Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – mobile phones
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11068 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa fuq dan is-servizz?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li hemm 7 persuni li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern b’nefqa globali bejn April 2013 u Ottubru 2014 tammonta għall- €12353.18.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – nefqa fuq mobile phones
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11068 u tgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq użu ta’ mobile telephones mill-Ministeru tagħha minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri ta' prodotti u servizzi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11052 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri ta' prodotti u servizzi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11052 u tgħid, minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija, lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kif kien jigri taħt l-amministrazzjonijiet kollha preċedenti fl-aħħar snin, is-Segretarjat privat jagħmel xiri ta’ servizzi u prodotti biex ikun jista’ jsostni l-operat tiegħu ta’ kuljum. Fl-akkwist ta’ dawn is-servizzi u prodotti jkunu segwiti l-proceduri finanzjarji tal-gvern. Għal dak li huwa operat ta’ kuljum tas-Segretarjat privat, fl-aħħar 20 xahar, l-ispiża medja fix-xahar kienet ta’ €2051.29
Għal dawk li huma
direct orders
ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li dawn jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern minn żmien għal żmien.
Awtorità dwar il-mediċini – twaqqif ta’ entita ġdida
Question
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-entità ġdida li sejra titwaqqaf fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini biex jitnaqqas il-prezz tal-mediċina? Tista tgħid min sejjer imexxi din l-entità u min huma l-uffiċjali li sejrin jaħdmu f’din l-entità?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma twaqqfet l-ebda entità ġdida biex tieħu ħsieb ir-roħs tal-mediċini fl-Awtorità dwar il-Mediċini. Twaqqaf Medicines Intelligence and Access Unit li se jkun qed jiġbor intelliġenza li tista’ tgħin biex ikun hawn aċċess aħjar għall-mediċini bi prezzijiet ġusti.
Awtorità dwar il-mediċini – twaqqif ta’ entita ġdida
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’baġit ġie allokat lill-entità ġdida li sejra titwaqqaf fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini li l-għan tagħha huwa li jkomplu jitnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċina?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma twaqqfet l-ebda entita ġdida biex tieħu ħsieb ir-roħs tal-mediċini fl-Awtorità tal-Mediċini. Twaqqaf Medicines Intelligence and Access Unit li se jkun qed jiġbor intelliġenza li tista tgħin biex ikun hawn aċċess aħjar għall-mediċini bi prezzijiet ġusti.
Dan il-Unit huwa intenzjonat li jikkumplimenta funzjonijiet ezistenti tal-Awtorità u jaħdem f’teamwork m’entitijiet oħra bħall-MCCAA, imsieħba soċjali u industrijali, ministeri, professjonisti u entitajiet oħra li għandhom interess f’dan il-qasam.
Dan il-Unit se jiffunzjona billi juza r-rizorsi b’mod iktar effiċjenti.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk ir-riżultati tal-interviewsli saru għal post ta' Diretturi Ġenerali fl-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġewx annullati jew le? Jekk iva, tista’ tgħid għaliex ġew annullati? U jekk fin-negattiv, tista' tgħid meta ser ikunu qed joħorġu r-riżultati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġew annulati ebda riżultati tal-intervizti li saru għal postijiet ta’ Diretturi Generali fl-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Il-proċess biex jimtlew dawn il-postijiet għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se toħroġ is-sejħa għal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li peress li ser inkunu qed invaraw fix-xhur li ġejjin l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, ma ħassejniex li għandha toħroġ sejħa għal Kap Eżekuttiv ta’ Kummissjoni li ser tkun qed tinbidel f’Kummissjoni b’remit aktar wiesgħa.
Huwa għalhekk li bħalissa ċ-Chairperson tal-Kummissjoni għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza qegħda temporanjament tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv wkoll f’dan il-perjodu ta’ transizzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid b’mod tanġibbli x’qed isir biex il-Belt Valletta (u pajjiżna) ma tibqax fost l-aktar xenofobiċi fl-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Miżura li tħabbret f’dan il-Baġit hi t-twaqqif ta’ Direttorat għall-Integrazzjoni, li se jkun inkarigat li jiżviluppa żewġ strateġiji nazzjonali, waħda li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem (u allura kontra l-xenofobija), u oħra li taħdem sabiex il-komunitajiet barranin f’Malta ikunu integrati fis-soċjetà.
San Pawl il-Baħar – Playing Fields – Spezzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk permezz tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sarux spezzjonijiet fuq il-playing fields li hemm f’San Pawl il-Baħar matul din is-sena? Liema spezzjonijiet saru, meta saru u x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? X’ċertifikati ħarġu, meta nħarġu u għal kemm żmien inħarġu dawn iċ-ċertifikati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-MCCAA wettqet spezzjonijiet fuq l-ħames playing fields li huma taħt ir-responsabilita tal-Kunsil Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn huwa: Ġnien it-Tfulija, Ġnien Joseph P. Caruana, Ġnien Bertu w Tumas Gauci, Ġnien Anton Butigieg, u Masġar Olimpiku. Dawn l-ispezzjonijiet twettqu matul Ġunju 2014. Irriżulta li tlieta minn dawn il-playing fields (Ġnien Bertu w Tumas Gauci, Ġnien Anton Butigieg, u Masġar Olimpiku) instabu magħluqa għall-refurbishment. Għaldaqstant inħaruġa biss żewġ ċertifikati għall-Gnien it-Tfulija u Ġnien Joseph P. Caruana. Dawn iċ-ċertifikati jinħarġu għal sena u huma validi sa 16 Ġunju 2015.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra jekk skont l-Artikolu (6) tal-liġi li tirregola l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġiex appuntat uffiċjal biex jaqdi l-funzjoni ta’ Awditur Intern? Jekk fl-affermativ, tista’ tgħid min hi din il-persuna li ġiet magħżula? U jekk din il-persuna għadha ma ġietx appuntata, tista’ tagħti data meta din sejra tiġi appuntata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minkejja li kienet ħarget call fit-2011 biex uffiċjal ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur taqdi il-funzjonijiet ta’ Awditur Intern, l-ebda uffiċjal ma ngħata t-taħrig neċċessarju biex jaqdi din il-funzjoni.
Din il-pożizzjoni se tiġi riveduta b’seħħ tal-emendi l-ġodda li se jsiru fl-Att dwar l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-laboratorji ta’ Heritage Malta ġewx trasferiti għal Mosta fejn hemm il-Laboratorju Nazzjonali? Tista’ tikonferma jekk iż-żewġ laboratorji ġewx amalgamati jew jekk hemmx il-ħsieb li jiġu amalgamati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellanta li l-ebda laboratorji ma ġew trasferiti għal post indikat minnha. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija kif kelli l-opportunita’ ngħid diġa’, meta l-pjan tal-proġett kollu jkun finalizzat inkunu nistgħu nħabbru dak li ser isir.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini? Tista' tgħid min hu ċ-Chairperson ta’ dan il-Bord, x’onorarja għandu kull membru u kemm-il darba ltaqa’ dan l-Bord matul 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini huwa kif indikat hawn taħt. Ir-remunerazzjoni tac-Chairperson u l-membri ġiet stabbilita fl-2012. Ic-Chairperson għandha remunerazzjoni ta 1000 ewro. Il-Membri għandhom remunerazzjoni ta 500 ewro.
Surname
Name
Title
Position on Board
Mallia
Anna
Dr.
Chairperson
Teebi
Zaid
Dr.
Member
Rapa
Josephine
Dr.
Member
Cassar Delia
Joseph
Dr.
Substitute Chairperson
Mifsud
Janet
Prof.
Substitute Member
Cacciottolo
Joseph
Prof.
Substitute Member
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12625, tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-198 stabbiliment li nqabdu jiksru l-liġi għat-tieni darba jew għall-iżjed drabi? Tista' tgħid x'passi ttieħdu f'dawn il-każijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 12625. F’każ li jkun hemm stabbilimenti oħra li jibqgħu ma jieħdux passi sabiex ikollhom il-prezz tal-oġġetti għall-bejgħ espost kif rikjest mil-liġi, jittieħdu l-istess mizuri li ttieħdu fil-konfront tal-istabbilimenti l-oħra.
B’referenza għall-aħħar stqarrija ta’ roħs tal-mediċina, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-aħħar lista bil-prezzijiet kif kienu qabel u kif inhuma issa wara roħs?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar lista bil-prezzijiet kif kienu qabel u kif inhuma issa wara l-aħħar roħs.
Tista’ l-Ministru tikkonferma kemm hemm mediċina li roħsot fil-prezz hekk imsemmija mill-Ministru li ġa qegħdin parti mil-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn mill-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn mill-gvern u b’liema kundizzjonijiet dawn jibgħataw tista’ tinkiseb mill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa. Il-Mediċini kollha li traħħsu jinstabu għall-biegħ mill-privat, għaldaqstant ir-roħs kollu li sar hu ta’ benefiċċju għal-konsumatur.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11027 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il-darba siefret il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħol barra minn pajjiżna? Fejn marret, min akkumpanjaha, f'liema kariga, għal-liema konferenza u kemm kienet in-nefqa għal kull safra?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11028 u tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet irrappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li m’hemm xejn aktar x’jiżdied mar-risposta parlamentari numru 11028.