Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – entitajiet — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar minn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizzi tal-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward servizz ta’ ilma fis-sit li r-ritratti tiegħu ukoll qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar kuntatt mal-individwu u l-każ issa huwa solvut.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna ikkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ qed jiġi investigat mill-Enemalta.

St. James Hospital – Ftehim iffirmat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W389, jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt li l-Gvern iffirma ma’ St. James Hospital biex isiru operazzjonijiet fil-privat, liema ftehim tħabbar f’Awwissu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W389.

St. James Hospital – ftehim iffirmat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W390 u jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim fuq kemm iridu jsiru operazzjonijiet b’kollox fl-Isptar St. James bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u St. James Hospital? Kemm iridu jsiru operazzjonijiet f’kull operating session? Kemm hi twila kull operating session?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W390

Sptar St. James — operazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W391 u jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar St. James f’Awwissu 2015 bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u dan l-isptar privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sal-lum saru 100–il operazzjoni.

Sptar Monte Carmeli — carers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W392 u jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn carers imħallsa mill-Isptar Monte Carmeli ħadu ħsieb pazjenti fil-privat imma baqgħu jitħallsu mill-Isptar Monte Carmeli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W392

Sptar Mater Dei – infezzjonijiet minn suturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W393 u jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fl-2015 li żviluppaw xi infezzjoni u/jew kumplikazzjoni minħabba suturi (sutures) li ma kenux ta’ kwalità u li ntużaw fl-Isptar Mater Dei?? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-każijiet seħħew fil-Gynae and Obstetric?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W393.

Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo — Servizzi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W394 u jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw is-servizzi fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? X’tip ta’ servizzi bdew jingħataw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W394

Persuni li ddaħħlu l-Isptar – xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv mis-sena 2004 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) jirri¿ulta li n-numru ta’ ka¿ijiet li ddaħħlu l-isptar Mater Dei jsofru minn xorb eċċessiv, bejn is- sena 2008 u Ġunju 2015, huwa kif hawn imni¿¿el fit- tabelli hawn taħt. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9) Kategorija B: Intossikazzjoni ikkaw¿ata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu invi¿tati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Ta’ min wieħed jinnota li mill-2009 is-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) bdiet tiġbor l-informazzjoni mill-Electronic Case Summary (ECS) ukoll, għaldqastant l-informazjoni miġbura kienet żdiedet u iżjed kompluta. In-Numru ta’ kazijiet f’kull kategorija jidhru hawn taht: Jan - June 2015 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 4 4 15-24 10 17 27 25-34 4 2 5 14 1 1 27 35-44 1 7 4 11 1 24 45-54 5 4 8 9 1 5 32 55-64 2 5 2 10 2 7 28 65-74 2 2 2 11 4 21 75-84 1 1 3 5 Grand Total 14 21 36 75 4 18 168 2014 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 4 6 10 15-24 26 31 57 25-34 1 6 15 37 1 60 35-44 2 6 9 18 3 38 45-54 4 9 13 35 1 7 69 55-64 8 8 35 9 16 76 65-74 1 9 4 26 16 56 75-84 4 4 11 3 22 85-94 1 4 5 Grand Total 8 42 84 203 10 46 393 2013 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 5 2 7 15-24 26 36 62 25-34 1 9 8 28 46 35-44 1 4 6 17 3 31 45-54 11 10 20 30 2 12 85 55-64 5 9 4 25 2 12 57 65-74 1 4 4 8 2 12 31 75-84 1 2 4 4 11 Grand Total 19 37 75 150 6 43 330 2012 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 8 3 11 15-24 2 1 28 42 73 25-34 2 2 7 13 1 25 35-44 2 9 6 24 4 45 45-54 7 14 18 22 4 6 71 55-64 2 20 8 20 3 14 67 65-74 1 5 2 11 6 25 75-84 1 3 1 5 85-94 1 1 1 1 4 Grand Total 18 51 78 139 10 30 326 2011 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 3 3 15-24 1 16 36 53 25-34 1 7 3 18 1 30 35-44 2 11 4 20 2 6 45 45-54 10 12 12 23 2 14 73 55-64 8 10 7 22 6 18 71 65-74 1 5 2 7 20 35 75-85 1 2 2 3 2 10 Grand Total 24 47 49 129 10 61 320 2010 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 3 3 6 15-24 2 17 20 39 25-34 5 15 19 1 40 35-44 2 8 6 16 6 38 45-54 10 9 9 27 2 12 69 55-64 6 13 7 22 3 8 59 65-74 1 6 10 2 16 35 75-84 3 5 1 3 12 85-94 1 1 2 Grand Total 19 46 58 123 9 45 300 2009 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 1 1 15-24 1 5 12 18 25-34 1 2 3 6 12 35-44 2 5 8 8 4 27 45-54 7 14 3 21 2 5 52 55-64 2 13 3 12 2 9 41 65-74 1 7 1 5 12 26 75-84 1 4 1 6 Grand Total 14 42 24 68 5 30 183 2008 Category A Category B Category C Grand Total Age Females Males Females Males Females Males <15 2 2 4 15-24 1 3 6 12 22 25-34 2 3 3 1 9 35-44 1 8 4 5 1 9 28 45-54 3 7 3 8 6 27 55-64 2 5 3 7 1 7 25 65-74 2 2 2 7 13 75-84 1 1 2 4 Grand Total 9 28 23 38 2 32 132

Dipartiment tas-Saħħa – tqassim ta’ siringi għall-persuni li jbatu bid-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-persuni li jbatu bid-dijabete sena b’sena bejn l-2004 u d-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taht: 2011 2012 2013 2014 2015 Insulin Syringes 0.5cc 1,138,000 989,100 876,100 936,140 883,800 Insulin Syringes 1cc 515,700 331,000 411,800 326,200 242,900 Total Number of Syringes Issued by Year 1,653,700 1,320,100 1,287,900 1,262,340 1,126,700
Leg 12 PQ #19290 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – bdil ta’ lampi tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex issa li qed jinbidlu l-lampi tat-toroq kollha f’Għawdex, hemm lampi ġodda li d-dawl li qed jagħtu huwa baxx ħafna? Jaf li qed ikun hemm diversi lmenti minn residenti ta’ toroq minħabba’d-dawl baxx ħafna ta’ dawn il-lampi li mhux adegwat? Jista’ jintervjeni biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għan ta’ dan il-proġett, li sar b’ko-finanzjarjament ta’ fondi Ewropej, huwa li titnaqqas l-enerġija u l-emmissjonijiet fl-arja sabiex ikollna arja aktar nadifu u kwalita’ ta’ saħħa aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-lampi użati huma kollha manifatturati fl-Ewropa u għandhom standards Ewropej. L-ammont ta’ dawl li jagħtu dawn il-lanterni huwa adekwat għall-iskop li huma intenzjonati għalih u jeliminaw il-ħela ta’ dawl fid-direzzjoni tas-sema.
Leg 12 PQ #19670 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Toroq li jwasslu mill-Imġarr u x-Xemxija għal Għajn Tuffieħa — dwal adegwat

Question

Jista' l-Minstru jieħu l-passi neċesarji biex it-toroq li jwasslu mill-Imġarr u mix-Xemxija rispettivament, lejn Għajn Tuffieħa, jkollhom id-dawl stallat fihom minħabba l-fatt li dawn iservu biex minnhom jgħaddu mijet/eluf ta' karozzi kuljum, u d-dlam li hemm ma jgħinx biex l-istess toroq iservu l-iskop tagħhom b'mod adegwat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17839 (sbatax-il elf, tminn mija, disgħa u tletin).

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13509 u 11307 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

IVF — Rata ta’ suċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-koppji li għaddew mill-proċedura tal-IVF fl-2014, kemm kellhom suċċess ta’ implantation u kemm minnhom temmew it-tqala b’suċċess? Jista’ jispeċifika jekk din ir-rata ta’ suċċess ta’ implantation u ta’ live-births kenitx tal-ewwel attentat ta’ IVF tal-koppja jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn statistika migbura mill Embryo Protection Authority fl-2014 saru 28 ciklu li kienu government funded minnhom kien hemm 6 tqaliet u 3 koppji kellhom live births.

IVF – waiting lists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-proċedura tal-IVF? Kemm kien in-numru ta’ koppji li applikaw għall-proċedura tal-IVF fl-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 228 koppji li applikaw u qeghdin jistennew li jinghataw b xejn is servizz tal IVF. Dawn huma maqsuma kif gej: 20 koppja li diga gew prioritizati mill ART Prioritisiation Committee allura dawn se jsirilhom l-intervent fic-cikli li gejjin. 71 koppja li bdew il-process ta' investigazzjonijiet (dmija, prioiritisation etc) u 137 koppja ohra li gew referuti ghal klinika tal-IVF u qed jistennew li jkollhom l-ewwel vista mal Konsulent.

IVF – live births

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ live births mill-proċedura tal-IVF fl-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 19852.