Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26225 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kwalita ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li waslu għandi mingħand bdiewa full time li l-ilma mill-Ippjant ta' San Antnin m'huwiex ta' kwalita' tajba u dan qed jirrifletti f'uċuħ ta' raba ta' kwalita inferjuri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25768 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban & Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-kordinament li kien qed isir bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Urban & Rural Landscaping sabiex jiġi żviluppat il-Ġnien ta' Għajn Qajjed fir-Rabat, Malta? Jista' jaġġornani u jara li dan il-ġnien jiġi żviluppat qabel ix-xitwa li ġejja ħalli residenti ta' dan il-qasam tad-Djar fir-Rabat jkollhom diċenti u kif jixraqilhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi għalkemm saru taħditiet u komunikazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tar-Rabat f'dawn l-aħħar xhur, ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet speċifici dwar l-imsemmi ġnien.
Leg 9 PQ #25769 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Awstralja — Biedja u Sajd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24880 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Awstralja matul l-1999 u s-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma jirriżultax li qatt kien hemm xi diskussjonijiet jew kommunikazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi imsemmija.
Leg 9 PQ #25770 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Ġermanja — Biedja u Sajd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24878?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-uniku programm ta' nota f'dawn is-snin hija delegazzjoni minn Malta ipparteċipat fil-ftuħ tal-Green Week tal-Ġermanja fl-1999.
Leg 9 PQ #25888 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uniku uffiċjal pubbliku fuq performance agreement li barra performance bonus irċieva ħlas, kumpens jew benefiċċju għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kien fuq performance agreement bejn l-1996 u l-2000, kien id-Direttur ta' l-Agrikoltura fejn kellu pożizzjoni/kariga ta' membru fil-Bord tal-Medigrain. Ta’ din il-kariga huwa kien intitolat għall-Lm600 fis-sena.
Leg 9 PQ #25374 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25450 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żwiemel min Franza

Question

B'riferenza għar-rapporti li saru fil-gurnali u b'referenza għall-fatti li kkonferma d-Direttur ta' l-Informazzjoni ċioe li ġew impurtati f'Malta, żwiemel min Franza, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-persuna minn B'Buġia ġiet preferuta biex timporta dawn iż-żwiemel meta d-dipartiment tar-servizz veterinarju kien ħareġ avvizz biex ma jiġux impurtati annimali ħajjien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna ma ġiet preferuta. Fil-fatt iż-żewġ importazzjonijiet ġew mit-trasportaturi approvati. L-ewwel importazzjoni - 24 siegħa qabel - kienet minn persuna li mhiex minn Birzebbuġa.
Leg 9 PQ #25453 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mwiet ta' Ħut

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikkawża l-imwiet ta' skorfom, imrejjen, qarnutt, irqieq, imżażem eċċ li nstabu fl-inħawi ta' popeye village nhar it-23 ta' April 2001? X'investigazzjoni saret?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ħut li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ilu mejjet xi 4 tijiem. Jidher li dan il-ħut għadda mill-istess esperjenza ta' ħut ieħor li dwaru ġiet ppublikata stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni numru 526.
Leg 9 PQ #25744 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għajnuna lill-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema trejqat, sqaqien, mogħdijiet ingħataw il-konkos fl-inħawi tal-Magħtab minn Settembru 1998 sal-lum bħala għajnuna lill-bdiewa? B'liema kriterji ntagħżlu dawn il-postijiet biex jingħata il-konkos fihom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn Settembru ta' l-1998 sal-15 ta' Mejju 2001 ingħataw żewġ trejqiet fl-inħawi tal-Magħtab - waħda fl-inħawi ta' Santa Marija, u l-oħra fl-inħawi magħrufa t'Alla w Ommu. Dawn ingħataw 155m3 u 68m3 ta' konkos rispettivament. Intagħżlu dawn it-trejqiet għax l-aċċess għar-raba' kien fi stat ħażin.
Leg 9 PQ #26030 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħames impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd li qegħdin fuq parental leave. Dawn huma kollha nisa. Waħda qegħda fi Skala 13, tnejn qegħdin fi Skala 14 u tnejn qegħdin fi Skala 15.
Leg 9 PQ #25932 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma dawk il-programmi mill-Unjoni Ewropeja li permezz tagħhom zagħżagħ studenti fil-Biedja/Sajd ikunu jistgħu jiggwadanjaw minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-programmi mill-Unjoni Ewropeja li permezz tagħhom żgħażagħ studenti fil-biedja u sajd jistgħu jiggwadanjaw minnhom huma l-programmi Leonardo da Vinci u Youth. Taħt dawn il-programmi, iż-żgħażagħ studenti Maltin fil-biedja u sajd jistgħu jibbenefikaw f'kull qasam ta' studju u/jew taħriġ li huma neċessarji għall-iżvilupp tal-biedja u sajd. Forsi ta' min iżid illi waqt li Socrates jirrigwardja l-aktar studji akademiċi, il-Leonardo u Youth jirrigwardjaw it-taħriġ.
Leg 9 PQ #25164 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Swill

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret sabiex jinstab min kien qed ibiegħ lill-irżieżet tal-majjal is-swill? X' tip ta' swill u min kienu dawk li ġew investigati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Għaldaqstant mhux il-waqt li tingħata informazzjoni.
Leg 9 PQ #25165 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet kien impjegat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala personal assistant tal-Ministru tal-Biedja u Sajd? X'inhuma l-grad sostantiv tal-Gvern ta' dan l-impjegat u x'salarju kellu f'dan il-grad? X'salarju kellu bħala P.A. Jista' jikkonferma li dan l-uffiċċjal governattiv fil-fatt ingħata unpaid leave mal-Gvern biex reġa beda jaħdem ma' l-istess Gvern fi grad u b'salarju għola?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Personal Assistant tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd kellu l-istess kundizzjonijiet li għandhom il-Personal Assistants tal-Ministri l-oħra, u cioe kif indikati fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru f'Novembru tal-1998. Il-grad sostantiv tal-Gvern ta' dan l-impjegat huwa ta' Public Relations Officer. F'dan il-grad kien jitħallas salarju ta' skala 9. Bħala Personal Assistant kien jitħallas salarju ta' skala 4. Ma jirriżultax mir-rekords ta' dan id-Dipartiment, li dan l-Uffiċċjal Governattiv ingħata Unpaid Leave mal-Gvern biex reġa' beda jaħdem ma' l-istess Gvern fi grad u b'salarju għola.
Leg 9 PQ #25166 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Riżenja ta' Personal Assistant

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li kienet impjegata bħala personal assistant tal-Ministru irriżenjat min din il-kariga? Jekk fl-affermattiv meta rreżenjat u għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Personal Assistant tal-Ministru rreżenja mill-kariga tiegħu b'effett mis-16 ta' Marzu 2001, fuq raġunijiet personali.
Leg 9 PQ #25348 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25427 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata t-Triq ta' Għajn Tuta fl-Aħrax tal-Mellieħa (mappa mibgħuta separatament) li jintuża min ħafna bdiewa kif ġioe spjegat lilek f'ittra mibgħuta lilek fit-28 ta' Frar 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-triq indikata hija asfaltata u għalhekk ma taqgħax taħt ir-responsabbilta tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25929 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma n-numru ta' sajjieda i) full-time ii) part-time a) f'Malta u b) f'Għawdex. Jista' jgħid jekk tinżammx statistika separata għal din il-kategorija għal dawk li huma inċidenti fuq il-post tax-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qegħada fit-tabella segwenti: Tip ta' Sajjieda Tip ta' Liċenzji Malta Għawdex Total Full-time F 233 98 311 Part-time PTF 1416 Nil 1416 Market Fishermen MF 24 213 237 TOTAL 1673 311 1984 Id-Dipartiment ma jżommx records ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
Leg 9 PQ #25158 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi jridu ċ-ċittadini biex jimpurtaw żwiemel mill-pajjiżi ta' l-UE fil-mument? Mill-liema pajjiżi hija awtorizzata l-importazzjoni ta' żwiemel fil-mument?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żwiemel, bħal klieb u qtates, ma jinfettawx ruhom bil-virus tal-FMD u għalhekk ma jistgħux jgħadduh lill-animali oħra. Filwaqt li l-importaturi taż-żwiemel qegħdin jiġu mitluba li ma jimportawx żwiemel, ingħatat derogazzjoni għal dawk iż-żwiemel li kienu diġa nxtraw u kienu fl-istalel għall-esportazzjoni. Dawn iż-żwiemel inżammu kwarantina u fil-perjodu ġew imnaddfa u ddisinfettati. Nirreferi ukoll l-Onor. Interpellant għal Stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni Numru 566 .
Leg 9 PQ #25162 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24570?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi s-somma tal-BIS dovuta lir-raħħala u l-biċċiera privati sa' l-aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm268,645.
Leg 9 PQ #25346 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.