Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

`B` referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, kien hemm ħames impjegati oltre t-tnejn ndikati fit-tweġiba għall-P.Q. 9498 li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja għal xi Dipartiment ieħor mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000. F`erba` mill-ħames każijiet it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati. Fil-każ l-iehor, l-impjegat ġie trasferit wara li kien għadda minn interview għal-post ta` Vat Inspector. Dwar l-aħħar parti ta` parlamentari, s`issa mhux previst li jsiru xi trasferimenti oħra għalkemm id-Dipartiment jikkonsidra kwalunkwe trasferiment skond l-esiġenzi tas-Servizz in ġenerali u ta` l-operat tal-Qrati b`mod partikolari.`

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` ħaddiema Maltin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqghu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali matul l-1998 u l-1999 huwa 50. Impjegati Ghawdxin ma kienx hemm. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi it-trasferimenti li saru fl-1999. Wara l-elezzjonijiet generali tal-1998, l-istaff tal-Private Secretariat - Ufficcju tal-Ministru, ġie mibdul kif isir ma kull bidla ta` Gvern. Dan it-tibdil huwa apparti l-figuri li qed naghti.
Leg 9 PQ #13594 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12984 li ma weġibx?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizzha lill-Ministru risponsabbli.

Dipartment tal-Kunsilli Lokali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ma ġie impjegat l-ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #13553 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kunsill lokali huwa responsabbli għat-tiswija u manutenzjoni tat-Triq San Ġużepp bejn il-bypass ta' Sant'Antnin, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun? X'inhi r-raġuni li din it-triq tinsab fi stat hekk ħażin meta din it-triq tista' isservi biex tnaqqas ħafna mit-traffiku u l-konġestjoni li jgħaddi minn Triq Hompesch, Żabbar u fl-istess ħin jekk tiġi rranġata u ssir aċċessibbli u tibda tintuża aktar jonqos l-abbuż u rimi ta' imbarazz u ħmieġ li sfortunatament saret rinomata għalih din it-triq? Possibbli l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u Ħaż-Żabbar jiddeċiedu darba għal dejjem taħt liema kunsill taqa' din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-imsemmija triq mhix arterjali taqa` taħt ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. F`dan il-każ il-konfini bjen iż-Żejtun u Żabbar hu determinat biżżejjed biex jiġi identifikat miż-żewġ Kunsilli.
Leg 9 PQ #13528 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Elezzjoni Ġenerali — Kawżi dwar Corrupt Practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża tal-Corrupt Practices li ġraw fl-elezzjoni ta' Mejju 1987 dwar partitarji Nazzjonalisti li ssawtu jew ma tħallewx jivvutaw minn partitarji Laburisti? Kemm-il seduta saret? Min kien l-imħallef jew il-maġistrat? Meta nqatgħet is-sentenza? Kemm kienu akkużati? Kemm instabu ħatja? Kemm issejjħu xhieda mid-difiża u mill-prosekuzzjoni separatament? Għal kemm-il darba d-difiża sejħet l-istess xhud jixhed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar, u risposta tinghata f`xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-qrati mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk l-impjegati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda fil-Qrati.

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati kawżi ġodda għal separazzjoni jew annullament taż-żwieġ matul is-sena 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-1999 ġew reġistrati: 205 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla li minnhom kien hemm 73 rikorsi fuq l-istess kawzi; 5 kawzi ta` separazzjonijiet ġew prezentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Ghawdex); 75 kawzi ta` annullament fil-Prim`Awla tal-Qorti Civili; 19-il applikazzjoni fil-Qorti ta` l-Appell sabiex jiġu reġistrati annullamenti moghtija mill-Curia.

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti illum? Ta' xiex huma akkużati l-persuni konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-24.1.2000 hemm 46 ġuri pendenti maqsumin hekk: Omiċidju Volontarju 10 Tentattiv ta` Omicidju 13 Omiċidju Involontarju 1 Serq Kwalifikat 6 Riċettazzjoni 1 Drogi 11 Falsifikazzjoni - Dokt. 2 Korruzzjoni Minorenni 1 Ikkawza Spluzzjoni 1
Leg 9 PQ #12984 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu karozza wahda biss `impressed`. Din qeghda l-Qrati ta` Malta. M`hemm ebda karozzi impressed mal-Law Commission, mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, mal-Ufficcju tal-Permanent Secretary u tieghi, bhala Ministeru, mal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u mal-Ufficcju tal-Avukat Generali.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ispiza biex jittieħdu mizuri fil-Head Office tal-Ministeru, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u fid-Dipartimenti`Kummissjonijiet li jaqghu taħt l-istess Ministeru, biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) nixtieq nikkonferma li l-MITTS kienet ġiet inkarigata biex taghmel extensive testing b`Kuntratii specifici, sentejn wara xulxin. Il-valur tal-Kuntratt bejn il-MITTS u l-Ministeru tal-Gustizzja fl-1998 qam LM8960. Il-valur tal-Kuntratt li sar fl-1999 mill-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-MITTS tinkludi l-ispiza kollha tad-Dipartimenti li kienu jaqghu taħt l-istess Uffiċċju, inkluz il-Ministeru tal-Gustizzja. Fl-Ufficcju tal-Avukat Generali - ġie ngaġġat skrivan biex jaħdem overtime ta` tlett (3) sieghat il-Ħadd 2 ta` Jannar, 2000 dwar Y2K testing fil-Criminal Registry Computersation System, bi spiza minima. Dwar Embedded Systems (eg. fax machine, photocopiers ecc.), is-Suppliers li kienu pprovdew diversi tipi t`equipment lill-Ministeru, Dipartimenti u Kummissjonijiet, ġew mitluba jaghmlu testijiet neċessarji. Billi m`hemmx ebda spiza nvoluta, ma rċevejna ebda kontijiet.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Head Offices tal-Ministeru u tad-Dipartiment`Kummissjonijiet li jaqghu taħti, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Avukat Generali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni tal-Liġi u l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma rrizultaw ebda problemi tal-Y2K fil-Computers u apparat ieħor elettroniku. Madankollu, Dipartiment li jaqa` wkoll taħt l-istess Minnisteru, jiġifieri l-Qrati ta` Malta, irrapporta problemi minimi li huma kollha kontrollabli.
Leg 9 PQ #13277 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti Kriminali — Omiċidji volontarji

Question

Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12816, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar, tinghata risposta f`xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #13278 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati tal-Ġustizzja — Feriti gravi

Question

Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12817, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid mingħajr ma jagħti ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet tal-ferita gravi segwita bil-mewt quddiem il-qorti tal-ġustizzja mill-1987 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar, tinghata risposta f`seduta ohra.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nghataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkazjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minħabba l-kariga tieghi. Barra minn hekk, ninsab infurmat li l-anqas jirrizulta li nghata xi rigal ghall-istess okkazjonijiet mill-ufficcju tieghi.
Leg 9 PQ #12721 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gustizzja u Gvern Lokali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta'donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali u d-Dipartiment` Kummissjonijiet li jaqghu taħtu ma rcevew ebda vettura permezz ta` donazzjoni mill-1987 sa l-1996.
Leg 9 PQ #12920 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsill Lokali — Gżira

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm problemi dwar it-titlu tal-fond li akkwista il-Kunsill Lokali tal-Gżira għal użu bħala day centre li jkun jista' jiġi wżat mill-anzjani tal-lokal? X'se jiġri f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissugerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` konċernata.
Leg 9 PQ #13056 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex — Qorti - Telephone

Question

Jaf il-Ministru li fil-Qorti ta' Għawdex minn żewġ linji tat-telephone, linja waħda ilha bil-ħsara mit-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex din il-linja titranġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Qorti ta` Ghawdex ghandna tlett (3) linji li fuqhom jista` icempel l-pubbliku minn barra. Waħda minn dawn (557531) kienet bil-ħsara nhar it-Tnejn 17 ta` Jannar 2000. Din issewwiet l-ghada it-Tlieta pero rega kien hemm xi ħsara. Pero reġghet issewwiet. Tajjeb ukoll li insemmi li fil-Qorti ta` Ghawdex hawn installata `phone booth` biex il-pubbliku ikun jista` jċempel minn ġol-Qorti.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħala pajjiz ċivili hija uzanza li jsiru riċevimenti fl-okkazjoni tal-Milied. Il-Ministeru ma ghandu ebda ħsieb jibdel din l-uzanza, pero jaghti kaz li ma jkunx hemm spejjez esagerati. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodifacentement ghaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f`pozizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Kartolini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?

Response (GATT, AUSTIN)

Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.