Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq Wied Qirda

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra biex tiġi asfaltata parti minn Triq l-Indipendenza li twassal għal Triq Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjona t-triq u jistabbilixxi x'hemm bżonn isir.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34160, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv, meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-Utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34285, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-Utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34154, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' xogħlijiet li saru u qed isiru wara sejħa għal tenders approvata lill-ministeru u/jew dipartiment u dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru li għadhom ma tħallsux kompletament? Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar f'ċifra globali?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq l-Imdina Ħal Qormi għad hemm il-lights fuq iż-zebra crossings li mhux qegħdin jiffunzjonaw? Meta fl-istess triq se jsir il-kumplament ta' landscaping fiċ-central strips?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li rigward il-lights fuq iż-żebra crossing fi Triq l-Imdina Ħal Qormi, d-Direttorat għat-Toroq diġa nforma lill-Korporazzjoni Enemalta biex tara x'jista' jsir. Jien infurmat ukoll li l-landscaping fis-central strip, id-Direttorat għat-Toroq mistenni joħroġ it-tenders fil-ġimgħat li ġejjin.

B'Kara — Triq Għabex

Question

Jista' l-Ministru jordna li tiġi asfaltata Triq il-Għabex B'Kara? Ġaladarba l-livellar temporanju li sar madwar sena ilu, inqala' kollu, jikkonsidrax li ssir xi ħaġa b'mod permanenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April għas-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentatri Nru. 25445 u 27893, jien infurmat li n-numru ta' karozzi rreġistrati ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2002 hu kif ġej:- Jannar - 1085 Frar - 930 Marzu - 971 April - 1112

Xemxija — Triq il-Preistorja - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq il-Preistorja, Xemxija? Għaliex ix-xogħlijiet ma sarux lanqas f'Diċembru li għadda kif kien assigurat li se jsir? Jaf il-Ministru li r-residenti ilhom għaxar snin jistennew li jsiru x-xogħlijiet? Jista' jara li jsiru x-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed f' diskussjonijiet mad-Dipartiment tad-Dranaġġ biex jitqiegħed main f'din it-triq ħalli jkunu jistgħu jitneħħew il-fosos u t-triq tiġi asfaltata.

Bormla — Triq San Gwann

Question

Issa li Triq San Gwann Bormla tlestiet, jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla ser isirilhom resurfacing sa' l-aħħar tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex jimplimenta x-xogħol ta' titjib fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Bħalissa m'hemmx ħsieb li jingħata resurfacing ta' toroq oħra fil-lokal indikat.

Zabbar — St. Peter's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xi toroq (re-surfacing) fl-area ta' St. Peter's Zabbar? Liema huma dawn it-toroq? Meta hemm il-ħsieb li jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 32869.

Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 34242, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ġbir ta' informazzjoni għadu għaddej u għalhekk ir-risposta tkun tista' tingħata aktar 'il quddiem.

Resurfacing ta' Toroq

Question

Minħabba li kien hemm diversi każi fejn kunsilli lokali jagħmlu xogħol ta' resurfacing ta' toroq ta' livell inferjuri, ma jistax id-direttorat tat-toroq jassumi rwol regolatorju f'sens li jara li flus il-poplu jintefqu tajjeb? Kif inhi l-pożizzjoni llum f'każ ta' rapporti ta' xogħol ta' kisi ta' toroq b'mod inferjuri, id-direttorat tat-toroq għandu xi mod kif jista' jintervjeni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ilu li daħħal sistema regolatorja f'konfront ta' xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Meta d-Direttorat joħroġ permess lil xi Kunsill Lokali biex isir resurfacing, ikun żgurat li dan ix-xogħol jitwettaq wara li jkun sar il-proċess ta' kordinament neċessarju mal-Utilities u li l-Kunsill Lokali jintrabat li jżomm retention fuq il-kont finali ta' 25% sa kemm ikun iċċertifikat il-kwalita' tax-xogħol. Sussegwentement, meta d-Direttorat jirċievi r-riżultati ċċertifikati mill-perit tal-Kunsill Lokali, bħala l-persuna professjonali responsabbli mix-xogħol u mit-testijiet li jkunu saru, bħala konferma li fl-opinjoni tiegħu saru sew u r-riżultati tat-testijiet jikkonfermaw li x-xogħol ikun sar tajjeb, id-Direttorat ikun jista' japprova l-opinjoni professjonali li jkun ta il-perit u jawtoriżża lil Kunsill Lokali biex iħallas ir-retentions. Kull perit impjegat, jew li jkun qed jagħmel xogħol għal Kunsilli, għandu jara li jirrapporta diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.
Leg 9 PQ #34503 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Gudja — Triq il-Pluvieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta huwa maħsub li tiġi asfaltata Triq il-Pluvieri, l-Gudja li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Awtorita' tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi dwar allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront ta' impjegat ta' l-awtorita' tat-trasport f'ittra ffirmata b'data tal-25 ta' Ġunju 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-ittra li qiegħed jirreferi għaliha.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-livelli li qegħdin jingħataw għal bini tat-triq ġdida Triq il-Batterija Wied il-Għajn peress li skond dawn il-livelli xi djar se jispiċċaw taħt il-livell ta' wiċċ it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħa ħsieb biex jara li l-bini f'din it-triq ikun nkorporat fl-alignment li ġie applikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dwar il-livelli tat-triq, dawn ilhom stabbiliti ħafna u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda timmarka dawn il-livelli fil-lokalita'. Kif ċertament li jaf l-Onor. Interpellant diffikultajiet dwar il-livelli jinqalgħu (ħafna drabi) għaliex mhux kulħadd jimxi mal-livelli uffiċjali waqt il-bini.

Naxxar — Prison Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Prison Street, Naxxar għadha maqluha u ilha fi stat disastruż għal aktar minn xagħrejn b'detriment sew għar-residenti li jgħixu fit-triq inklużi dawk l-anzjani u li huma b'diżabilita? Jista' jgħid ukoll meta din it-triq sejra tkun lesta mix-xogħlijiet li baqa jsiru fuqha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f'Prison Street qiegħed jitwettaq mill-Kunsill Lokali.

Msida — Ta' Xmiexi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi ħaġa biex ir-residenti ta' Ta' Xmiexi Msida jiġu moqdija aħjar billi issa ingħalqet it-triq li minn Regional road kienet tagħti għal din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali qegħdin jaħdmu biex jitwaqqa' bini fi Triq San Alwiġi, li jrid jinfetaħ biex ikun hemm aċċess għat-Triq ta' Xmiexi. Filfatt ħarġet sejħa għall-offerti sabiex tinstab akkomodazzjoni alternattiva għan-niex li jabitaw f'dan il-bini li jrid jitwaqqa'. Ix-xogħol biex tinstab din l-akkomodazzjoni għadu għaddej peress li ħadd ma rrisponda t-talba għall-offferti li għamel id-Direttorat.

Lija — Triq il-Forn

Question

Jista' l-Ministru jara x'ser jagħmel biex jitnaqqas kemm il-volum tat-traffiku kif ukoll l-ispeed tal-vetturi li jinżlu minn naħa tal-Mirakli għal Triq il-Forn f'Ħal Lija? Japprezza li f'dawn l-inħawi tar-raħal joqgħodu nies anzjani u ħafna jkunu f'periklu meta joħorġu minn djarhom? Kien hemm xi konsultazzjoni mal-kunsill lokali dwar ilmenti fuq din il-problema f'dawn l-aħħar tlett snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-miżuri kollha li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant biex jitnaqqas il-volum tat-traffiku u l-ispeed tal-vetturi fi Triq il-Forn, Ħal Lija ġew irrakkomandati mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku (dak iż-żmien il-Bord għall Kontroll tat-Traffiku) kif ġej:- f'Novembru ta' l-1997 li jiġu nstallati signs li jiprojbixxu il-passaġġ ta' heavy vehicles fl-inħawi tat-triq imsemmija, f'Settembru ta' l-1998 installazzjoni ta' aktar signs li jiprojbixxu l-passaġġ ta' heavy vehicles fl-inħawi tat-triq imsemmija, f'Ottubru ta' l-2000 li jsiru tliet road humps fi Triq il-Forn, jiġu nstallati speed limit signs ta' 25Km/h u projbizzjoni ta' vetturi twal (aktar minn 6 metri).