Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25975 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Visa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin li daħlu f'Malta legalment iżda skadietilhom il-visa u mhux magħruf fejn jinsabu? Jista' jindika n-nazzjonalita tagħhom? Jista' jgħid kemm persuni ġew irrifjutati d-dritt li jidħlu f'Malta mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 t'April 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija mhux disponibbli. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta`April 2001, in-numru ta` inadmissable persons kien ta` 4,229.
Leg 9 PQ #25976 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadini mill-EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini mill-EU biex jaħdmu f'Malta u kemm fil-fatt ingħatalhom il-permess mill-1 ta' Jannar 1995 sat-30 t'April 2001, sena, sena? Jista' l-Ministru jindika t-tip ta' xogħol li għalih ingħata l-permess għal kull wieħed? Jista' jindika liema permessi ġew estiżi u għal kemm żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Dawk il-persuni barranin li lilhom tinħarġilhom liċenzja ta` impjieg huma nklużi f`Lista ta` Nies Barranin li għandhom il-Liċenzji ta` Impjieg li hija ppubblikata kull xahar mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. Skond l-aħħar lista ta` persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fis-7 ta` Mejju 2001, in-numru ta` persuni li ġejjin mill-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea huwa ta` 749. Din il-lista tinkludi l-isem tal-barrani, ix-xogħol li għalih ingħata permess, isem tal-kumpanija jew tal-Employer kif ukoll id-data sa kemm hi valida l-liċenzja.
Leg 9 PQ #25981 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Work Permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm barranin iqabdu jaħdmu f'Malta u f'Għawdex illegalment mill-1 ta' Jannar 1995 sat-30 t'April 2001, sena, sena? Jista' jindika n-Nazzjonalita tagħhom? Kemm minnhom applikaw għal work permit wara li nqabdu jaħdmu u kemm minnhom ingħatalhom il-permess wara li applikaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mhux disponibbli.
Leg 9 PQ #25982 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu kkummissjonax xi studju dwar l-impatt ta' Sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE fuqq l-impjiegi f'pajjiżna billi huwa l-Ministru ta' l-Intern li jgħati l-permess lill-barranin biex jaħdmu f'pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, ma jaħsibx l-Ministru li jkun utli li jsir dan l-istudju jew jekk qiegħed isir jew sar minn xi ministeru ieħor, jista' l-Ministru jinformana bil-kontenut?

Response (BORG, TONIO)

L-ebda dekasteru fil-Ministeru tiegħi ma ikkummissjona studju fuq il-linji li qed jindika l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu. Dwar jekk hemmx xi ministeru ieħor li kkummissjona xi rapport simili, li jikkonċernaw setturi speċifiċi, nissuġerilu li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #25983 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Asylum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-asylum f'Malta matul is-snin 2000 u 2001 kemm persuni ngħataw il-benefiċċju?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23110.
Leg 9 PQ #25993 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minħabba overspeeding (a) f'Malta kollha u (b) f'Triq Sant Anna l-Floriana matul is-sena 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ingħataw 161 ċitazzjoni mill-Pulizija minħabba sewqan eċċessiv. L-ebda waħda minn dawn ma kienet fi Triq Sant`Anna, il-Floriana.
Leg 9 PQ #26008 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar terġa toħroġ l-iskema sabiex ikunu rranġati l-gallarijiet fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser toħroġ din l-iskema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-iskema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet estiża għall-Belt u l-Furjana u l-estensjoni ta` l-iskema tiġi kkunsidrata mill-ġdid wara li tagħlaq is-sena finanzjarja.
Leg 9 PQ #26044 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-complement preżenti ta' pulizija (kuntisstabbli) u x'inhuma dak proġettati? Jista' jagħti informazzjoni dwar il-complement ta' gradi ta' surġenti u spetturi u x'inhuma n-numri li suppost hemm fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,391 Kuntistabbli, 274 Surġent u 69 Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi bħalissa fl-Akkademja tal-Pulizija hemm 33 rekluti jattendu kors ta` taħriġ għal ingaġġ bħala Kuntistabbli. Hemm ukoll 80 Kuntistabbli li qed jattendu kors għal eżami ta` promozzjoni għal Surġent, filwaqt li hemm ukoll 19-il Uffiċjal Kadetti.
Leg 9 PQ #26122 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tqiegħed ta' l-imwejjed barra fil-Belt Valletta? Lil liema stabilimenti inħarġu dawn il-permessi u x'inhu l-kobor ta' l-area involuta u kemm hu n-numru ta' imwejjed li jistg]u jitpoġġew barra f'kull każ separatament Kemm iħallsu dawn l-istabillimenti għal dawn il-permessi, kull wieħed separatament? Meta nħarġui l-permessi għall-ewwel darba f'kull każ partikolari?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-futur qarib, bħalma ġara fil-ħruġ ta` permessi għal encroachment mid-Dipartiment ta` l-Artijiet, il-permess tal-Pulizija se jibda jkopri l-"area" tal-art okkupata u mhux in-numru ta` mwejjed u siġġijiet.
Leg 9 PQ #26123 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Enforcement Order

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru 25716 fejn intqal li nħarġet enforcement order ECF 95/01 fuq is-sit in kwistjoni, jista' l-Ministru jara li l-proċeduri jitħaffu peress li minkejja din l-enforcement sal-lum stess is-sid xorta baqa' għaddej bix-xogħolijiet li jinkludu t-tneħħija tal-ħamrija u li ingħata l-konkos fl-art meta dan is-sit suppost intuża bħala orchard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jirriżulta li x-xogħolijiet li saru fuq tneħħija ta` ħamrija ġie awtorizzat mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd u dan skond il-Fertile Soil Reservation Act ta` l-1973. Rigward ix-xogħol ta` konkos li ngħata fl-art, dan sar biex jiġi msewwi saqaf ta` bir eżistenti li tkisser bil-makkinarju li kien qiegħed jintuża għat-trasport ta` l-imsemmija ħamrija. Għar-rigward ta` tħaffif tal-proċedura ta` l-Azzjoni Diretta, id-Direct Action Team bħalissa għandu l`fuq minn elf każ pendenti ta` dan it-tip. Dan il-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa skond il-prijoritajiet eżistenti.
Leg 9 PQ #25230 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Inċident tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vejikoli tal-pulizija involuti f'inċident tat-Traffiku is-sena l-oħra u din is-sena u kemm swew biex issewwew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-31 ta` Marzu 2001, in-numru ta` vetturi tal-Pulizija li kienu nvoluti f`kolliżżjonijiet kien ta` 98. In-nefqa sabiex dawn jiġu rranġati kienet tammonta għal Lm13,017.
Leg 9 PQ #25443 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli lokali li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jgħinu lill-għaqdiet tal-lokal tagħhom jsibu propjeta/art jew fond biex jiżviluppaw aħjar l-premises tagħhom ħalli joffri servizz aħjar lill-membri tagħhom waqt il-ħin ħieles tagħhom? X'progress sar u x'iżvilluppi ġew reġistrati?

Response (BORG, TONIO)

Peress illi skond il-"policy" tal-Gvern, it-talbiet tal-Kunsilli Lokali (għall-proprjeta` tal-Gvern) jsiru minnhom lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25444 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li skond id-Dipartiment ta' l-Artijiet jirriżulta li għalqilhom iċ-ċnus tagħhom? Kemm huwa n-numru ta' tmien tar-raba' li fil-fatt iċ-ċnus fuqhom jinsabu mgħaluqa

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru huwa mitlub jispeċifika s-sena li dwarha qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #25741 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjan biex il-bini li bħalissa qed jintuża mill-iskola Lorenzo Manche' fl-Ospiżju tal-Furjana jinbidel biex jibda jiġi użat għall-arkivji notarili? Meta hemm il-ħsieb li jseħħ l-użu ġdid ta' dan il-bini?

Response (BORG, TONIO)

Qed tiġi kkunsidrata l-possibilita` li l-Arkivji Nutarili jinstabilhom post iktar adegwat u modern minn dak li hemm illum. Qegħdin jiġu studjati diversi siti alternattivi li jistgħu jservu għal dan il-għan. M`hemm għalissa l-ebda pjani konkreti u ġew studjati diversi proposti kemm fil-Belt kif ukoll fil-Floriana. Il-possibilita` li l-post ikun fil-Belt hi aktar probabbli.
Leg 9 PQ #25954 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' bini ġie mogħti l-permess għalih fi Triq il-Palazz l-Aħmar f'Sta Venera quddiem id-djar?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tispeċifika s-sit li qed tirreferi għalih, possibilment fuq site plan, sabiex tingħata risposta xierqa.
Leg 9 PQ #25968 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-għassa tal-pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ ser jerġa jkollha spettur wieħed assenjat lilha?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan isir hekk kif l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jippermettu.
Leg 9 PQ #25969 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hold Ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investigati hold ups bejn l-1 ta' Jannar 2000 u 30 ta' April 2000 u bejn l-1 ta' Jannar 2001 u t-30 ta' April 2001?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April 2000, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15899, filwaqt li matul l-istess xhur din is-sena ninsab infurmat li kien hemm 10.
Leg 9 PQ #25970 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

B'riferenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari no. 22330 u 24193, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u l-eżitu tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ (20/03/012) ġie deċiż fis-seduta li nżammet fl-20 ta` Marzu 2001. Il-persuna ndikata ġiet liberata mill-akkużi miġjuba kontra tagħha, u dan a bażi taċ-ċertifikat mediku li ma kienx jorbot lil din il-persuna biex toqgħod fis-sodda jew rekluża d-dar.
Leg 9 PQ #25971 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'overtime fil-korp tal-Pulizija bejn 1 ta' Jannar 1995 sat-30 ta' April 2001 sena, sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25972 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħati rendikont dettaljat tan-nefqa f'overtime lill-membri tal-korp tal-Pulizija għall-ħin li għaddew fil-Qorti filhħodu biex jidhru f'każijiet mill-1 ta' Jannar 1995 sat-30 ta' April 2001 sena, sena. Jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull taqsima?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.