Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq x’kienu l-iskemi ta’ taħriġ li ġew offruti mill-ETC f’dawn l-aħħar tliet snin, x’kien l-investiment marbut magħhom kif ukoll in-numru ta’ nies imħarrġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Eżamijiet tal-Università – għajnuna għall-persuni li jbatu mid-dyslexia
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’tip ta’ għajnuna tingħata lill-persuni li jbatu mid-dyslexia, awtiżmu u forom oħra ta’ diffikultajiet simili waqt l-eżamijiet tal-Università?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arranġamenti li jingħataw għall-eżamijiet tal-Universita' huma differenti skont id-diżabilita' u skont is-severita' tad-diżabilita'. Id-dettalji jinstabu fid-dokument dwar l-arranġamenti għall-aċċess għall-Universita' li jinstab fuq is-sit http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/204419/accessbooklet2013.pdf u li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bħalissa qed isir xogħol biex jiġi aġġornat id-dokument biex jirrifletti tibdiliet li jsiru minn żmien għal żmien skont tagħrif li jasal mir-riċerka xjentifika dwar l-aspetti relevanti tad-diżabilitajiet partikolari.
Normalment, l-arranġament li jingħata għad-diżabilitajiet bħad-diżlessija u l-awtiżmu hu dak ta' 'extra time', jiġifieri l-istudenti jingħataw aktar ħin minn sħabhom. Ir-riċerka turi li dan huwa l-arranġament li dawn l-istudenti jsibu li huwa ta' l-aktar għajnuna. Arranġament ieħor ħu dak ta' venue separat fejn l-istudent jagħmel l-eżami f'post differenti minn sħabu. Pero' f'każijiet ta' diżlessija severa jista' jingħata wkoll l-użu tal-kompjuter, arranġament li jingħata wkoll għal studenti oħra, per eżempju dawk li jkollhom dyspraxia kif ukoll ta' software differenti.
Importanti li ngħidu li t-talba għall-arranġamenti għall-aċċess li ssir tiġi studjata individwalment skont il-każ u allura anke l-ammont ta' ħin 'extra' li jingħata jista' jinbidel f'każijiet differenti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fl-iStudent Services u kif dan is-servizz qed jitjieb permezz ta’ dawn in-nies?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 fid-Dipartiment Servizzi għall-Istudent ġew ingaġġati dawn il-practitioners ġodda li ġejjin:
Social Workers - 7
Social Support Workers - 6
Clinical Psychologists - 2
Psychology Assistants - 2
Counsellors - 9
Trainee Councellors - 11
Career Advisors - 10
Trainee Career Advisors - 10
Għalliema tal-Autism
Spectrum Support Team - 1
Għalliema tal-Anti-
Substance Abuse Team - 2
Għalliema tal-Anti-
BullyingTeam - 2
Għalliema taċ-Child
Safety Service - 1
Għalliema tal-Career
Guidance - 1
Għalliema li tagħti servizz
ta' Psikoterapista - 1
Permezz ta' dawn il-practitioners ġodda li jaħdmu f'oqsma varji ssaħħew is-psycho-social teams fi ħdan il-Kulleġġi kollha biex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-istudenti kollha, partikolarment dawk vulnerabbli li jkollhom bżonn xi tipi ta' sapport matul l-esperjenza edukattiva tagħhom fl-edukazzjoni obbligatorja.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-istipendji bejn l-2010 u l-2015? Fiex kienu jikkonsistu d-differenzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa fl-istipendji bejn l-2010 u l-2014 kienet kif ġej:
Year 2010
Stipends €14,700,639.04
Smart Cards
2010 - €6,339,885.04
University
Level and
Independent
Institutions €467,388.45
Total for year €21,507,912.53
Year 2011
Stipends €14,801,374.20
Smart Cards
2011 - €6,680,296.63
University
Level and
Independent
Institutions €451,491.36
Total for Year €21,933,162.19
Year 2012
Stipends €15,172,144.26
Smart Cards
2012 - €6,810,030.03
University
Level and
Independent
Institutions €514,475.31
Total for Year €22,496,649.60
Year 2013
Stipends €15,553,042.95
Smart Cards
2013 - €6,727,020.27
University
Level and
Independent
Institutions €583,021.04
Total for year €22,863,084.26
Year 2014
Stipends €16,747,029.11
Smart Cards
2014 - €2,559,175.80
One-time
Grant 2014-
2015 €7,166,700.69
University
Level and
Independent
Institutions €698,479.81
Total for year €27,171,385.41
Peress illi l-istipendji jinħadmu fuq sena akkademika, id-data għall-2015 tingħata f'seduta oħra.
Id-differenzi fin-nefqa qegħdin spjegati fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24340.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-parametri li nbidlu biex iżjed studenti jieħdu stipendju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm diversi miżuri li tħabbru u ġew implimentati f''dawn l-aħħar tliet snin sabiex in-numru ta' studenti li jirċievu stipendju jkompli jiżdied filwaqt li tiżdied ukoll ir-rata ta' stipendju li l-istudenti jirċievu kull erba' ġimgħat.
Il-parametri li nbidlu jinkludu:-
1) Żieda fl-istituzzjonijiet approvati għall-ħlas ta' stipendju fosthom l-istituzzjoni Guze' Ellul Mercer (GEM 16+) u l-ETC Job Bridge;
2) Reviżjoni tal-korsijiet approvati għal ħlas ta' stipendju fosthom il-kors tal-Prokuraturi Legali u korsijiet oħra bħal Post Graduate Certificate in Dietetics;
3) Reviżjoni tal-parametri li jiddeterminaw l-eliġibilita' tal-istudenti. Miżuri oħra li tħabbru f'dawn l-aħħar snin kienu jinkludu stipendju lill-istudenti li jiġu aċċettati bil-klawsola tal-maturita' u stipendju lil min qed jagħmel sena addizzjonali u jattendi fl-istituzzjonijiet approvati;
4) Inizjattivi oħra:-
Fost dawn l-inizjattivi kien hemm stipendju lil dawk l-istudenti li jirrepetu sena fil-kors taghħom. Dawk li jirrepetu sena bdew jitħallsu u cioe jitqiesu bħala eliġibbli għall-ewwel darba minn Jannar 2014 (sena skolastika 2013/14). Mis-sena 2013 l-istudenti bdew jieħdu wkoll żieda pro rata ta-għoli tal-ħajja li titħallas kull Jannar tas-sena kalendarja. 17,814 student irċievew ukoll ammont pro rata tal-bonus tal-għoli tal-ħajja. Inizjattiva oħra finanzjarja kienet il-ħlas tal-grant lill-apprendisti fit-tieni sena tal-kors tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif mexjin il-proġetti ta’ bini ta’ skejjel ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq proġetti ta' bini ta' skejjel ġodda huwa kif ġej:-
Skola Sekondarja Ġdida f'Ħal Kirkop
Ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' din l-iskola tlesta u bħalissa qed isir xogħol ta' finishing li qiegħed fi stat avvanzat.
Skola Sekondarja Ġdida f'Ħad-Dingli
Il-kostruzzjoni ta' blokka waħda minn tlieta tlesta u x-xogħol ta' finishing ta' dan il-blokk li jinkludi x-xogħol tal-elettriku u kisi beda wkoll. Rigward iż-żewġ blokki l-oħra ta' din l-iskola, għadu f'fażi ta' kostruzzjoni.
Skola Primarja Ġdida f'Marsaskala
Il-permess mill-Awtorita' tal-Ippjanar ħareġ u għalhekk il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qeda taħdem fuq it-tender tal-kostruzzjoni ta' din l-iskola.
Skola Primarja Ġdida f'San Pawl il-Baħar
Hemm żewġ applikazzjonijiet mal-Awtorita' tal-Ippjanar fejn f'waħda minnhom il-permess għadu ma ħariġx pero' huwa previst li l-każ jinstema' fl-20 ta' April 2016. Din l-applikazzjoni hija rigward l-eskavar tas-sit. Rigward l-applikazzjoni l-oħra tal-binja tal-iskola, sar it-Traffic Impact Assessment u qed tiddaħħal l-informazzjoni rikjesta biex din l-applikazzjoni tiġi validata mill-Awtorita' tal-Ippjanar.
Skola Primarja Ġdida fir-Rabat Għawdex
Qegħdin fi stadju fejn qed issir l-evalwazzjoni tal-offerti biex jintgħażel il-perit li se jieħu ħsieb il-kostruzzjoni ta' din l-iskola ġdida.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2012 ‘l hawn ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2012 'l hawn huwa kif ġej:-
Skejjel:-
Textbooks - 336,963
Kotba Oħra - 33,197
Libreriji:-
Kotba - 42,629
e-Books - 465
Donazzjonijiet - 80,912
Applikazzjoni għal Learning Support Assistant – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex isir progress fir-rigward ta’ applikazzjoni għal Learning Support Assistant (LSA) għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sar kuntatt mal-ġenituri tal-persuna li d-dettalji taghħa ingħataw separatament u li għandhom appuntament mal-Istatementing Moderating Panel fis-26 ta' April 2016 għall-istatementing tal-persuna.
MCAST – Istitut tal-Agrikummerċ – investimenti kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti kapitali qed isiru fl-MCAST fl-Institute of Applied Science li jinkludi dak li qabel kien l-Istitut tal-Agrikummerċ (Agribusiness)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Istitut tax-Xjenza Applikata fi ħdan l-MCAST ġie rilokat f’binja ġdida li hija mgħammra bl-aħħar tagħmir modern li ġie ffinanzjat parzjalment mill-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea. L-investiment kapitali huwa kollu ġdid u jikkonsisti fil-binja ġdida kif ukoll f’tagħmir modern. In-nefqa totali ta’ dan l-investiment, li kien jinkludi wkoll investimenti f’binja oħra ġdida tal-MCAST, kienet ta’ €6.9 miljun li minnhom €3.7 miljun jistgħu jiġu attribwiti lill-Istitut tax-Xjenza Applikata a bażi ta’ metri kwadrati. L-investiment f’tagħmir li kien iffinanzjat mill-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali, Fond Soċjali Ewropew kif ukoll fondi lokali ammonta għal madwar €1.64 miljun.
Bħala parti minn dan l-istess Istitut, hemm ukoll il-branka tal-Agrikummerċ. F’din il-binja l-MCAST qiegħed ukoll jinvesti gradwalment fit-titjib tal-post fejn fost l-oħrajn saru xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-bitħa prinċipali tal-binja fejn l-istudenti jistgħu jgawdu spazju miftuħ fejn jiltaqgħu u jirrikrejaw ruħhom kif ukoll hemm ippjanat li jsiru xogħlijiet strutturali biex jitjiebu l-ispazji interni. Permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, inxtara wkoll tagħmir speċjalizzat li l-ispiża tiegħu kienet tammonta għal madwar €54 elf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ studenti li attendew korsijiet fl-MCAST Istitut tax-Xjenza Applikata (Agrikummerċ) sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li attendew korsijiet tal-Agrikummerċ fl-MCAST mill-2012 sa din is-sena akkademika hu kif se nsemmi:
Sena Akkademika
Numru ta’ Studenti
2012-13
180
2013-14
172
2014-15
181
2015-16
187
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Istitut tax-Xjenza Applikata (Agrikummerċ) tal-MCAST jibda joffri korsijiet f’Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-prospectus tal-korsijiet full time, l-MCAST diġà qed joffri “Foundation Certificate in Horticulture and Animal Care”, kors f’livell 2 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiċi. Bħalissa dan il-kors mhuwiex miftuħ minħabba nuqqas ta’ applikanti. Madankollu l-MCAST huwa kommess li jibqa’ joffrih u li jipprova jħeġġeġ u jħajjar studenti illi jidħlu f’dan is-settur tant importanti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ konsulenzi legali li ngħataw matul il-perjodu ta’ snin indikat fil-mistoqsija huwa kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' – Ministeru/Direttorati Ġenerali/Dipartimenti
Tabella 'B' – Arkivji Nazzjonali
Tabella 'C' – Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ
Tabella 'D' – Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada
Tabella 'E' – Kunsill Malti għall-Isport
Tabella 'F' – MCAST
Tabella 'G' – l-Università ta' Malta
Tabella 'H' – Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Tabella 'I' – Malta Racing Club
Rigward Tabella 'A' infurmat li l-informazzjoni ttieħdet kollha mid-DAS. F'din is-sistema m'hemmx indikat jekk is-servizz ingħatax b'tender jew direct order. Infurmat ukoll li jekk kien hemm pagamenti li fid-DAS ma kellhom ebda indikazzjoni li huma konsulenza legali dawn setgħu inqabżu.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) twaqqfet f’Settembru 2012 u li minn dakinhar sa Marzu 2013 ma ngħatax xogħol ta’ konsulenzi legali. Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ukoll ma tawx xogħol ta’ konsulenzi legali filwaqt li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi m'għandhiex din l-informazzjoni.
B’referenza għall-figura li ħareġ il-Gvern fl-aħħar jiem b’rabta mal-1,000 impjieg li nstab għall-persuni b’diżabilità fl-aħħar snin, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm minn dawn l-1,000 impjieg kienu impjiegi full-time, part-time, b’kuntratt definit kif ukoll taħt xi skema oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif qed tingħata fiż-żewġ tabelli t’hawn taħt, waħda għas-settur pubbliku u l-oħra għas-settur privat, kif se nsemmi:
Settur Pubbliku
Full-time
Part-time
Reduced Hours
Indefinit
106
8
1
Definit
61
37
2
Total
167
45
3
Settur Privat
Full-time
Part-time
Reduced Hours
Indefinit
354
166
26
Definit
111
117
10
Total
465
283
36
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23794 u jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 23794.
Rabat Għawdex – klassijiet tal-kinder u l-pre-kinder
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-klassijiet tal-kinder u l-pre-kinder fl-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex għas-sena skolastika li jmiss mhux ser jibqgħu fl-iskola tal-Vajringa? Jista’ jikkonferma li dawn ser imorru fil-premises ta’ taħt il-Knisja u fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb f’Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid jekk dan il-post li jidher li hu basement jew semi basement huwiex addattat biex fih jinżammu l-klassijiet tal-kinder u l-pre-kinder tar-Rabat, Għawdex? Il-Ministru kkonsulta mal-MUT dwar dan iċ-ċaqlieq? Jekk iva meta u x’kien l-eżitu ta’ din il-konsultazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li ġejja l-klassijiet tal-Kindergarten tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex ser jiċċaqalqu għal perjodu temporanju għaċ-Ċentru Pastorali tar-Ragħaj it-Tajjeb f'Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex. Dan qed isir mhux b'kapriċċ imma minħabba problema kbira ta' spazju li hemm bħalissa fl-istess skola. Is-sena li ġejja hemm bżonn minn tal-anqas tliet klassijiet oħra biex jakkomodaw lill-istudenti kollha tal-primarja tal-istess skola, mill-ewwel sas-sitt sena.
Il-post f'Taċ-Ċawla ġie magħżul wara li ġew ikkunsidrati siti oħrajn fil-viċinanza tal-iskola. Il-post imsemmi jintuża bħala klassijiet tad-duttrina kif ukoll isir it-tagħlim tal-katekiżmu għal studenti aktar kbar u adoloxxenti u attivitajiet mal-komunitá tar-Rabat.
Diversi uffiċjali mid-Direttorat tal-Edukazzjoni żaru l-post u assiguraw li huwa post addattat biex jintuża mit-tfal tal-Kindergarten. Ser isiru wkoll bosta xogħlijiet strutturali u titjib ta’ faċilitajiet biex il-post ikun attrezzat bl-aħjar mod għall-ġid tat-tfal u l-għalliema.
L-MUT ġiet mgħarrfa b'dan iċ-ċaqliq. Uffiċjali mill-union għandhom ukoll iżuru dan il-post.
B'rabta ma' dan kollu, saret laqgħa mal-ġenituri tat-tfal li ser jintlaqtu minn din iċ-ċaqliqa. L-attendenza għal din il-laqgħa kienet waħda tajba ferm. Indirizzaw il-laqgħa l-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Kap tal-Iskola fejn ġie spjegat lilhom għalfejn qed issir din iċ-ċaqliqa. Il-kelliema assiguraw lill-ġenituri li t-tfal ser ikomplu jirċievu l-aqwa edukazzjoni possibbli u li huma kienu u ser jibqgħu parti mill-Iskola Primarja tar-Rabat fi ħdan il-Kulleġġ t'Għawdex u xorta waħda jieħdu sehem fil-ħafna attivitajiet li torganizza l-iskola.
Is-Siġġiewi – Skola Primarja – palk – lezzjonijiet tad-drama
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-suspended microphones tal-palk tal-Iskola Primarja San Injazju tas-Siġġiewi humiex jaħdmu, u jekk le, jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa? Jista’ jgħid jekk fl-Iskola Primarju San Injazju tas-Siġġiewi jingħatawx lezzjonijiet tad-drama lill-istudenti, u jekk le għalfejn? Jista’ jgħid kif qed jiġi mmanniġjat l-użu tal-palk tal-Iskola Primarja San Injazju Siġġiewi wara l-ħinijiet tal-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li preżentement fuq il-palk tal-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant hemm żewġ suspended microphones jaħdmu minn erbgħa. Iżda l-iskola għandha u tuża biss tmien head mikes għax is-suspended microphones itellfu. Dan għaliex meta t-tfal kienu jkunu qed jiżfnu fuq il-palk kienu qed jolqtuhom. L-iskola għandha wkoll tliet hand held mikes.
Il-palk jintuża għad-drama u żfin matul is-sena skolastika kollha, speċjalment fl-ewwel term għar-rehearsals tal-kunċert tal-Milied fejn jieħdu sehem it-tfal kollha mill-kinder sal-Yr 6, fit-tieni term ikun hemm rehearsals għall-programm ta' żfin li jsir fil-Karnival u bħalissa għaddejjin bir-rehearsals għall-play tal-Prize Day. Il-palk jintuża ukoll għall-klabb taż-żfin li hu wieħed mill-Mid day Break Clubs. Infurmat li l-palk jintuża wara l-ħin biss meta jkun hemm xi kirja tas-sala.
Dwar jekk jingħatawx lezzjonijiet tad-Drama lill-istudenti, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lezzjonijiet tad-Drama fis-Siġġiewi jingħataw bħal fl-iskejjel kollha ta’ Malta. L-istudenti mill-1 sena sas-6 sena fil-Primarja qed ikollhom mill-anqas żewġ proġetti għal kull sena matul is-sena skolastika, li fihom l-istudenti jkunu għamlu mill-anqas erba’ sigħat u nofs (ekwivalenti għal 6 sessjonijiet) Drama f’kull proġett (disa’ sigħat Drama ekwivalenti għal 12-il sessjoni kull Year group f’sena Skolastika). Wieħed mill-proġetti dejjem isir ġewwa l-iskola tagħhom waqt li proġett ieħor isir barra mill-iskola fejn l-istudenti mħeġġa jattendu bil-għan li jitħajru aktar studenti jattendu t-Teatru. Minbarra dan kull meta intalbet għajnuna biex isiru ċelebrazzjonijiet, kemm jekk bħala Skola kif ukoll bħala Kulleġġ ta’ San Injazju, l-għajnuna professjonali dejjem ingħatat.
S’issa saru l-proġetti elenkati hawn taħt u l-istudenti tas-Siġġiewi pparteċipaw fid-dati indikati:
Proġett għall-Year 5 ġewwa l-Birgu – L-Assedju Jkellimna fil-Birgu – 16 Ottubru 2015;
Proġett għall-Year 6 ġewwa l-Belt – L-Assedju jkellimna fil-Belt Valletta – 21 Ottubru 2015;
⃰ Proġett għall-Years 3 u 4 fit-Teatru Blata l-Bajda – Ħobbni kif jien – Diċembru 2015;
Proġett għall-Year 3 u 4 fl-iskola – Turu r-Rinoċeront – 26 ta’ Jannar 2016;
Proġett għall-Years 1 u 2 fl-iskola – Hans u Greta – 27 ta’ Jannar 2016;
Proġett għall-Years 1 u 2 ġewwa San Anton jew Verdala – Il-Volpi – Se jsir fit-Term li ġej
⃰Rigward il-proġett Ħobbni kif jien li sar f’Diċembru 2015, jidher li l-iskola għażlet li ma tattendix minħabba li f’dan iż-żmien tal-Milied fl-iskejjel ikun hemm ħafna attivitajiet u ħruġ.
Dan minbarra li l-istess studenti għamlu użu mis-servizz tad-Drama:
Proġett li sar fil-ġimgħa tal-Fiera tal-Ktieb l-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2015;
Proġett tal-ilma – Inawgurazzjoni ta’ esebizzjoni fil-palazz tal-President – 14 ta’ Marzu 2016;
Proġett tal-Karrieri li sar fil-Kulleġġ – 22 ta’ Marzu 2016.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18824, jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu mill-Aġenzija Żgħażagħ f’dawn l-aħħar sentejn fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-servizzi offruti minn Aġenzija Żgħażagħ f’dawn l-aħħar sentejn fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant huma s-segwenti:
1. Servizz ta’ Detached Youth Work li tnieda f’Jannar 2015 bħala proġett pilota u li beda jiġi implimentat f’Mejju 2015 fil-lokalitiajiet taż-Żejtun, Wied il-Għajn u aktar tard fis-sena l-istess servizz beda jiġi offrut ukoll f’parti mill-lokalitá tal-Fgura.
2. Kunsill Lokali Żgħażagħ fil-lokalitajiet tal-Fgura u Wied il-Għajn
3. Sapport finanzjarju ta’ €20,350.00 permezz ta’ l-Iskemi A4U, Kun Attiv u Taħriġ Mużikali liż-Żgħażagħ lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ kif ġej:-
Għaqda Mużikali Beland 2014 – Proġett ta’ Kontinwazzjoni tal-Implimentazzjoni tar-Riforma fis-Sistema tat-Tagħlim fl-Iskola tal-Mużika Beland
Żejtun Band Club 2014 – The Zejtun Band Interactive Introduction to Music Appreciation
Youths@Local c/o Kunsill Lokali Żejtun 2014 – Tranġar u manutenzjonu tas-sala fil-Ġnien pubbliku sabiex iservi ta’ drop-in empowerment centre fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ
18th Marsascala Girl Guides 2014 – Innovazzjoni u inċentiv għall-post il-ġdid
18th Marsascala Girl Guides 2015 – Reaching Out – Enhancing Our Message
Kummissjoni Festa Esterna Fgura 2014 – FYC Sports Tournament
Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura 2015 –Taħriġ fis-sengħa ta’ mastrudaxxa ġewwa l-Maħżen tal-Armar
Fgura Youth Centre 2015 – FYC Summer Days
Pre-Youths Marsascala 2014 – Ċentru Adoloxxenti
Marsascala Teenage Group 2014 – Installazzjoni tal-kamra tal-banju f’ċentru għaż-żgħażagħ
Marsascala Teenage Group 2015 – Multi Media Facility
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li s-suġġett Subject Proficiency Assessment (SPA) jidħol fil-curriculum tal-iskejjel tal-Gvern mis-sena skolastika li ġejja? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li dan jiġi introdott?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Subject Proficiency Assessment (SPA) fil-lingwi barranin (Taljan, Franċiż, Spanjol u Ġermaniż) se jinfirex fit-Tielet Sena tas-Sekondarja fl-iskejjel kollha tal-Istat u oħrajn mhux tal-Istat minn Settembru 2016 għal dawk l-istudenti li l-marki tagħhom tal-Annwal tal-Form 2 f'dawn is-suġġetti juru li ma jkunux se jaslu li jersqu għas-SEC aktar 'l quddiem. Fis-snin li ġejjin, dan il-mod ta' tagħlim tal-lingwi se jinfirex fis-snin kollha tas-sekondarja, sena b'sena fuq firxa ta' ħames snin. Ir-riżultati tal-istudenti li ħadu sehem fil-Proġett Pilota u li tgħallmu l-lingwi barranin b'dan il-mod f'erba' skejjel tal-Istat, kienu tajbin u ħadu ċertifikazzjoni fl-Livell 1 u 2.