Jista’ l-Ministru jgħid meta l-parti ta’ Triq l-Arċisqof li issa ilha xhur magħluqa ser terġa’ tiftaħ għat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li din it-triq kienet ilha skedata biex issir pedonali sa minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – kiri ta’ gabbani/outlets/bankarelli
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 26035 u 26135, fejn fl-ewwel tweġiba l-Ministru rrefera l-mistoqsija lill-Prim Ministru u fit-tieni tweġiba, il-Prim Ministru għamel referenza lura lill-Ministru għat-Trasport, għaldaqstant jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26135.
Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif taż-żona fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt u jgħid x’tip ta’ tindif isir u b’liema frekwenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li r-responsabilta’ tat-tindif fit-Terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt hi tal-Malta Public Transport.
Preżentament, isir tindif minn ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif tliet darbiet kuljum,fis- 7am, fis-1pm u fil-5pm.
Apparti minn hekk, isir ħasil taż-żona tliet darbiet fil-ġimgħa, it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa matul il-lejl.
Fil-jiem li ġejjin ser jiġi iffirmat ftehim bejn Malta Public Transport u d-Direttorat għat-Tindif fejn ser jiżdiedu iktar il-frekwenzi tat-tindif.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika marbuta ma’ kemm-il persuna użat it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’ għandhiex l-informazzjoni mitluba.
Transport Malta – investigazzjoni fuq toroq li ma sarux
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt, Transport Malta (TM) investigatx ix-xogħol fuq xi toroq partikulari li ma sarux mill-istess TM, iżda li saru minn xi entitajiet oħra? Jekk iva, fejn saru tali investigazzjonijiet, u x'kienu r-riżultati li nkisbu? X'passi ttieħdu minn TM, dwar il-każi li ġew investigati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwentament għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 24655, 19628, 19629, 18802 u 17819, u kif indikat ukoll f’din il-mistoqsija, Transport Malta ma investigatx toroq li saru minn xi entitajiet oħra iżda tkompli tispezzjona viżwalment ix-xogħlijiet kompluti kollha mill-entitajitijet f’kull lokalita’ li jkunu daħlu fis-sistema tar-Road Permit System matul is-sentejn garanzija hekk kif stipulat fl-L.S. 499.57 u fejn jinstab li x-xogħlijiet ma jkunux żammew il-livelli ta’ kwalita’ aċċettabbli, l-Awtorita’ tordna lill-entita’ u l-kuntrattur sabiex jerġgħu jsiru ix-xogħlijiet mill-ġdid jew isewwu kif neċessarju. Minħabba n-numru estensiv ta’ permessi li jinħarġu għax-xogħlijiet (madwar 10,000 permess fil-2014, 12,000 fil-2015 u 6,000 sal-lum fit-2016), ikun difficli sabiex jingħadd in-numru ta’ azzjonijiet li ttieħdu u x-xogħlijiet ta’ rimedju li saru minn entitajiet jew mill-privat wara li l-ispezzjonijiet minn TM irriżultaw li t-twettieq tax-xogħlijiet ma kinux ta’ livell sodisfaċenti. Jekk dan huwa rikjest u sakemm mhux xi kaz speċifiku li għalih qed tiġi mressqa l-mistoqsija, hemm bżonn ta’ aktar żmien ħalli l-files kollha ta’ xi perjodu partikolari jiġu miflija wieħed wieħed.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Fugass u parti minn Triq it-tamar — xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li Transport Malta għandha tagħmel fi Triq il-Fugass u f'parti minn Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar? Kemm hu mistenni li jiswa dan l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet huma ppjanati biex jibdew wara s-sajf.
Jista’ l-Ministru jara li anke fix-xhur tas-Sajf is-servizz tal-linja X1A jkompli għax bih qed jinqdew numru kbir ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu l-Isptar Mater Dei kif ukoll numru ta' Għawdxin li jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta X1A ma’ sservix il-bus stop ta’ quddiem l-entratura tal-Isptar Mater Dei fi triqitha lejn l-aħħar destinazzjoni tagħha ġewwa l-MCAST Raħal Ġdid. Mill-banda l-oħra, ir-rotta X1, fi triqitha miċ-Ċirkewwa lejn l-Ajruport, isservi kemm l-Interchange tal-Universita’, kif ukoll il-bus stop ta’ quddiem l-entratura tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant, ħaddiema Għawdxin li jaħdmu l-Isptar Mater Dei kif ukoll Għawdxin li jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei huma servuti bir-rotta X1.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward periklu fis-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ jirrigwarda talba biex Triq il-Kbira Gudja ssir one way. Ninsab infurmat li Transport Malta kienet approvat talba mill-Kunsill għal one way f’din it-triq għal perjodu ta’ prova ta’ xahar, madanakollu r-resident għamlu talba biex din it-triq terġa’ ssir two way. Sussegwentement l-Awtorita’ kellha diversi laqgħat mal-kunsill sabiex tinstab rotta alternattiva għas-servizz tat-trasport pubbliku madanakollu ġie deċiż li jibqa’ kollox kif inhu minħabba li ma nsabet l-ebda rotta alternattiva aħjar. Sabiex ittejjeb il-livell ta’ sigurta’ f’din it-triq l-Awtorita’ approvat limitu ta’ veloċita’ ta’ 30km/hr u nstallat roundels fit-triq.
San Ġwann – Vjal il-Rihan u Triq Caruana Dingli – konsultazzjoni fis-sistema tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-konsultazzjoni dwar il-bidliet fis-sistema tat-traffiku fil-junction bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f'San Ġwann li ġiet implimentata f'dawn l-aħħar jiem? Jista' jgħid kemm damet din il-konsultazzjoni, min kien invout fiha kemm mill-Kunsill kif ukoll minn Transport Malta u x'kien l-eżitu ta' din il-konsultazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nżammu numru ta’ laqgħat f’dawn l-aħħar xhur speċifikament fuq din is-sistema tat-traffiku. Dawn il-laqgħat dejjem saru fil-presenża tas-Sindku, Kunsilliera u s-Segretarju Eżekuttiv min-naħa tal-Kunsill ta’ San Ġwann, uffiċjali mid-Direttorat tat-Toroq u uffiċjali mid-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku u Sigurta’ fi ħdan Transport Malta. Saru wkoll laqgħat b’mod regolari ma’ rappreżentanti tal-GRTU. Is-sistema kif qed titħaddem llum ġiet maqbula minn dawk preżenti.
Addizzjonalment, ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema li qiegħda titħaddem fi Vjal ir-Riħan u t-toroq tal-madwar tifforma parti minn pjan holistiku li jindirizza l-influss tat-traffiku, north-bound u south-bound, minħabba l-Proġett tal-Kappara. Is-sistema addottata hija ntenzjonata li tiffaċilita l-influss tat-traffiku li se jiġi ddevjat f’diversi toroq skont id-destinazzjoni tas-sewwieqa.
L-implimentazzjoni ta’ din is-sistema kienet maqsuma fuq diversi fażjiet li kienu jinkludu xogħlijiet infrastrutturali, xogħlijiet ta’ line markings u organizzazzjoni tal-parking bays kif ukoll, fl-aħħar fażi, l-installazzjoni tat-tabelli u sinjali neċessarji. Dawn ix-xogħlijiet kollha saru skont l-istandards applikabbli.
Transport Malta qiegħda kontinwament ssegwi s-sitwazzjoni u l-andament tat-traffiku permess tal-Enforcement Officers fuq is-sit kif ukoll permezz tal-preżenza ta’ uffiċjali oħra mid-Direttorat tat-Toroq.
Ix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq it-toroq identifikati bħala toroq alternattivi għal tul il-Proġett tal-Kappara huma prattikament lesti u m’hemmx ippjanati xogħlijiet kbar addizzjonali. Il-pjan totali għall-immanniġġjar tat-traffiku marbut mal-Proġett tal-Kappara se jkun ikkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin qabel ma’ dan il-pjan jiġi attwalment implimentat. Il-kommunikazzjonijiet se jkunu qegħdin jispjegaw, fid-dettall, it-toroq alternattivi kollha u d-devjazzjonijiet neċessarji sabiex is-sewwieqa u l-pubbliku in ġenerali jkollu l-informazzjoni kollha meħtiega. Il-pjan tal-implimentazzjoni jolqot diversi lokalitajiet li jinkludu San Ġwann, San Ġiljan, tas-Sliema, Gżira, is-Swatar, B’Kara, Ta’ Xbiex, l-Ibraġġ, Madliena, s-Swieqi, l-Imsida u Għargħur. L-ispejjeż kollha marbuta max-xogħlijiet li saru se jkunu ippubblikati fil-ħin opportun. Ta’ min izid li parti kbira minn dawn ix-xogħlijiet ser jigu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
L-iskemi tal-immanniġġjar tat-traffiku marbuta mal-Proġett tal-Kappara ġew spjegati u diskussi fid-dettal f’laqgħa li Transport Malta żammet mal-istakeholders nhar il-5 t’April. Id-dettalji tal-iskemi tal-immanniġġjar tat-traffiku nklużi l-pjanti ilhom li tħabbru fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta https://news.transport.gov.mt/kappara-project/traffic-management/ ‘l fuq minn xahar. Ġew spjegati wkoll f’laqgħa separata li nżammet għall-membri tal-media fil-11 t’April. Addizzjonalment, ġew ippublikati diversi stqarrijiet għall-istampa li speċifikament iffukaw fuq id-diversi xogħlijiet infrastrutturali u l-mod ta’ kif kien se jgħaddi t-traffiku. L-istess stqarrijiet ġew ippublikati fuq is-sit www.news.transport.gov.mt , fuq il-Facebook page ta’ Transport Malta u fuq Twitter. Fil-ġranet li għaddew bdew ukoll jitqassmu, fid-djar kollha madwar Malta u Għawdex, booklets b’dettalji għall-pubbliku dwar il-proġett, filwaqt li l-kampanja t’informazzjoni mistennija tintensifika fil-ġranet li ġejjin u tul il-proġett.
(Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument Nru. PL 7458 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 4 ta' Lulju 2016 f'Seduta 412)
San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – avviż lis-sewwieqa
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'tip ta' kampanja ta' informazzjoni saret biex tavża lis-sewwieqa, residenti u kull min juża r-rotta ta' Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f'San Ġwann dwar it-tibdil li sar fis-sistema tat-traffiku?

San Ġwann – Vjal il-Rihan, Triq Caruana Dingli u Triq Salvu Busuttil — devjazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi studju sar marbut mad-devjazzjonijiet u bidliet fis-sistema tat-traffiku fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan, Triq Caruana Dingli u Triq Salvu Busuttil, San Ġwann? Jista' jpoġġi r-riżultati ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – tibdil fil-junction
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega kif it-tibdil li seħħ fil-junction ta' San Ġwann ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli, se jwassal biex il-problema tal-konġestjonijiet tat-traffiku f'din iż-żona, b'mod partikulari f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata, se jonqsu u b'kemm se jonqsu?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – spiża ta’ xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xogħlijiet li saru fil-junction bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f'San Ġwann?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – rispons dwar tibdil fit-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa x’kien ir-rispons li kellu dwar it-tibdil fit-traffiku fil-junction ta’ San Ġwann ta’ bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli?

Jista' l-Ministru jara li l-festun li hemm tul il-promenade tal-Għadira jinxtegħel kollu u jekk hemm xi ħsarat fuq parti minnu, jissewwa b'mod immedjat biex ma jerġax jiġri kif ġara sena ilu meta l-istess festun tħalla nofsu mitfi sa nofs Awwissu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ntbgħatu ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet biex jaraw xi ħsarat hemm u eventwalment jiġu imsewwija.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika jekk l-informazzjoni mitluba tinkludix ukoll id-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-informazzjoni li ngħatat mill-applikant ma kinitx korretta meta ġiet ivverifikata mill-Awtorita’, il-Bord m’approvax din it-talba.
San Pawl il-Baħar — Buġibba, Qawra u Xemxija – Cleansing Department - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Cleansing Department, ikollhom il-vann jew it-trakk magħhom, biex jiġi evitat li wara li jinġabar ċertu skart mill-front ta' Buġibba, Qawra u Xemxija, f'San Pawl il-Baħar, l-istess materjal miġbur ma jibqax fuq il-post għal ħin twil?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ikollhom vann magħhom f’kull ħin. Ladarba jaslu fil-post dawn il-ħaddiema jitqassmu fit-toroq, sabiex isir il-knis neċessarju.
Li kieku ma jingħatax dan is-servizz mid-Direttorat għat-Tindif, dan l-iskart ikollu jitħalla sal-ġurnata ta’ wara.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se terġa’ tibda titħaddem ir-rotta 205 tat-trasport pubbliku li fost oħrajn twassal residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u l-Magħtab biex jinqdew miċ-Ċentru Ċiviku (Servizzi Soċjali) tan-Naxxar u miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Lulju, ir-rotta 103 fi triqitha mill-Bidnija, Mosta u n-Naxxar ser tkun qed tiġi estiża, bi prova, għall-Magħtab, Baħar iċ-Ċagħaq u Pembroke Park and Ride. Għaldaqstant, ir-residenti tal-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq ser ikollhom konnessjoni diretta kemm għall-Mosta u n-Naxxar.