Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Spezzjoni ta' Fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni f'fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn tabita żagħżugħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret fil-15 ta’ Novembru 2006, qed jiġi verifikata. Ninsab infurmata wkoll li hekk kif titlesta din il-verifika, l-applikazzjoni mistennija tkun riferuta biex issir l-ispezzjoni meħtieġa mill-aktar fis possibbli.

Gżira — Ħsara f'residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-ilment ta' ċittadin mill-Gżira li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kif ikkonfermat minn perit privat - li kopja taċ-ċertifikat tiegħu ġiet mgħoddija lid-dipartiment tad-djar - saritlu ħsara estensiva fir-residenza tiegħu minħabba demolition works li qed isiru fil-bini li minnu tagħmel parti r-residenza ta' l-istess persuna? B'riżultat ta' din il-ħsara ġew demolished ukoll it-toilets komunali li hemm bil-konsegwenza li r-residenti tħallew mingħajr faċilitajiet bażiċi. Filwaqt li nitlob lill-Ministru tintervjeni mad-dipartiment konċernat sabiex il-persuna imsemmija tiġi kkonsidrata għall-akkomodazzjoni alternattiva, nitlob ukoll li ssirlu spezzjoni tal-fond li joqgħod fih.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret fis-27 ta’ Novembru 2006, qed jiġi verifikata. Ninsab infurmata wkoll li hekk kif titlesta din il-verifika, l-applikazzjoni mistennija tkun riferuta biex issir l-ispezzjoni meħtieġa mill-aktar fis possibbli.

Każ dwar Benefiċċji Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi vverifikat jekk persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jieħu l-benefiċċji soċjali kollha intitolati għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Karta r-Roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex xebba li ma taħdimx u tgħix waħedha - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u talbet biex tinħarġilha l-kartuna r-roża, kellha risposta negattiva? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ dwar Anzjana

Question

Tista' l-Ministru tara li tinħareġ l-għajnuna supplimentari ta' anzjana li ma toħroġx mid-dar u nqatgħatilha l-għajnuna supplimentari, għax skond is-social service ma mlietx l-applikazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' u l-isem tal-persuna ndikati mill-Onor. Interpellant ma jaqblux. Għalhekk nitolbu jivverifika dawn id-dettalji u jgħaddihomli, anki b'mod kunfidenzjali, biex il-każ ikun jista' jiġi nvestigat.

Sigurta' Soċjali — Parental allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk single parent raġel bi tliet itfal li jaħdem, huwiex intitolat għal xi forma ta' parental allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma jeżistix benefiċċju bl-isem ta’ parental allowance, nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Allowance tat-Tfal. Jekk dan hu l-każ, il-ħlas ta’ din l-Allowance hi suġġetta għat-test tal-mezzi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata lejn l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex tiġi gwidata dwar jekk għandiex dritt għall-Allowance imsemmija jew le.

Swatar — Ispezzjoni fi blokk tal-gvern

Question

Jista' id-dipartiment tal-maintenance tal-housing jispezzjona u jekk hemm bżonn jieħu azzjoni dwar ix-shafts li minnhom qed jidħol l-ilma fl-indirizz li qed jintbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt il-każ indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Awtorita' tad-Djar — Każ dwar kera

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga għaliex il-kera tas-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, żdiedet mindu miet ir-raġel tagħha flok naqset?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie rivedut din is-sena u li ġie kkalkulat skond il-kuntratt iffirmat fil-21 ta’ Novembru 1997.

Qala — Garaxxijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta ħarġu għall-offerti l-arja ta' fuq il-garaxxijiet fil-Qala li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Kemm applikaw għalihom? Min applika? Kemm hu l-prezz? Kemm kienu stmati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar kienet irċeviet talba mingħand is-sid tal-garaxxijiet indikati mill-Onor. Interpellant biex dan is-sid jixtri l-arja ta' fuqhom għal skop ta' nxir peress li l-bitħa tiegħu kienet żgħira u mudlama minħabba l-ħitan għoljin li jiċċirkondawha. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' laqgħet din it-talba u l-imsemmija arja nbiegħet lis-sid tal-garraxxijiet għas-somma mitluba mill-Awtorita' ta' Lm5,000, fid-29 ta' Awissu 2003.

Każ dwar Housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna tweġiba minn diversi entitajiet biex tagħmel il-verifika tal-means test dwar it-talba tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Jekk minn din il-verifika jiġi konfermat li l-persuna għandha dritt għall-għotja biex isir ix-xogħol, jiġi ffirmat il-ftehim għall-għotja.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-prezz ta' Lm24,500 li ssemma meta persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, għamlu t-talba quddiem l-Awtorita' tad-Djar biex jixtru l-fond indikat f'Birżebbuġa, hux il-prezz kummerċjali jew prezz issussidjat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-prezz indikat mill-Onor. Interpellant hu dak mingħajr sussidju. F'dan il-każ, il-prezz issussidjat ikun determinat fuq id-dħul ta' l-applikanti s-sena li għaddiet. Ninsab infurmata li l-persuna konċernata ntalbet tipproduċi d-dokumenti meħtieġa biex jiġi stabbilit il-prezz issusidjat.

Tfal li qed jirċievu servizz ta' fostering

Question

Tista' il-Minsitru tgħid kemm minn 152 tifel u tifla li llum qed jirċievu s-servizz tal-fostering qed jiġu fostered minn familji li mhumiex il-qraba tagħhom? Kemm kien hemm tfal fostered mill-qraba tagħhom li qabel ma ġew fostered kienu qed jgħixu f'dar residenzjali? Kemm hemm impjegati jaħdmu fuq dan is-servizz u x'inhi l-ispiża biex jingħata dan is-servizz kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentement hawn total ta' 154 tifel u tifla li qed jiġu fostered. Minn dan in-numru, 80 qed jiġu fostered minn familji li m'humiex il-qraba tat-tfal. Mill-74 'l-oħra li qed jiġu fostered minn qrabathom, 24 kienu jgħixu f'xi dar residenzjali għat-tfal. Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' ħaddiema fil-Fostering Unit ta' l-Aġenzija Appoġġ hu ta' għaxra, sebgħa full-time u tlieta part-time. Matul l-2005, l-ispiza għal dan is-servizz laħħqet it-total ta' Lm180,200, li kienet tinkludi s-somma ta' Lm115,452 mħallsa bħala benefiċċju ta' Child in Care Benefit lill-foster families. Sa Ottubru ta' din is-sena, l-ispiża kienet ta' Lm153,900, li tinkludi Lm99,120 bħala Child in Care Benefit.

Adult Training Centres

Question

Billi l-Ministru qalet li t-transizzjoni ta' l-ATC's ilha li saret, tista' tgħid jekk l-impjegati kollha ta' l-ATC's ġewx informati formalment mill-Fondazzjoni u mill-Ministeru li issa ġew trasferiti magħha? Tista' tgħid ukoll x'konsultazzjoni saret mill-Fondazzjoni mal-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' li jattendu l-ATC's?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-proċess ta' tranżizzjoni tal-ATCs għal mal-Fundazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali intemm, dan il-proċess għadu ma ġiex formalment konkluż billi fadal xi punti minuri x'jiġu kjarifikati qabel ma l-ħaddiema jiġu nfurmati formalment dwar id-deployment tagħhom mal-istess Fundazzjoni. Tajjeb li nirrimarka li, f'dan l-istadju, hadd mill-ħaddiema impjegati mas-Servizz Pubbliku li jaħdmu fl-ATCs m'huma se jiġu trasferiti mal-Fundazzjoni. Ninsab nfurmata li l-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' kienu nfurmati dwar dan it-trasferiment tal-ATCs għal mal-Fundazzjoni u s-suġġerimenti li huma għamlu ġew ikkunsidrati.

Ftehim ma' l-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Minsitru tgħid meta se tittieħed deċiżjoni li l-awtorita' tad-djar tonora l-ftehim li ffirmat fit-18 ta' Novembru, 2004 mal-koppja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament minn San Ġiljan, li jingħataw għajnuna ta' Lm470 u minflok ingħataw Lm350?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata illi f'qasir żmien, l-Awtorita' tad-Djar ser tibgħat ċekk lil persuna konċernata, ekwivalenti għall-bilanċ dovut skond il-ftehem iffirmat mal-Awtorita' tad-Djar fit-18 ta' Novembru 2004.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2005-2006? Tista' tgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal- Care and Repair . Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-Djar — Stallar ta' Lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-Awtorita' tad-Djar milli tistalla l-lift fi blokk li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tipprepara s-sejħa għall-offerti għall-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Xogħol ta' Kostruzzjoni fuq Lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni għal-lift fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Meta ħareġ it-tender? Kemm ġej jiswa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li għadni kif tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22437 f’din l-istess Seduta.

Bormla — Manutenzjoni ta' Fond

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni meħtieġa b'urġenza minħabba li l-inkwilin Bormliż li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jinnota diversi konsenturi mal-post li jinsab fil-pjan terran?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt id-dettalji tal-każ indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Bormla — Manutenzjoni ta' Fond

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-azzjoni meħtieġa b'urġenza minħabba li l-inkwilin minn Bormla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jinnota bosta konsenturi li jistgħu jkunu ta' periklu fl-art tal-kamra tal-banju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt id-dettalji tal-każ indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.