Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21832 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free flight tickets mil-linja nazzjonali Air Malta?
Jista' jgħid kull persuna kif tikkwalifika biex tgawdi minn dan il-benefiċċju?
Jista' jgħid separatament kemm dawn il-persuni għamlu użu minn dawn il-free flight tickets tul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li jekk ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirreferi, ma nkunx f'pożizzjoni li nagħtiħ l'informażżjoni li qed jitlob.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21829 u jgħid min hu responsabbli li jara l-upkeep u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl fil-ġonna pubbliċi, speċjalment dawk il-ġonna li ġew upgraded riċentement?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl ta' ħafna ġonna li ġew upgraded riċenti taqa' taħt ir-responsabbilita tal-Kunsill Lokali ta' fejn jinstabu.
Jekk l'Onor Interpellant għandu f'moħħu xi gnien partikulari, nkun nista' ntiħ informazzjoni iżjed preċiża.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21830 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free unlimited calls mill-Maltacom?
Jista' jgħid kull persuna kemm-il linja tal-mobile u linja fissa jipposedu?
Jista' jingħata rendikont dettaljat ta' l-infiq minn kull persuna fuq kull linja tul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirreferi ma nkunx f' pożizzjoni li nagħtih l'informazzjoni li qed jitlob.
Peress illi r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21240 mhux biss hija vaga imma ma tirrispondi assolutament xejn, jista' il-Ministru jagħti risposta aħjar, jekk mhux preċiża għallinqas stima ta' surcharge impost biex jirrispondi għall-mistoqsijiet parlamentari 21645, 21644 u 21817?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li persuna li taħdem il-Maltacom u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jitlob biex jieħu early retirement bħalma ħa ħaddieħor, jgħid fiex waslet it-talba tiegħu?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18626, ninforma lill-Ministru li fil-garage no. 293 fl-aħħar xita li għamlet reġa' daħal l-ilma peress li d-drain tal-gvern ma laħaqx ma' l-ammont ta' ilma li kien hemm. Jista' il-Ministru jara jistax isir rimedju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' flus li ngħataw lill-inġiniera ta' l-Enemalta li ddisinjaw boiler control panels ġodda u li ffrankaw lill-Enemalta għexieren ta' eluf ta' liri, hekk kif kien ħabbar hu stess fis-6 ta' Ottubru 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-suġġeriment tiegħi li jingħata xi tip ta' kumpens lit-team li ħadem fuq il-boiler control panels il-ġodda ser titressaq quddiem il-Bord tad-Diretturi waqt il-laqgħa li jmiss.
Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta twaħħal arbli tad-dawl ġewwa Għar barka fid-dħul ta' Vjal il-Ħaddiem li jagħti għal Triq Antonio Nani, Rabat u dan billi din l-area tinsab fi dlam ċappa u ta' periklu għas-sigurta'?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-każ lill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Dan peress li s-street lighting ġie devolut lill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21413 u 21607 u jgħid kemm kien id-dħul tal-korporazzjoni Enemalta fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid meta l-kuntrattur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jitħallas għax-xogħol ta' trinek li għamel lill-Enemalta peress li dawn il-kontijiet ilhom pendenti għal jiem relattivament twal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur li ismu qed jidher sepaatament m'għandux kontijiet pendenti mal-Enemalta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21514 u jgħid kemm iqum flus kull metru kubu ta' ilma: 1) prodott mill-RO plants, kull impjant separatament; 2) imtella' mill-boreholes/gallaries?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż diretti għal produzzjoni ta’ l-ilma għax-xorb f’ċentezmi għal kull metru kubu ta’ ilma huma dawn:
Pembroke 20.57
Lapsi 22.45
Ċirkewwa 24.5
Boreholes 5.5
Dawn jinkludu spejjeż tal-ħaddiema direttament relatati, spejjeż tal-manteniment, kimika u elettriku. Dawn ma jinkludux spejjeż kapitali u diprezzament kif ukoll spejjez ta’ distribuzzjoni.
Ta’ min jirrimarka li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hija eżenti mis-surcharge.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21522 u jgħid jekk il-power station ta' Delimara hijiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emmissjonijiet ta' trab u NO? X'inhi l-pożizzjoni tal-power station tal-Marsa f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija li ħadet is-Sea Malta għandhiex public service contract? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega x'fih u għal kemm żmien jgħodd?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda kumpanija ma ħadet is-Sea Malta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21241 u jara li tiġi solvuta problema tad-drenaġġ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ħadet l-passi meħtieġa biex din il-problema tiġi solvuta billi sar tindif tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21041, 21249, 21525 u 21746 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed out il-kumpannija PBS? X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni tal-programmi tagħha għall-iskeda kurrenti tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-inħawi tas-Salini d-djar qed ikollhom vultaġġ baxx ħafna ta' l-elettriku? X'passi se jittieħdu u meta dawn il-problemi se jiġu indirizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar snin, f'dawn l-inħawi partikulari kien hemm problemi ta' vultaġġ baxx, speċjalment fix-xhur tas-Sajf minħabba ż-żieda tad-domanda ta' l-elettriku. Sabeix jiġu rrinforzati dawn l-inħawi, l-Enemalta qegħda tibni substation ġdida.
Peress illi r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21240 mhux biss hija vaga imma ma tirrispondi assolutament xejn, jista' il-Ministru jagħti risposta aħjar, jekk mhux preċiża għallinqas stima ta' surcharge impost biex jirrispondi għall-mistoqsijiet parlamentari 21645 u 21644?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara l-upkeep u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl fil-ġonna pubbliċi, speċjalment dawk il-ġonna li ġew upgraded riċentement?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.