Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32864 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara arblu li jinsab fuq bankina quddiem ir-residenza 83 Triq Bormla Paola, jitneħħa għax qiegħed ikun ta' periklu u minflok jitpoġġa fil-parti fejn il-bankina hija aktar wiesgħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #32865 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting fil-viċin tar-razzett li tiegħu qed nagħti d-dettalji separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #32886 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru, b'referenza għall-pipe inwaħħal fil-faċċata tal-fond nru. 20 Triq Gian Marie Dalli Għaxaq, u li qasam il-kantuniera ta' l-istess fond, jiġi maqlugħ u dan wara li jiġu meħuda l-prekawzjonijiet kollha neċessarji?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #32891 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsumatur — Rati

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarux xi rappreżentazjonijiet mid-dipartiment tal-konsumatur mal-amazon.com għall-fatt li qegħdin jirrigwardaw lil Malta differenti mill-kumplament ta' l-Ewropa u qed jiġu ċċarġjati rati ogħla mill-kumplament ta' l-Ewropa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed tinvestiga l-każ imsemmi.
Leg 9 PQ #31114 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset special safeguards li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.
Leg 9 PQ #31115 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset dazji, tariffi tat-Taric li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.
Leg 9 PQ #31116 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset export refunds li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokazzjoni se tiġi nstallata s-sub station ta' l-elettriku fl-akwata magħrufa bħala ta' Farsina f'Ħal Qormi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ilha żmien tipprova takkwista art fl-inħawi ta' Farżina jew aktar preċiż lejn tarf Triq ix-Xitwa n-naħa ta' Tal-Ħammieri biex tinbena substation fuqha. S'issa l-Korporazzjoni għadha ma sabitx art u tapprezza jekk tingħata informazzjoni dwar art jew propjeta' oħra fl-inħawi msemmija li huma għall-bejgħ.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-korporazzjoni Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa biex fl-area ta' Triq l-Iżbandola u t-toroq tal-madwar f'Ħal Qormi, tgħolli l-vultaġġ tad-dawl biex ir-residenti ma jibqgħux ibatu konsegwenzi ta' ħsarat fl-appliances ta' elettriku eċċ.?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fl-area imsemmija hemm bżonn tinbena substation sabiex tiġi eliminata l-problema ta' vultaġġ baxx. Fil-fatt il-proċess biex tinbena tali substation jinsab fl-ewwel stadju tiegħu.
Leg 9 PQ #32674 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek f'Malta

Question

Wara d-deċiżjoni tal-commonwealth li tissospendi lil Zimbabwe u li ministri u uffiċjali għolja tal-gvern tal-President Robert Mugabe ma jitħallewx isiefru u li jiġu iffurzati l-assi tagħhom, jista' jgħid jekk il-banek f'Malta ġewx mogħtija struzzjonijiet f'dan is-sens? Saret riċerka biex jiġi żgurat jekk ministri/uffiċjali ta' Zimbabwe għandhomx flus investiti hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32699 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema formula qed jiġi ffissat il-prezz tal-petrol u d-diesel kull 3 xhur għall-konsumatur? Kif qed jiġi kkalkulat dan il-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-formula, li qed tiġi applikata għall-ewwel darba, tħares lejn iċ-ċaqlieq tal-prezz taż-żejt tul perjodu ta' tlitt xhur; f'dan il-każ mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu ta' din is-sena. F'dawn l-aħħar tlitt xhur, kien hemm ċaqlieq l-isfel fil-prezzijiet internazzjonali tal-petrol u tad-diesel. Għaldqstant, u a bażi ta' din il-formula, il-prezz tal-petrol, kemm biċ-ċomb kif ukoll bla ċomb, ġie mraħħas b'ċentezmu kull litru għal 35 ċenteżmu il-litru għall-petrol bla ċomb u 38 ċenteżmu il-litru għall-petrol biċ-ċomb. Il-prezz tad-diesel f'Malta huwa sinifikament orħos mill-prezz fuq is-suq internazzjonali. Għal din ir-raguni ma saret ebda bidla fil-prezz ta' dan il-prodott li baqa' 21c5 kull litru.
Leg 9 PQ #32709 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat f'valur ta' flus is-serq tal-enerġija elettrika pprovdut f'sena sħiħa mill-Enemalta? Kemm huwa stmat f'valur ta' flus l-ammont ta' enerġija elettrika pprovduta għall-sena sħiħa mill-Enemalta li għal xi raġuni jew oħra hi ma titħallasx tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li mhux possibbli li tingħata stima fi flus tas-serq ta' elettriku li jsir f'sena. Dan għaliex il-Korporazzjoni Enemalta tista' tasal biss biex tistma fuq bażi soda bejn dak li jkun ħareġ mill-Power Stations u dak li jkun ġie reġistrat fuq il-meters tal-konsumaturi. It-telf jinqasam bejn "technical lossess in the system of distribution" u n-"non technical losses". Huwa stmat li ħamsa fil-mija jirrappreżetaw it-"technical losses" li jseżistu f'kull sistema ta' l-elettriku u għaldaqstant il-persentaġġ jista' jvarja. Il-bilanċ jirrapreżenta in-"non technical losses" li fost oħrajn jinkludu s-serq ta' elettriku, meters difettużi, stimi baxxi, u meters li ma jinqrawx. L-ahhar sena li kienet ġiet awditjata (Settembru 2000) it-telf kollu kien jammonta għal 17.33 fil-mija, li minnu madwar ħamsa fil-mija kienu "technical losses". Il-bilanċ ta' 12.33 fil-mija jirrappreżenta in-"non technical lossess" li jekk tieħu medja tar-rati li bihom jinbiegħ l-elettriku, il-volum stmat ikun qrib is-Lm6.8 miljun f'sena. Jekk tieħu biss il-volum biex jiġi ġġenerat l-elettriku, l-ammont huwa stmat li jkun ta' Lm5.55 miljun.
Leg 9 PQ #32771 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Sqaq Bormla - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq 39 Sqaq Bormla, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #31112 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset supply measures u tariffs quotas li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-laqgħa tal-World Trade Organisation, li nżammet f'Doha matul Novembru li għadda, qatt ma kienet intiża biex il-pajjiżi jinnegozjaw individwalment xi dettal partikulari mill-obbligi u drittijiet tagħhom taht it-trattati preċedenti ta' l-istess Organiżazzjoni. Il-laqgħa kienet intiża sabiex il-pajjiżi membri fl-Organiżazzjoni jaqblu lkoll fuq il-bidu ta' sensiela (round) ġdida ta' diskussjonijiet bil-għan li titkattar il-liberaliżazzjoni fil-kummerċ dinji, inkluż dak fil-qasam agrikolu. Fil-fatt hekk ġara u l-istqarrija maqbula mill-pajjiżi kollha u maħruġa fi tmiem il-laqgħa ta' Doha tikkonferma dan b'mod l-aktar ċar.

Servizz Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet nri. 27774 ( u cioe, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?) u 28631 (u cioe b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?), jista' Ministru jagħti tweġiba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32724 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-istess Ministru, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa fir-rigward tal-ilmenti li qed ikun hemm minn residenti fi Triq il-Magħsar Żabbar u dan minħabba li ċerti appliances mhux qed jixgħelu minħabba kurrent elettriku baxx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx fit-triq imsemmija fil-fatt sar.
Leg 9 PQ #32725 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jitneħħa l-arblu tad-dawl u minfloku titpoġġa bracket ħdejn 181, Triq Għajn Dwieli, Paola?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #32735 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Blokk XI Hubbard - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tibdil tal-wire tad-dawl li kellu jsir fi Blokk XI Hubbard Flat Borlma sarx, meta din it-talba ilha li saret aktar minn sena ilu.

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31107 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet, u anke fis-snin ta' qabel, id-diversi dipartimenti, korporazzjonijiet, uffiċji, awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi xtraw b'mod regolari l-apparat tas-sigurta' meħtieġ għall-ħaddiema skond is-sengħa partikulari. Naturlament matul din is-sena ser jinxtara l-apparat tas-sigurta' biex kemm jista' jkun f'kull żmien ikun hemm stock adegwat għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema.
Leg 9 PQ #32573 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Maltacom meta s-sajf li għadda persuna sofriet persekuzzjoni sħiħa jċemplulha sa 125 darba fi tliet siegħat u qagħdu jissemmgħulha fuq telefon li n-numru tiegħu qed nibgħatu under separate cover, u ieħor ex-xdirectory? Għal liema raġuni l-Maltacom bagħtu persuni jsewwulha t-telefon meta ma kienx bil-ħsara? Min bagħat lil dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha l-Maltacom fil-Line Test System, ma jirriżultax li n-numru tat-telefon in kwistjoni ġie irrapurtat bil-ħsara matul is-sena l-oħra. Għaldaqstant ħadd mill-impjegati tal-Maltacom ma' ġie mibgħut biex isewwi xi ħsara fuq din il-linja. Fl-istess indirizz hemm numru ieħor li tpoġġa "malicious call tracing" bejn Jannar u Marzu tas-sena l-oħra u bejn l-14 ta' Frar u l-14 ta' April ta' din is-sena. L-informazzjoni li nġabret dwar telefonati li ġew indikati bħala malizzjużi ġiet mgħoddija lill-Pulizija. Fl-aħħarnett ta' min jgħid li dan in-numru ġie irrapurtat diversi drabi u kien hemm drabi fejn għalkemm marru l-ħaddiema tal-Maltacom, dawn ma tħallewx jidħlu jiċċekkjaw il-ħsara rapurtata.