Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna matul is-sena 2006 lil għaqdiet sportivi biex jagħmlu testijiet kontra d-doping? Liema kienu dawn l-għaqdiet? X'għajnuna ngħatat u kemm swiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx data stabilita għall-bidu ta' xogħol fuq skola ġdida f'Pembroke, kemm hija l-istima ta' dawn ix-xogħlijiet u jekk hemmx data proviżorja ta' ftuħ ta' tali skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qegħda tiġi proċessata t-tender mill-kumitat tal-kuntratti biex tiġi pubblikata. Meta din tiġi pubblikata tkun tista tingħata tweġiba eżatta ta' meta se jibda x-xogħol. Marbut magħha hemm ukoll il-permess tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors tal-Masters in Marine Studies għall-istudenti li jkunu temmew il-kors ta' kaptani jibdiex isir hawn Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti l-universita' llum? Kemm huma Maltin? Minn fejn huma l-oħrajn u x'inhu l-kors akkademiku li qed jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita' huwa ta' 9,522 u fosthom hemm 8,922 Maltin.
Informazzjoni dwar in-nazzjonalita' u l-kors li qed jattendu ta' l-istudenti barranin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-karozza uffiċjali tal-Ministru hija mikrija u għaldaqstant il-manutenzjoni ssir mill-kuntrattur.
Informat ukoll li l-ispiża għall-manutenzjoni għat-tieni karozza fl-2006 kienet ta' Lm163.23c.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li jattendi l-iskola tal-Vajringa (year 5) li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn ta' assistenza psikjatrika, m'huwiex qiegħed jingħata din l-għajnuna għaliex il-gvern m'għandux dan is-servizz f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sevizz ta' psikjatrija qatt ma kien servizz li jingħata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni iżda mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Kunsill Malti għall-Isport — National Sports Strategy
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tan-National Sports Strategy għat-tliet snin li ġejjin li ħadem fuqha l-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-dokument mitlub qiegħed f'idejja għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru. Nittama li ma ndumx ma nkun f'pożizzjoni biex nippubblikah.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23044, jista' l-Ministru jgħid min jokkupa l-karigi msemmija fit-tweġiba? Jista' jindika eżattament f'kull każ x'inhuma l-allowances mogħtija u jekk humiex parti minn ftehim kollettiv jew ftehim ta' xorta oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix policy li niżvela fil-pubbliku dħul ta' individwi f'ċirkostanzi kif previst mill-Mistoqsija. L-allowances huma ġeneralment mifthema fil-Ftehim Kollettiv u kif imfisser fit-tweġiba diġa mogħtija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23043, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat li tbiddlu? Jekk fl-affermattiv, meta u minn fejn ġew trasferiti u fejn jinsabu fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kapijiet li tbiddlu mill-bidu ta' din is-sena skolastika huwa ta' erbgħa. Id-data tat-trasferiment ta' kap minnhom hi fl-20 ta' Lulju 2006 li mill-iskola ta' l-Għarb ġie trasferit għall-Post-Sekondarja tar-Rabat, Għawdex. It-tlieta l-oħra ġew trasferiti fit-18 ta' Settembru 2006 u l-iskejjel li ġew trasferiti minnhom kienu Sekondarja Subien tan-Naxxar, Baħrija u Qormi SS 'A', u l-iskejjel li jinsabu fihom huma Primarja Sta. Venera, Marsaskala u Rabat 'A' rispettivament.
Jista' l-Ministru jara għala fil-Liċeo M.A. Vassalli hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż tant li l-istudenti qed ikollhom ħafna free lessons, stat ta' fatt li seħħ anke s-sena skolastika li għaddiet ukoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa ħadet miżuri biex tassigura li jkun hemm għalliema tas-suġġett imsemmi u qed tkompli tagħmel ħilitha biex tassigura li dan is-servizz jitjieb.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l-MCAST, li ftit taż-żmien ilu kienu anke tressqu l-qorti fuq każ ta' bullying, irritornawx lura lejn l-iskola? X'għajnuna qed jingħataw fil-preżent ħalli ma jirripetux l-iżball li kienu għamlu? Jikkonsidra l-Ministru li f'każi bħal dawn jintbagħtu jagħmlu xogħol volontarju, bħal ngħidu aħna fil-weekends jew festi pubbliċi, fosthom ma' persuni li jkunu għaddejjin minn tbatijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li erbgħa mill-ħames studenti daħlu lura l-Kulleġġ u għandhom diversi appuntamenti mill-Counsellors tal-Kulleġġ. Il-ħames student m'għadux jattendi l-Kulleġġ.
Informat ukoll li l-awtoritajiet tal-Kulleġġ ħadu passi drastiċi ma' l-istudenti kollha involuti u ngħataw miri akkademiċi u vokazzjonali għoljin. Il-ġenituri tagħhom kienu involuti direttament u mistennija li jikkollaboraw ma' l-MCAST biex jizguraw li t-tfal tagħhom jirrejalizzaw il-gravita' ta' l-azzjoni li għamlu u li jpattu għaliha.
L-awtoritajiet tal-Kulleġġ, bħala professjonisti, ittrattaw l-inċident b'mod effettiv u ser ikomplu jaraw li l-edukazzjoni u l-iżvilupp personali taż-żgħażagħ involuti jkunu adegwati.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega l-arranġamenti li saru dan l-aħħar dwar it-tagħlim tad-drama fl-iskejjel fejn persuna jew persuni li m'għandhomx il-kwalifiki ta' għalliema qed jitħallew igħallmu dan is-suġġett? Kif intagħżlu dawn il-persuni u kemm hu l-ħlas li qed jingħataw? F'liema skejjel qed isir dan it-tagħlim? Jistax jitqies dan kollu bħala sfiduċja fid-drama unit ta' l-istess diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid ukoll x'sillabu qed jiġi segwit?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sena skolastika li għaddiet l-HSBC Cares for Children's Fund sponsorja lid-direttur ta' skola tad-drama privata biex imexxi sessjoni darba fil-ġimgħa mat-tfal tal-ħames sena dwar Teaching English through Drama. L-esperiment kien suċċess u l-HSBC Cares for Children's Fund urew ix-xewqa li jkomplu dan l-esperiment ma' l-istess tfal matul din isena skolastika. L-għalliem/a tal-klassi tkun prezenti waqt il-lezzjoni.
Ix-xogħol li qed isir qed jikkumplimenta x-xogħol li jagħmlu l-għalliema tad-drama fl-iskejjel għax qed jgħin lill-istudenti jwessgħu l-għarfien tagħhom tal-lingwa ingliza u jkabbru l-fiduċja fihom infushom ħalli jkunu jistgħu jesprimi ruħhom aħjar.
Informat ukoll li l-iskejjel fejn qed isir dan it-tagħlim huma ta' Bormla u l-Birgu, l-għazla ta' dawn il-persuni saret mill-HSBC u l-iskejjel ma ħallsu xejn. Is-sillabu li qed jiġi segwit hu tal-Ingliz skond il-Kurrikulu Nazzjonali b'enfasi fuq il-kreattivita', l-intonazzjoni tal-lingwa Ingliza, tkabbir tal-vokabolarju u s-self-esteem.
Wara li tajt din l-informazzjoni naħseb li l-Onor. Membru jaqbel li min issuġġerilu r-raba' mistoqsija huwa zbaljat ħafna u ma jixtieqx il-ġid tat-tfal.
Junior Lyceum Sta. Tereża — Għalliema ta' l-Istudju Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-għalliema fl-iskola J.L. Santa Tereża Mrieħel li jgħallmu l-Istudju Soċjali? F'liema sena jgħallmu? Xi kwalifiki għandu kull wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm erbgħa għalliema kwalifikati jgħallmu l-Istudju Soċjali mill-Form I sa Form V fl-iskola imsemmija. Il-kwalifiki huma B.Ed (Hons) jew B.A. flimkien mal-P.G.C.E.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22059, jista' l-Ministru jgħid mill-ammont li kien committed kemm ġew imħallsa skond kull każ? Jista' jgħid ukoll meta tħallsu? Jista' jgħid ukoll x'xogħol sar f'kull item li hemm imniżżel fil-paper laid għat-tweġiba msemmija aktar qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba diġa mogħtija għal PQ22059.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel privati u kemm minnhom għollew il-miżata s-sena l-oħra u b'kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' skejjel Privati huwa ta' 31.
Informat ukoll li s-sena l-oħra 11 il-skola Privati nformaw lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-liġi fir-rigward ta' xi żieda fil-miżati. It-tagħrif mitlub dwar iż-żieda fil-miżati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-kumpless ta' skejjel li hemm fin-Naxxar, jiġifieri l-iskola sekondarja, l-ex-opportunity centre u l-MCAST l-art se tinbiegħ lill-privat u tingħata għall-bini? Jekk fin-negattiv, x'se jiġri minn dawn l-iskejjel?