar-Raba’ Skeda ta’ l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, minn canteen li jkun jinsab f’area tax-xogħol jew studju u li esklużivament iservi ikel lill-ħaddiema u studenti f’dak il-post, kienet eżenti bil-kreditu. Għaldaqstant, id-dħul mill-VAT minn dawn l-istabbilimenti, li matul is-sena 2000 kien ta’ Lm5,974.48, kien biss fuq il-provvista ta’ xi oġġetti oħra li ma jaqgħux taħt din l-Iskeda.
Leg 9 PQ #22292 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT mill-istabbilimenti tal-ikel, divertiment u kafeteriji matul is-sena 2000? Kemm kien l-istess dħul għall-aħħar 5 snin sena b'sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Dħul mill-VAT u CET Sena Stabbilimenti ta' l-ikel Kafeteriji (Bars) Stabbilimenti ta' Divertiment Total 2000 3,873,986.69 554,374.67 274,978.84 4,703,340.20 1999 2,822,258.27 564,627.14 13,686.67 3,400,572.08 1998 1,936,965.97 537,993.29 230,402.21 2,705,361.47 1997 1,642,596.88 472,642.08 (6,134.83) 2,109,104.13 1996 1,664,731.11 493,143.21 239,374.99 2,397,249.30 1995 959,557.26 189,793.22 (1,307.00) 1,148,043.48 Total 12,900,096.18 2,812,573.61 751,000.88 16,463,670.00
Leg 9 PQ #22293 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Biljetti ta' l-Ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm ebda VAT fuq il-biljetti ta' l-ajru, hemm biss fuq il-valur miżjud li jgħamel l-aġent ta' l-ivjaġġar jew kumpaniji ta' l-ajru meta jbiegħu l-biljett. Id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru matul is-sena 2000 mistenni jkun ftit aktar minn Lm1.8 miljun.