Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni ta' laħam tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant qed tidher f’dawn it-tabelli: QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2006 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR8,161651,42111038,162651,524 FRAR8,221662,451008,221662,451 MARZU9,404753,56411219,405753,685 APRIL8,143648,363008,143648,363 MEJJU9,061729,258009,061729,258 ĠUNJU7,355579,289007,355579,289 50,3454,024,346222450,3474,024,570 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2005 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR7,970675,52433197,973675,843 FRAR7,844649,25133647,847649,615 MARZU9,109763,11022119,111763,321 APRIL8,184696,110008,184696,110 MEJJU8,397712,080008,397712,080 ĠUNJU8,440699,5551388,441699,593 49,9444,195,630993249,9534,196,562 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2004 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR8,660710,15642634,9119,086745,067 FRAR7,985646,47748740,1078,472686,584 MARZU8,646698,12760850,1819,254748,308 APRIL9,178745,82640031,8409,578777,666 MEJJU7,925639,33544427,929639,777 ĠUNJU8,431676,47443928,435676,866 50,8254,116,3951,929157,87352,7544,274,268 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2003 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR11,413948,36652943,49511,942991,861 FRAR9,359767,02151742,6559,876809,676 MARZU10,242840,19853544,54510,777884,743 APRIL10,453857,86665155,16111,104913,027 MEJJU9,584777,47952143,38010,105820,859 ĠUNJU8,280665,63565954,0068,939719,641 59,3314,856,5653,412283,24262,7435,139,807 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2002 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR11,041915,38154445,61111,585960,992 FRAR9,595793,03344937,75510,044830,788 MARZU9,135754,20139633,3879,531787,588 APRIL10,027828,38265254,94410,679883,326 MEJJU10,271851,25151943,29110,790894,542 ĠUNJU8,508695,53652342,6149,031738,150 58,5774,837,7843,083257,60261,6605,095,386 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2001 MALTAGĦAWDEXBiċċeriji PrivatiTOTALI NumruPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR7,911632,43761650,0681,654139,22610,181821,731 FRAR7,564611,84348039,5751,275109,2559,319760,673 MARZU9,258744,80952443,8111,615135,98311,397924,603 APRIL7,475601,74459048,7771,751145,1769,816795,697 MEJJU9,709771,82344035,59763153,04510,780860,465 ĠUNJU8,328652,94141533,422008,743686,363 50,2454,015,5973,065251,2506,926582,68560,2364,849,532

Produzzjoni ta' laħam tal-fenek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-produzzjoni u l-proċess tal-qatla jsir kollu minn operaturi privati, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Produzzjoni ta' mushrooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' mushrooms f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-produzzjoni tal-faqqiegħ hi f’idejn azjendi kummerċjali, din l-informazzjoni ma tistax tingħata. Madankollu qed tingħata l-informazzjoni ta’ faqqiegħ li ġiet reġistrata fil-Pitkalija f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Jannar-Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 50,473 NIL NIL NIL 2002 114,019 NIL 3,549 2,234 2003 39,168 NIL 5,474 1,880 2004 36,084 NIL 5,693 8,788 2005 43,608 NIL 4,413 11,290 2006 42,513 NIL 4,878 18,200

Produzzjoni ta' patata

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' patata f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni tal-patata f'Malta u f'Għawdex ma tinkludix biss dak li jidħol fil-Pitkalija. Ma’ din wieħed irid iżid il-volum ta’ esportazzjoni u produzzjoni li ma tgħaddix mill-Pitkalija. Jannar-Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 2,004,579 10,617 123,357 557,076 2002 1,825,348 5,911 120,062 455,404 2003 2,317,162 6,451 150,253 526,375 2004 2,201,006 7,221 133,973 533,886 2005 2,171,923 8,801 88,932 442,032 2006 2,659,567 7,418 93,162 474,421

Kottonera — Gallariji ta' l-Injam

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-aħħar skema ta' irranġar ta' gallariji ta' l-injam tapplikax ukoll għall-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-5 ta’ Ġunju 2006 għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19469.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru tiegħi ma għamel ebda użu mill-kumpaniji msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Wied il-Għajn — Boathouses

Question

Jista' il-Ministru jinformana x'inhi l-pożizzjoni ta' ċertu boathouses li ilhom fil-bajja ta' San Tumas, Wied il-Għajn, fejn applikazzjonijiet lill-MEPA ntbagħtu lura lis-sidien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma jidhirx li hemm xi applikazzjonijiet ġodda għall-boathouses fl-area ta’ San Tumas.

Produzzjoni tat-Tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-ewwel sitt xhur tas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni (irjus) fl-ewwel sitt xhur ta’ dawn is-snin kienet hekk: 2003 2,696,372 2004 2,128,021 2005 1,401,914 2006 988,147 (sa Mejju peress li l-informazzjoni ta’ Ġunju għadha qed tasal mill-biċċeriji) L-informazzjoni għas-snin ta’ qabel ma tistax tingħata għax ma kenitx tinżamm.

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-Mistoqsija qed tirreferi għal informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhijiex etika li tingħata f’dan l-istadju.

Mellieħa — Wied tal-Madonna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20001, jista' il-Ministru jispjega b'liema kriterji ġie stabilit li l-istess wied ikun kopert minn policies kompletament konfliġġenti, fejn il-parti ta' fuq tal-wied tinsab fiż-żona ta' l-iżvilupp filwaqt li l-kumplament tal-wied hu protett minn policies RCO28 u RCO29? Jista' il-Ministru jgħid kif jista' jiġi żgurat li l-parti ta' fuq tal-wied tiġi wkoll priżervata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-linja li taqsam il-wied u tagħlaq il-parti ta' fuq tiegħu ġewwa ż-żoni ta' żvilupp kienet ġiet stabbilita fil-pjan regolatur li tħejja fl-1988. Din il-parti tal-wied b'hekk titqies bħala parti miż-żona urbana, filwaqt li l-bqija tal-wied li tinsab minn din il-linja 'l barra (jiġifieri l-parti t'isfel tal-wied) tgawdi mill-ħarsien li jipprovdu l-policies dwar l-ambjent tal-kampanja (fosthom dawk dwar il-widien). Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-ħarsien tal-parti ta' fuq tal-wied jista' jitwettaq b'żewġ modi: il-Parlament jista' jibdel il-linja li timmarka l-konfini taż-żoni ta' żvilupp fil-pjan regolatur b'mod li l-wied ikun kollu kemm hu eskluż miż-żoni ta' żvilupp u għaldaqstant jitħares mill-iżvilupp; jew inkella issir tibdila fil-pjan lokali sabiex filwaqt li l-parti ta' fuq tal-wied titħalla ġewwa l-konfini taż-żoni ta' żvilupp, xorta waħda tkun indikata bħala żona mħarsa fejn ma jistax isir żvilupp.

Birkirkara — Triq Ġużeppi Licari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi b'rabta mal-każ li saret referenza għalih f'mistoqsijiet parlamentari 16478 u 17150?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-aħħar tweġiba għall-Mistoqsija 17150 il-permess għall-iżvilupp in konnessjoni ma’ dan il-każ ġie deċiż fis-7 ta’ Frar 2006.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' il-Ministru jgħid: Kemm kienet l-ispiża totali maħruġa mill-gvern u/jew mill- enti kollha konċernati biex l-iskart kollu jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin matul il-perijodu 2002-2005; Kemm kienet l-ispiża mill-istess gvern u/jew enti biex il-fdalijiet (rejects) ta' l-istess skart jinġarr mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra tul l-istess perijodu; It-tip ta' skart li nġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antin matul l-istess perijodu; Il-volum ta' kull xorta ta' skart; Jekk l-iskart ta' Għawdex tul dan l-istess perijodu kienx qed jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antin u l-ispiża involuta, inkluż tar-rejects mill-impjant lejn bnadi oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Żbir tas-Siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa responsabbli miż-żbir ta' siġar fit-triqat ewlenin? Għaliex ħafna siġar qed jitħallew jikbru b'mod li qed ukoll jgħattu sinjali tat-traffiku? Kemm hemm nies li huma assenjati għal dan ix-xogħol? Jista' jara li bowsers tad-dipartiment tal-biedja ma jagħtux ilma lill-fjuri fl-aktar ħinijiet tat-traffiku biex b'hekk jikkawżaw konfużjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabilitá ta’ żbir tas-siġar fit-triqat ewlenin hija f'idejn is-sezzjoni tal-Pruning tal-Environmental Landscaping Consortium (ELC). Din is-sezzjoni hija komposta minn 13-il membru organizzati f'erba’ (4) gangs ta' tliet (3) ħaddiema kull wieħed u foreman. Meta però n-natura tax-xogħol tkun tirrikjedi, l-komponenti tal-gangs jistgħu jiżdiedu biex il-biċċa xogħol partikolari tkun tista’ titlesta aktar malajr. Ix-xogħol ta' żbir huwa wieħed ipprogrammat iżda meta jkun hemm bżonn li jsir żbir b'ċerta urġenza dan dejjem jingħata’ priorità. Dwar tisqija, l-Environment Landscaping Consortium (ELC) tikkopera kompletament ma’ l-Awtorità Dwar it-Trasport (ADT) u dejjem għamlet l-almu tagħha biex tevita kemm jista’ jkun il-peak hours. Għalkemm il-lum, bil-volum ta' traffiku li hemm fit-toroq tagħna, aktar ma jgħaddi ż-żmien dan dejjem qed isir aktar diffiċli. F'dan ir-rigward, f'ħafna okkażjonijiet, l- Environment Landscaping Consortium (ELC) qiegħda ssaqqi fil-ħinijiet bikrin ta' fil-għodu (mill-04.30/05.00 a.m. ‘il quddiem) u tard fil-għaxija (mis-7.00 p.m. ‘il quddiem) meta l-kundizzjonijiet jippermettu.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Rapport dwar ir-ristrutturar tal-MEPA

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja sħiħa tar-rapport imħejji mis-Sur Leslie Robinson dwar ir-ristrutturar tal-MEPA, liema rapport ġie diskuss dan l-aħħar f'laqgħa mal-periti u nies oħra involuti fl-ipproċessar tax-xogħol tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport imsemmi kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-kamra bi Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 14799.

MEPA — Laqħat

Question

Jista' il-Ministru jippreżenta kopja fuq il-mejda tal-Kamra tal-minuti tal-bord tal-MEPA tal-laqgħat li saru f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma nistax nifhem għaliex l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel din il-mistoqsija anki għax kif jaf l-Oppożizzjoni għandha rappreżentant tagħha fuq il-Bord ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li ovvjament għandu aċċess għall-minuti. Ma jidhirlix li għandi nippubblika l-minuti ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għax minuti tal-Bord ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ikunu jinkludu l-materji kollha mqajmin quddiem l-istess Bord matul dawn is-seduti u liema materji jistgħu jinkludu kwestjonijiet amministrattivi u affarijiet li għadhom fi stadju ta’ tfassil. M’huwiex opportun li informazzjoni daqshekk sensittiva fuq materji amministrattivi u materji li għadhom qegħdin jiġu mfassla tkun rilaxxata qabel ma l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tkun ikkonkludiet dawn l-istess materji. Inkella nkun qed nipperikola l-interessi ta’ l-istituzzjoni nazzjonali fil-konfront ta’ persuni li jaf għandhom interessi oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Direttur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma ġiex imġedded il-kuntratt tad-direttur ġenerali li serva għal dawn l-aħħar seba' snin fi ħdan l-istess ministeru? Jista' jgħid jekk din il-vakanza (direttur ġenerali) ġietx pubblikata fil-gazzetta tal-gveern? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kriterji mitluba għal min se jimla' din il-vakanza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema pożizzjoni qiegħed jirreferi.

MEPA — Mistra Village

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni quddiem il-MEPA għal bini li qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija? Jekk fl-affermattiv, meta saret l-applikazzjoni, minn min u għalxiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha żewġt applikazzjonijiet fuq is-sit okkupat mill-Mistra Village: PA 5538/04, applikazzjoni għal "redevelopment of Mistra Village" (żvilupp ġdid fuq is-sit li jinkludi bini t'appartamenti residenzjali). Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa fit-28 ta' Settembru 2004. PA 6351/04, applikazzjoni "to demolish existing structures at Mistra Village" (twaqqigħ tal-Mistra Village). Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa fit-8 ta’ Novembru 2004. L-applikazzjonjiet huma f'isem Gemxija Crown Limited.

Maċina Dev. Co. Ltd.

Question

F'Ottubru 2005 fi tweġiba parlamentari l-Ministru kien qal li l-Maċina ġiet mogħtija b'ċens lil Maċina Dev. Co. Ltd., jista' il-Ministru jgħid jekk din il-kumpannija għamlitx xi applikazzjonijiet għal xi xogħol fil-bini tal-Maċina, u jekk fl-affermattiv, dan x'inhu? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid lin-nies tal-Kottonera, b'mod partikolari ta' l-Isla, meta jista' jitjieb l-ambjent f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mir-records ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ma jidhirx li hemm xi applikazzjonijiet sottomessi mill-kumpanija Macina Dev. Co. Ltd għal xi xogħlijiet fil-Marina tal-Kottonera. Peress li l-Maċina ta’ l-Isla hija parti mill-proġett tal-Kottonera, l-applikazzjonijiet ġew sottomessi mill-Cottonera Waterfront Group u mill-Grand Harbour Marina Ltd.