Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19492 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru tieghi ma ġew intodotti l-ebda żidiet fit-tariffi.
Leg 9 PQ #19611 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti finanzjati direttament mill-gvern li se jsiru fil-Kottonera fi 3 tliet li ġejjin? Meta hemm il-ħsieb li jibda kull proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghall-'Business Plan' tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonra li kopja tieghu diġa tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra f' Seduta numru 329, mistoqsija numru 16975.
Leg 9 PQ #18925 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq Desguanez

Question

Peress li r-residenti fi Triq Desguanez f'San Pawl il-Baħar ilhom jilmentaw dwar il-ħsarat f'din it-triq u dwar l-inkonvenjent kontinwu li qed jiffaċċjaw kuljum il-familji kollha, jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni u jirrimedja bil-manutenzjoni meħtieġa? Jekk fl-affermattiv meta, u fil-fatt x'inhuma l-ħsarat eżistenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi wahda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħh direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #19422 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Unit dwar skartar minn fuq ix-xogħol

Question

Billi xi żmien ilu kont ħabbart li kont waqqaft taqsima fi ħdan il-ministeru tiegħek sabiex tissorvelja u timmonitorja abbużi li jista' jkun hemm minn ħaddiema li jiskartaw minn fuq il-post tax-xogħol, tista' tgħid kemm ilha li twaqqfet din il-unit, x'kien il-frott tal-ħdima tagħha, minn min hija komposta, x'passi dixxiplinarji ttieħdu s'issa u kemm instabu nies ħatja ta' l-akkużi li nġiebu kontrihom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Unit dwar skartar minn fuq ix-xoghol twaqqaf fuq inizzjattiva tiegħi u huwa immexxi mis-Segretarju Permanenti, bid-Direttur għas-Servizz Korporattivi, l-Awditur Intern u Ufficjal inkarigat mill-proceduri tad-dixxiplina bħala membri. Il-Unit, magħruf bhala Inspectorate Unit, beda jopera minn Jannar tal-1999. Permezz ta' dan il-Unit intbagħat principalment messaġġ ċar lil-impjegati kollha li kulħadd għandu responsabilita li josserva l-ħinijiet tax-xogħol, isegwu l-proceduri stabiliti rigward assenzi minn fuq il-post tax-xogħol u li min jinqabad jiskarta jrid jirrispondi ta' għemilu. Dan il-messaġġ wasal u gie osservat progress.. Minn Jannar 1999 sa Awissu 2000 saru 140 surprise inspections. Dawn gew investigati skond ir-regolamenti eżistenti tad-dixxiplina bir-riżiltat li 90 ħaddiem instabu ħatja.
Leg 9 PQ #19557 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Ċirkewwa — Inċident Fatali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tad-dipartiment dwar l-inċident fatali taċ-Ċirkewwa fejn tliet ħaddiema tilfu ħajjithom? Jista' l-Ministru jelenka fiex jikkonsisti s-safety equipment li għandhom il-ħaddiema llum u jista' jelenka fiex kien jikkonsisti s-safety equipment li kellhom dakinhar ta' l-inċident? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ntbagħtux fuq health and safety training course wara l-inċident?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li r-rapport ta' l-inkjesta magisterjali għadu mhux konkluż u l-anqas ippublikat, ma nħoss li jkun xieraq li r-rapport tad-Dipartiment jitqiegħed fuq il mejda tal-Kamra f'dan l-istadju. Is-Safety Equipment li nxtara s'issa mid Dipartiment huwa dan: 17 in No. Triple gas monitors (li jindikkaw il-livel ta erbgħa' gassijiet simultanjament, jiġifieri Hyrogen Sulphide, Methane, Oxygen, Carbon Monoxide); 20 in No. PA94 Plus Basic Breathing Apparatur; 65 in No. Panorama Nova front port Facemasks; 20 in No. DSX 1000 distreaa signal units; 30 in No. 6.8 Ltr. @ 300 bar composite fibre cylinders; 5 in No. Efi85XX blowers with 5 x 5 duct lengths; 5 in No. Efi120XX blowers; 2 in No. Efi390PPV blowers; 1 in No. GF240 blower; 5 in No. Tripods with carrying case; 5 in No. Fall arrest housing; 5 in No. Material Winch; 100 in No. Fall arest kit; Filwaqt li d-Dipartiment g[ad irid jircievi dan li gej: 10 in No. Tripods with carrying case; 10 in No. Fall arrest housing; 15 in No. Material Winch; 5 in No. Davit arm; 5 in No. PA94 Plus Basic Breathing Apparatus; 5 in No. DSX 1000 distress signal units; 30 in No. Panorama Nova front port Facemasks; 10 in No. 6.8 Ltr. @ 300 bar composite fibre cylinders; 4 in No. Airline Unit. Il-Korsijiet li saru għal-gruppi ta' ħaddiema u għadhom qed jsiru għall kumplament tal-ħaddiema kollha rigward 'Health & Safety' jikkonistu f'dan li gej: Kors dwar kif jintlibbes u jintuża l-'Breathing Apparatus'; Kors dwar kif tħaddem il-"Gas Monitors' u x'inhuma l-Livelli perikolużi ghall saħħiet il-bniedem; Kors kif jintlibbes u jintuża l-apparat tal-'Fall arrest' jigifieri ħarnesses, wincijiet ect.; Kors tal-'Basic First Aid'. Minbarra hekk sar Kors tal-Maintenance and Servicing' tal-Breathing Apparatus, għall grupp ta' nies li se jkunu jieħdu ħsieb l-apparat filwaqt li se jsir kors ieħor ghall apparat tal-'Fall arrest'; Kors iehor sar ghall Inginiera u l-Imgħalmin, dan kien fl-livell ta 'Competent Person 2' biex jiġu determinati proceduri ta' kif għandu jsir ix-xogħol bl-inqas mod riskjuż. Minn dawn ta' l-aħħar intbagħtu diversi ufficjali barra minn Malta f'diversi pajjiżi Ewropej għal aktar taħrig intensifikat u speċjalizat.
Leg 9 PQ #19559 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Drainage Section — Health and Safety Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health and safety officers fid-drainage section fejn kienu jaħdmu dawk il-ħaddiem li sfortunatament tilfu ħajjithom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ittieħdu l-passi sabiex jintlew sitt (6) postijiet ta' Health & Safety Officers; Zewġ (2) postijiet ta' Senior Health & Safety Officers u post (1) ta' Principal Health & Safety Officer. It-talba ntbgħatet lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, u hu mistenni li ma' jdumx ma' joħroġ l-avviż pubbliku għall-mili ta' dawn il-postijiet.
Leg 9 PQ #19565 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Cesspits — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni illi fit-tweġiba li tani għall-interpellanza numru 17656 ta' l-4 ta' Lulju, 2000 kien qal li l-ħlasijiet hemm speċifikati dovuti in konnessjoni ma' żvujtar ta' cesspits li kienu saru fl-1997/98 qegħdin fil-proċess li jitħallsu u fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċċess tal-ħlas għadu għaddej.
Leg 9 PQ #19580 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Trab iswed — Spetturi Ingliżi

Question

Issa li wasalna fl-aħħar ta' Settembru u l-inspectors Ingliżi lestew ir-rapport ta' l-analisi fuq it-trab iswed fin-naħa tas-South ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-riżultat ta' l-analisi? Jista' r-riżultat jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Issa li huwa magħruf minn fejn ġej dan it-trab, x'beħsiebu jagħmel il-gverm biex jirrimedja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-rapport tal-Konsulenti Ngliżi hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta'Settembru 2000. Il-Gvern jimpenja ruħu li jqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-kamra kif ukoll jagħmel dak li hemm bzonn biex il-problema tittaffa jew tigi eliminata.
Leg 9 PQ #18888 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Ġnien Indipendenza - Latrina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex il-latrini li hemm fi Ġnien Indipendenza f'Tas Sliema issirilhom il-manutenzjoni u t-tindif meħtieġ peress li xejn ma jinsabu fi stat pjaċevoli b'inkonvenjent sħiħ għall-pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tal-latrini li hemm fil-Gnien Indipendenza f'tas-Sliema hija responsabilita tal-operatur tal-Gabana li tinsab fl' istess Gnien. Dan huwa skond il-kuntratt li ingħata mid-Dipartiment tal-Artijiet, għaldaqstant nitlob lill Onor. Interpellant jirrefei din il-mistoqsija lill Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #18894 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Għaxaq — Triq Telleritu - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' Triq Telleritu Ħal Għaxaq, għadhom ma ngħatawx is-servizz tad-drenaġġ? Jaf jew le l-Ministru li dawn ir-residenti ilhom għal 16-il sena sħaħ jagħmlu użu mill-fossa? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol ta' installar tas-sistema tad-drenaġġ f'din it-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jinkludi tħaffir ta' 'main twil', bini ta' Pumping Station gdida u tħaffir ghal 'rising main'. Għalkemm stima eżatta ghad ma nħadmitx, din mistennija li tigi' madwarr Lm100,000. Diġa saru provedimenti għal easement u ghall-esproprijazzjoni ta' l-art fejn ġejja l-Pumping Station. Qed jiġi ikkunsidrat biex din l-estensioni tkun inkluża fil-programm tax-xogħlijiet tad-Dipartiment tad-Dranagg, għas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #19415 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numru 18386 u 18435, seduta 367 u numru 18449 seduta 368.
Leg 9 PQ #19423 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Fawran ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex id-drenaġġ baqa' jfur wara x-showroom tal-Peugeot f'Santa Venera meta din il-problema ilha madwar disa' snin? X'qiegħed isir biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li-fawran ta' dranaġġ li hemm wara ix-Showroom tal-Peugeot f' Santa Venera hija minhabba house-connection ħierġa minn block ta' bini u għalhekk ma taqgħax taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment tad-Dranaġġ.
Leg 9 PQ #19425 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Unit għal Ambjent Nadif — Overtime/allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ispiża xahar b'xahar minn Jannar, 2000 sal-lum, ta' overtime u/jew allowances oħra li saru mill-impjegati tal-Unit għal Ambjent Nadif? Jista' l-Ministru jispeċifika x-xogħol partikolari li twettaq minn dawn l-impjegati u kemm intefqu flus f'overtime għal kull biċċa xogħol imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, l-Allowances u Overtime li tħallas lill-Impjegati tal-Unit Għal Ambjent Nadif huwa kif jidher hawn taħt: Allowances Overtime Jannar Lm5224 - Frar 6385 Lm 51 Marzu 905 1923 April 1306 21146 Mejju 2633 3685 Ġunju 1246 12851 Lulju 1367 4510 Awissu 594 5365 Settembru 325 1059 Ix-xogħol ta' din il-Unit jikkonsisti, fost oħrajn, fit-tindif tal-kanali ta' l-ilma tax-xita li hemm fit-toroq principali u oħrajn; qtugħ ta' ħaxix ħażin mit-toroq u min fuq bankini, tindif ta' toroq, tneħħija ta' posters u affarijiet simili mit-toroq, tiswijiet ta' Central Strips, Roundabouts, Bollards u xi titjieb ieħor ta' embellishment fit-toroq. Sa ftit taż-zmien ilu il-Unit kienet tagħmel ukoll marki tat-traffiku fiż-żebgħa fit-toroq, kemm bil-magna u kemm bl-idejn. Kienu jibdlu is-sinjali tat-traffiku li jkunu nieqsa jew ikollhom bżonn jinbidlu. Meta jintalab l-overtime, jintalab għal diversi xogħlijiet u għalhekk ma' hemmx records eżatti fuq fejn ikun inħaddem l-overtime.
Leg 9 PQ #19455 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Paola — Gnien Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern u l-kunsill lokali ta' Paola dwar Ġnien Pawlu Boffa ġewwa r-Raħal il-Ġdid? Iħoss il-gvern li l-ġnien li ġie jiswa' eluf kbar ta' liri llum huwa mitluq u traskurat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-ġnien nbeda u l-manutenzjoni fuq id-dawl ser jibda mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #19524 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal il-Ġdid — Ġnien Sir Paul Boffa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Ġnien Sir Paul Boffa, Raħal il-Ġdid, jingħata face-lift urġenti u jerġgħu jinxtegħel id-dawl sabiex ma jibqax fl-istat ta' abbandun totali u dlam?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari nru.19455 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #19536 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' l-upgrading li sar fl-embellishment f'Tas-Sliema? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan il-vlaur skond it-tip ta' xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-waqt li nirreferi għal twegiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 17604 fejn spjegajt li ix-xogħol kollu ser jiġi jiswa madwar Lm800,000, ninsab infurmat li ix-xogħol li sar fl-ewwel fażi ta' embellishment f'tas-Sliema jammonta għal Lm434,305. Din is-somma tkopri dan li jidher hawn taħt: Overtime: - Lm47,000 Materjal użat mid-direct labour - 51,135 Kiri ta' makkinarju (kuntratturi privati) - 5,812 Kiri ta' makkinarju (M.S.D) - 12,950 Railings (M.S.D.) - 52.300 Bankijiet (M.S.D.) - 13,930 Xogħol ta' dawl (M.S.D.) - 13,500 Kuntratti Phase I Paving - 63,450 Precast elements - 6,194 Concret Kerbs - 4,382 Ġibjun - 21,699 Precast concrete beams - 42,555 Bini ta' Latrina ġdida (thallas s'issa) - 18,403 Hamrija - 3,941 Lampi dekorativi - 77,054 _______ TOTAL: - Lm434,305
Leg 9 PQ #18845 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18269 peress li din tidher li taqa' taħt id-dekasteru tar-responsabiltajiet tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali għad-dwal li saru fuq barra biex jigi inawgurat St. James Cavalier fi tmiem is-sena 1999 u fil-bidu tas-sena 2000 kienet ta' Lm3,000.
Leg 9 PQ #19358 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Gudja — Xlejli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tarmak fl-area tax-Xlejli, il-Gudja hux responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Jekk iva meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed tirreferi l-Onor. Interpellant hi wahda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerila li tindirizza l-mistoqsija direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #18775 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu jitħallsu lill-kuntratturi għal xogħlijiet li għamlu fuq estensjonijiet u tiswijiet tad-drenaġġ li saru matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena? X'qed jikkawża dan id-dewmien u kemm jammonta f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jsiru fuq xogħlijiet ta' tiswijiet u estensjonijiet li bdew u għadhom qed ikomplu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li din id-domanda tinvolvi ħafna xogħol u ricerka biex tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.